Close

BETA VERSION OF THE PORTAL IS NOW AVAILABLE!

Visit the BETA version of the European e-Justice Portal and give us feedback of your experience!

 
 

Navigation path

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-ispiża tal-proċedimenti - Malta

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji f’Malta.


L-ispiża tal-proċedimenti

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Id-drittijiet tal-professjonisti legali huma regolati skont it-Tariffa E tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (KOPĊ), jiġifieri l-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.

Avukati

Id-drittijiet mitluba mill-avukati huma regolati mit-Tariffa E tal-Iskeda A annessa mal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta). Meta jistabbilixxu d-dritt tagħhom l-avukati huma ggwidati wkoll mill-Kodiċi ta’ Etika u ta’ Kondotta għall-Avukati; id-dritt jiġi stabbilit jew mill-avukat innifsu jew bi qbil mal-klijent tiegħu. Il-Kodiċi ta’ Etika jikkunsidra li dritt ikun raġonevoli jekk ikun konformi ma’ fatturi stabbiliti, fost l-oħrajn, iż-żmien meħtieġ, in-novità u d-diffikultà tal-kwistjonijiet involuti; ir-responsabbiltà merfugħa, il-limiti ta’ żmien, in-natura u t-tul tar-relazzjoni professjonali; l-esperjenza, ir-reputazzjoni u l-ħila tal-avukat, id-drittijiet li jistgħu jiġu rkuprati mingħand il-parti l-oħra.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi għall-partijiet ivarjaw skont in-natura tal-kawża u jekk ikollhiex valur monetarju.

L-istadju tal-proċediment ċivil fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Id-drittijiet għall-preżentazzjoni u tar-reġistru għandhom jitħallsu meta jiġu ppreżentati l-proċedimenti ġudizzjarji.

Fi tmiem proċedura ġudizzjarji, jiġi ppreżentat kont intaxxat tal-ispejjeż. Jekk id-drittijiet tar-reġistru kkalkulati jeċċedu dak li jkun tħallas meta kienet ippreżentata l-kawża, id-differenza għandha tiġi kkalkulata u mitluba mingħand il-parti li ppreżentat il-kawża.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Ma ssir l-ebda spiża fil-proċedimenti kriminali.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Fil-proċedimenti kriminali, ma jingħatawx l-ispejjeż tal-partijiet ċivili. Minkejja dan, fi tmiem kawża, il-qorti tista’ tordna lill-akkużat biex iħallas l-ispejjeż tal-esperti li tkun għamlet il-prosekuzzjoni.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Id-drittijiet għall-kawżi kostituzzjonali fl-ewwel istanza huma kif ġej:

Preżentata tar-rikors

€58.53

Dritt tar-reġistru

€58.23

Notifika tal-atti (għal kull notifika)

€6.99

Id-drittijiet tal-professjonisti legali mitluba fi tmiem il-kawża jistgħu jvarjaw minn minimu ta’ €46.49 għal massimu ta’ €698.81. Spejjeż professjonali oħrajn li jistgħu jsiru f’kawża huma: €46.59 għal kull applikazzjoni minuri ppreżentata; €9.32 għal kull ċitazzjoni; €23.29 għal affidavit, €4.66 għall-kopji tal-atti, u €186.35 għas-sottomissjonijiet bil-miktub.

L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

L-ispejjeż jitħallsu meta jiġu ppreżentati l-proċedimenti.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-avukati għandhom jittrattaw mal-klijenti tagħhom skont il-Kodiċi ta’ Etika mfassal mill-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Il-kodiċi jagħti lill-avukati diversi dmirijiet fir-rigward tal-klijenti tagħhom. Madankollu, l-obbligi li ssemmew iktar ’il fuq mhumiex riflessi fil-kodiċi.

L-ispejjeż involuti li għandha tbatihom il-parti li tirbaħ

Il-parti li tirbaħ normalment tirkupra l-ispejjeż ġudizzjarji kollha sakemm is-sentenza miksuba tikkundanna lill-parti li titlef biex tbati l-ispejjeż.

L-ispejjeż involuti li għandha tbatihom il-parti li titlef

Il-parti li titlef għandha tħallas l-ispejjeż tal-kawża flimkien mal-ispejjeż tal-parti li tirbaħ.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż f’Malta?

It-Tariffi A sa L tal-KOPĊ (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta) jinkludu d-diversi spejjeż u drittijiet dovuti fil-proċeduri tal-qrati. Jista’ jkollok aċċess għalihom fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż f’Malta?

Il-liġijiet kollha jiġu abbozzati bil-Malti u bl-Ingliż, peress li dawn huma l-ilsna uffiċjali ta’ Malta.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fis-sit elettroniku taċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru għal Medjazzjoni ta’ Malta.

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

It-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsima tas-Servizzi Legali tas-sit elettroniku tal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali tagħtik:

  • Il-leġislazzjoni nazzjonali prinċipali u sussidjarja kollha
  • Il-pubblikazzjonijiet legali, inklużi l-Atti, l-Abbozzi tal-Liġijiet, l-avviżi legali u l-ordinamenti.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

M’hemm l-ebda informazzjoni speċifika dwar it-tul tad-diversi proċeduri. Madankollu, fis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati tal-Ġustizzja tista’ ssib dejta li tinkludi informazzjoni u statistika dwar il-kawżi li, kull xahar, qed jiġu introdotti, mismugħa u deċiżi mill-qrati.

Darbtejn fis-sena, f’dan is-sit tiġi ppubblikata analiżi tat-tul ta’ żmien, fejn jiġi indikat kemm ilhom għaddejjin il-kawżi li qed jinstemgħu minn kull imħallef u maġistrat fil-qrati u fit-tribunali ċivili kollha.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

Ara iktar ’il fuq.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

L-ispejjeż kollha tar-reġistru huma eżenti mill-VAT. Madankollu, trid titħallas VAT ta’ 18 fil-mija fuq id-drittijiet indikati fit-tariffi u li jitħallsu lill-arbitri legali, lill-avukati rispettivi tal-partijiet u lil esperti oħrajn imqabbdin mill-qorti.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Għalkemm hemm eċċezzjonijiet għal ċerti tipi ta’ proċedimenti, persuna ġeneralment tikkwalifika għall-għajnuna legali jekk:

  • Hija ma jkollhiex proprjetà tal-ebda xorta b’valur nett li jammonta għal jew jaqbeż is-€6988.22, mhux inklużi l-oġġetti tad-dar ta’ kuljum ikkunsidrati bħala raġonevoli u meħtieġa għall-applikant u għall-familja tiegħu
  • Id-dħul annwali tagħha ma jkunx ogħla mill-paga minima nazzjonali stabbilita għal persuni ta’ 18-il sena jew iktar.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

Il-liġi ma tippreskrivix limitu speċifiku. Madankollu, l-għajnuna legali għall-akkużati fil-kawżi kriminali tingħata bħala dritt meta l-akkużat ma jkunx jista’ jqabbad avukat jew meta huwa jitlob il-benefiċċju tal-għajnuna legali.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Il-liġi ma tippreskrivix limitu speċifiku. Madankollu, l-Unità tal-Ġustizzja – barra kwalunkwe avukat privat imqabbad mill-vittma – bil-liġi għandha tipprovdi kull assistenza u appoġġ meħtieġ lil kwalunkwe vittma ta’ delitt, bil-għan aħħari li jkun provdut il-kumpens dovut.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-vittmi

M’hemm l-ebda kundizzjoni oħra sabiex jingħataw assistenza u appoġġ lill-vittmi tad-delitti. Madankollu, l-allegati vittmi jkunu mistennija li jagħtu l-informazzjoni kollha mitluba u li jkollhom fil-pussess tagħhom, u li joffru kooperazzjoni sħiħa lill-Unità tal-Ġustizzja u lill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

M’hemm l-ebda kundizzjoni oħra biex tingħata l-għajnuna legali lill-akkużati. Madankollu, il-liġi tagħti lill-Avukat tal-Għajnuna Legali d-dritt li ma jaċċettax l-għajnuna għal kwalunkwe raġuni li, fl-opinjoni tal-qorti, prima facie (mal-ewwel daqqa ta’ għajn) tiġġustifika r-rifjut. Madankollu, anki f’dan il-każ, il-liġi tesiġi li l-qorti tisgura ruħha li l-akkużat ikun rappreżentat billi hija stess tqabbad avukat biex jiddefendih.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Il-proċedimenti kollha tal-qorti jkunu mingħajr spejjeż ladarba parti tingħata l-benefiċċju tal-għajnuna legali.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas l-ispejjeż tal-parti li tirbaħ?

Hija biss il-prerogattiva tal-qorti li tiddeċiedi kif għandhom jitqassmu u jingħataw l-ispejjeż ta’ kawża. M’hemm l-ebda regola ta’ prattika.

Drittijiet tal-esperti

Id-drittijiet tal-esperti huma rregolati mit-Tariffa G  u K tal-KOPĊ (Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta).

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Skont it-Tariffa B tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, għal kull traduzzjoni meħtieġa bil-liġi jew mill-qorti:

  • Id-dritt tar-reġistru huwa ta’ €34.94.

Id-dritt li jista’ jitħallas lill-interpretu jvarja bejn €11.65 u €58.23 fid-diskrezzjoni tar-Reġistratur.

It-tradutturi jitħallsu b'rata minn €11.65 sa €58.23 kull dokument, li hu wkoll fid-diskrezzjoni tar-Reġistratur.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru Malti tal-Arbitraġġ

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTaqsima tas-Servizzi Legali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati tal-Ġustizzja

Dokumenti relatati

Rapport ta' Malta rigward l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(742 Kb)en


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/06/2019