L-ispiża tal-proċedimenti - Repubblika Ċeka

Tista’ ssib informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fir-Repubblika Ċeka f’din il-paġna. Għal analiżi aktar fid-dettall dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk jogħġbok ikkonsulta dawn l-istudji ta' każijiet:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi tal-familja - Divorzju

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi tal-familja - kustodja tat-tfal u manteniment

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi kummerċjali - kuntratt

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi kummerċjali - responsabbilta

L-ispiża tal-proċedimenti

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

L-avukati

Hemm tip wieħed biss ta’ avukat fir-Repubblika Ċeka, m’hemmx avukati li jirrapreżentaw il-klijenti l-qorti (barristers) jew konsulenti legali (solicitors).Regolament tal-Ministeru tal-Ġustizzja Nru. 177/1996 Sb. tal-4 ta’ Ġunju 1996

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Ministeru tal-Ġustizzja Nru. 177/1996 Sb. tal-4 ta’ Ġunju 1996 jittratta d-drittijiet u r-remunerazzjoni li jitħallsu lill-avukati għall-proviżżjoni ta’ servizzi legali (id-drittijiet tal-avukati). Huwa disponibbli bl-Ingliż fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeka.

Id-drittijiet tal-avukati jistgħu jiġu miftehma wkoll privatament bejn il-partijiet involuti.

F’bosta każijiet tal-liġi ċivili (inklużi kwistjonijiet tal-familja u kummerċjali), ir-rappreżentazzjoni legali m’hijiex mandatorja.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fil-proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti ċivili

L-Att. Nru 549/1991 Koll. dwar il-ħlasijiet ġudizzjarji (mhux disponibbli verżjoni bil-lingwa Ingliża) jirregola l-ispejjeż li jitħallsu fir-rigward ta’ proċedimenti ċivili. Dawn ivarjaw skont it-tip ta’ proċediment. Drittijiet fissi japplikaw f’ċertu każijiet; f’oħrajn, id-dritt li jitħallas jiġi kkalkulat fuq il-bażi ta’ perċentwali.

Fil-każijiet kollha, l-ispejjeż iridu jitħallsu bil-munita Ċeka (CZK) u jistgħu jintbagħtu bi trasferiment bankarju fil-kont tal-istat (jew qorti). Spejjeż sa CZK 5000 jistgħu jitħallsu bil-bolla fiskali tal-gvern (kolek), li tista’ tinxtara fl-uffiċċji postali u ċerti postijiet oħra.

Il-qorti għandha tinnotifika lill-individwu li jagħmel it-talba bl-ammont speċifiku li hi jew hu għandu jħallas.

Stadju tal-proċediment ċivili li fih l-ispejjeż fissi jridu jitħallsu

L-ispejjeż iridu jitħallsu fi żmien tliet ijiem mid-data tan-notifikazzjoni, qabel isir l-ewwel smiegħ.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kriminali

Il-proċedimenti kriminali jibdew dejjem ex officio (mill-uffiċċju tal-prosekuzzjoi tal-istat), u l-akkużat iħallas biss l-ispejjeż tar-rappreżentazzjoni legali.

Stadju tal-proċediment kriminali li fih l-ispejjeż fissi jridu jitħallsu

M’hemmx spejjeż ġudizzjarji fi proċedimenti kriminali.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kostituzzjonali

M’hemmx spejjeż ġudizzjarji fissi għal kawżi miġjuba quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Ċeka, imma r-rappreżentazzjoni minn avukat hija mandatorja.

Stadju tal-proċediment kostituzzjonali li fih l-ispejjeż fissi jridu jitħallsu

M’hemmx spejjeż ġudizzjarji fissi.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

M’hemm l-ebda obbligu impost fuq ir-rappreżentanti legali biex jipprovdu informazzjoni minn qabel.

Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet jistgħu jiġu miftehma bejn l-avukat u l-klijent tiegħu/tagħha.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fir-Repubblika Ċeka?

Huwa kunsiljabbli li jiġi kkonsultat avukat dwar kull każ speċifiku. Meta tinbeda kawża, il-qorti ssir responsabbli min-notifikazzjoni tal-ispejjeż tal-qorti li jridu jitħallsu.

F’liema lingwi nista’ nakkwista informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fir-Repubblika Ċeka?

Billi l-unika lingwa uffiċjali fir-Repubblika Ċeka hija ċ-Ċek, m’hemm l-ebda obbligu legali biex tiġi pprovduta l-informazzjoni f’lingwi oħra. Il-kwalità tal-informazzjoni għalhekk tiddependi fuq ir-rieda u l-kompetenzi tal-individwu li jipprovdi l-informazzjoni.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Assoċjazzjoni tal-Medjaturi tar-Repubblika Ċeka (AMČR)

Fejn nista’ nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

M’hemm l-ebda sit elettroniku uffiċjali li jipprovdi informazzjoni dwar l-ispejjeż.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Statistiċi varji huma pprovduti fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja; madankollu, jiddependi ħafna mill-każ partikolari kkonċernat. Xi regoli legali jistipulaw limiti ta’ żmien biss fir-rigward ta’ atti speċifiċi mill-qorti (eż. deċiżjonijiet preliminari).

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċedura partikolari?

L-ispejjeż li jitħallsu jiddependu fuq iċ-ċirkostanzi ta’ kull każ; mhuwiex, għalhekk, possibbli li tiġi pprovduta din it-tip ta’ informazzjoni minn qabel.

Taxxa fuq il-valur miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

L-ispejjeż ġudizzjarji huma eżenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud, u l-ammont tagħhom huwa finali. Id-dritttijiet tal-avukat ma jinkludux it-taxxa fuq il-valur miżjud. Madankollu, ċerti kumpaniji ta’ avukati, li jħallsu t-taxxa fuq il-valur miżjud, iżidu t-taxxa fuq il-valur miżjud (19%).

Liema huma r-rati applikabbli?

Ara l-punt aktar ‘il fuq dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud.

Għajnuna legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

L-ebda limitu tad-dħul speċifiku m’hu stabbilit. Madankollu, fuq talba, l-imħallfin jistgħu jirreviżjonaw kull sitwazzjoni individwalment. Eżenzjoni mill-ħlas parzjali jew totali tal-ispejjeż tal-qorti tista’ tingħata, sakemm l-attur ma jkunx beda kawża irraġonevoli. Il-qorti tista’ tassenja assistent legali lill-attur fejn ir-rappreżentazzjoni legali tkun mandatorja.

Għajnuna legali mingħajr ħlas hija pprovduta minn NGOs speċjalizzati (skont il-suġġett) jew mill-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeka. F’każijiet speċifiċi, l-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ċeka tista’ taħtar avukat biex jipprovdi servizzi legali mingħajr ħlas. Il-kwalifikazzjoni għall-għajnuna legali mingħajr ħlas ma tikkunsidrax biss id-dħul tal-persuna, imma wkoll is-sitwazzjoni finanzjarja ġenerali tal-familja tagħha jew tiegħu.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

L-ebda livell tad-dħul speċifiku m’hu stabbilit. Il-qorti tista’ tassenja avukat lil akkużat fis-sitwazzjonijiet kollha fejn ir-rappreżentazzjoni legali hija mandatorja u l-akkużat ma jkollux avukat tiegħu/tagħha.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Ċerti NGOs biss jipprovdu għajnuna legali mingħajr ħlas lill-vittmi. Il-vittmi huma parti mill-proċedimenti kriminali fi ftit każi speċifiċi biss; f’oħrajn, huma obbligati li jiftħu kawża (l-informazzjoni mogħtija aktar ‘il fuq dwar il-limitu ta’ dħul applikabbli għall-għajnuna legali fil-qasam tal-ġustizzja ċivili hija relevanti).

Kondizzjonijiet oħra marbuta mal-għotja tal-għajnuna legali lill-vittmi

Il-vittmi jistgħu jitolbu kumpens mill-Ministeru tal-Ġustizzja (skont Att Nru. 209/1997 Koll.).

Kondizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti tal-għajnuna legali għall-akkużati

L-informazzjoni mogħtija aktar ‘il fuq dwar il-limitu tad-dħul applikabbli għall-għajnuna legali għall-akkużati fil-qasam tal-ġustizzja kriminali hija relevanti.

Proċedimenti ġudizzjarji mingħajr spejjeż

Talbiet miġjuba quddiem il-Qorti Kostituzzjonali huma bla spejjeż. L-ispejjeż tal-qorti huma wkoll mhux mitluba f’ċerti tipi ta’ proċedimenti (speċifikati f’ § 11 Att Nru. 549/1991 Koll. dwar l-ispejjeż ġudizzjarji) –- per eżempju, fejn l-attur ikun minuri u f’ċertu każijiet oħra (eż., fejn l-istat jew l-organi tiegħu jkunu parti fil-proċedimenti; fejn barrani jkun qiegħed jitlob ażil, jew f’każijiet oħra li jinvolvu partijiet ‘aktar dgħajfa’).

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Huwa f’idejn l-imħallef li jiddeċiedi (fid-deċiżjoni finali tiegħu/tagħha) f’kull każ speċifiku; l-imħallef jista’ jordna lill-parti li titlef biex tħallas l-ispejjeż kollha jew parti minnhom. Madankollu, dan ma japplikax fi proċedimenti ta’ divorzju. L-ordnijiet dwar l-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll l-ispejjeż tal-avukat.

Drittijiet tal-esperti

Il-qorti tħallas id-drittijiet tal-esperti li taħtar. Il-partijiet kontendenti huma responsabbli mid-drittijiet ta’ espert biss meta jitolbu huma stess is-servizzi ta’ espert. F’ċerti każijiet speċifiċi, il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-parti li titlef għandha tħallas id-drittijiet ta’ espert.

Drittijiet tat-tradutturi u l-interpreti

Il-qorti hija responsabbli mill-ħlas tad-drittijiet tat-tradutturi jew interpreti fi proċedimenti ġudizzjarji; fejn il-parti tkun barranija li ma tifhimx iċ-Ċek, huwa jew hija għandu/għandha d-dritt li jindirizza/tindirizza l-qorti bil-lingwa nattiva tiegħu jew tagħha.

Dokumenti relatati

Rapport tar-Repubblika Ċeka fl-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(703 Kb)en

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Studju ta’ każ 1 – liġi tal-familja – divorzju - Ir-Repubblika Ċeka

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – divorzju, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tressaq it-talba għad-divorzju dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: koppja tiżżewweġ. Wara jisseparaw u jaqblu li għandhom jiddivorzjaw.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Żewġ ċittadini mill-istess Stat Membru (Stat Membru A) jiżżewwġu. Iż-żwieġ jiġi ċċelebrat fi Stat Membru A. Wara ż-żwieġ, il-koppja tmur tirresjedi u taħdem fi Stat Membru ieħor (Stat Membru B), fejn huma jistabbilixxu residenza. Ftit wara, il-koppja tissepara, bil-mara tmur lura lejn l-Istat Membru A u r-raġel jibqa’ fl-Istat Membru B. Il-koppja jaqblu li għandhom jiddivorzjaw. Hekk kif tasal lura fi Stat Membru A, il-mara mal-ewwel tiftaħ kawża ta’ divorzju quddiem il-qrati ta’ Stat Membru B.

L-ispiża tal-proċedimenti

Spejjeż fir-Repubblika Ċeka

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ Każ

Qorti

Appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

CZK 1000

Mhux applikabbli (N/A)

N/A

CZK 1000

N/A

N/A

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali (normalment CZK 1000 kull siegħa, 3 sigħat)

Każ B

CZK 1000

N/A

N/A

CZK 1000

N/A

N/A

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali

Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u tal-espert

Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le.

Kuntrattwali, imma skont l-avukati drittijiet ta’ CZK 1500 għal kull stadju (normalment 5)

Le (bil-posta)

-

-

Le.

CZK 350K kull siegħa

Każ B

Le.

Kuntrattwali

Le (jiddependi fuq il-pajjiż l-ieħor involut)

-

-

Le.

CZK 350 kull siegħa

L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti

Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva. L-ammont attwali tal-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Le.

-

-

-

Każ B

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Le.

-

-

-

Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra

Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

NGO biss

-

-

Le.

-

L-ispejjeż kollha fi kwistjonijiet ta’ divorzju

Le.

Każ B

Ara d-direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwim transkonfinali

-

-

Le.

-

L-ispejjeż kollha fi kwistjonijiet ta’ divorzju

Le.

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minn CZK 350 kull paġna (jiddependi mil-lingwa)

-

-

-

-

Każ B

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna (jiddependi mil-lingwa)

Meta parti jew xhud tkun barranija jew ma tifhimx iċ-Ċek

CZK 350 kull siegħa

-

-

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Studju ta’ każ 2 – liġi tal-familja – kustodja tat-tfal - Ir-Repubblika Ċeka

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

F’dan l-istudju dwar il-liġi tal-familja – kustodja tat-tfal, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-parti li tiftaħ il-kawża dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin, mingħajr ma żżewwġu. Għandhom wild ta’ tliet snin meta jisseparaw. Deċiżjoni tal-qorti tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm u dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm tiftaħ kawża biex tillimita d-dritt tal-missier għall-aċċess.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fi Stat Membru A: Żewġ persuni ilhom jgħixu flimkien għal għadd ta’ snin fi Stat Membru (Stat Membru B), mingħajr ma żżewwġu, għal għadd ta’ snin. Għandhom wild flimkien iżda jisseparaw immedjatament wara li l-wild jitwieled. Deċiżjoni tal-qorti fi Stat Membru B tagħti l-kustodja tal-wild lill-omm bi dritt ta’ aċċess għall-missier. L-omm u l-wild imorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A) kif huma awtorizzati biex jagħmlu permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti u l-missier jibqa’ fi Stat Membru B. Wara ftit snin, l-omm tiftaħ kawża fi Stat Membru A biex tbiddel id-dritt tal-missier għall-aċċess.

L-ispiża tal-proċedimenti

Spejjeż fir-Repubblika Ċeka

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ każ

Qorti

Appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

CZK 0

Mhux applikabbli (N/A)

N/A

CZK 0

N/A

N/A

Iva

CZK 500 – 1000 kull siegħa

Każ B

CZK 0

Mhux applikabbli  (N/A)

N/A

CZK 0

N/A

N/A

Iva

CZK 500 – 1000 kull siegħa

Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u l-perit

Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le

Normalment kuntrattwali, jiddependi fuq in-numru ta’ seduti tal-qorti.

(minn CZK 5000)

Le

-

-

Le

CZK 350 kull siegħa

Każ B

Le

Normalment kuntrattwali, skont iċ-ċirkustanzi

Le (jiddependi mill-pajjiż l-ieħor)

-

-

Le

CZK 350 kull siegħa

L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti

Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva. L-ammont attwali tal-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Mhux f’dan it-tip ta’ proċedimenti

-

-

-

Każ B

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Mhux f’dan it-tip ta’ proċedimenti

-

-

-

Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra

Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni ta’ l-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

NGO biss

-

-

Mhux b’mod ġenerali (f’każijiet partikolari biss fejn id-dħul tal-parti li tirbaħ ikun baxx ħafna)

-

M’hemmx spejjeż tal-qorti, allura r-rifużjoni tirrigwarda biss id-drittijiet ta’ l-avukati.

Le

Każ B

Ara d-direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwim transkonfinali

-

-

Le

-

-

Le

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Spejjeż oħra speċifiċi għal tilwim transkonfinali?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Deskrizzjoni

Spiża approssimattiva?

Każ A

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

-

-

-

-

Każ B

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

Meta parti jew xhud tkun barranija jew ma tifhimx iċ-Ċek

CZK 350 kull siegħa

-

-

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Studju ta’ każ 4 – liġi kummerċjali – kuntratt - Ir-Repubblika Ċeka

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – kuntratti, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-bejjiegħ dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Kumpanija wasslet prodotti li jiswew 20,000 euros. Il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar.

Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Kumpanija li għandha l-uffiċċju ewlieni tagħha fi Stat Membru B twassal prodotti li jiswew 20,000 euro lil xerrej fi Stat Membru A. Il-kuntratt jaqa’ taħt il-liġi ta’ Stat Membru B u miktub bil-lingwa ta' Stat Membru B. Dan il-bejjiegħ ma tħallasx għaliex ix-xerrej, li jinsab fi Stat Membru A, iqis li l-prodotti mhumiex konformi mal-qbil li kien sar. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża biex jikseb il-ħlas kollu tal-prezz kif stipulat fil-kuntratt max-xerrej.

L-ispiża tal-proċedimenti

Spejjeż fir-Repubblika Ċeka

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ Każ

Qorti

Appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

4% ta’ l-ammont (ekwivalenti għal 800€ f’CZK)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

4% tal-ammont (ekwivalenti għal 800€ f’CZK)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali (normalment 1000 CZK kull siegħa, 3 sigħat)

Każ B

4% tal-ammont (ekwivalenti għal 800€ f’CZK)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

4% tal-ammont (ekwivalenti għal 800€ f’CZK)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali

Spejjeż tal-avukat, tal-Bailiff u tal-espert

Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le.

Kuntrattwali

Le.

-

-

Le.

Kuntrattwali (min. CZK 350 kull siegħa)

Każ B

Le.

Kuntrattwali

Le.

-

-

Le.

Kuntrattwali (min. CZK 350 kull siegħa

L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti

Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Fi kwistjonijiet kummerċjali meta tiġi mitluba miżura interim.

100,000 CZK

-

-

Każ B

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Fi kwistjonijiet kummerċjali meta tiġi mitluba miżura interim.

100,000 CZK

-

-

Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra

Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni ta’ l-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

NGO biss

-

-

Iva.

Jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.

L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi.

Le.

Każ B

Ara d-direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwim transkonfinali

-

-

Iva.

Jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.

L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi.

Le.

Spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni

Studju ta’ każ

Traduzzjoni

Interpretazzjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Meta u taħt liema kundizzjonijiet huma neċessarji?

Spiża approssimattiva?

Każ A

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

-

-

Każ B

Id-dokumenti oriġinali f’lingwa barranija, neċessarji għall-proċedimenti

Minimu ta’ CZK 350 kull paġna

Meta parti jew xhud tkun barranija jew ma tifhimx iċ-Ċek

CZK 350 kull siegħa

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/09/2019

Studju ta’ każ 5 – liġi kummerċjali – responsabbiltà - Ir-Repubblika Ċeka

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

F’dan l-istudju dwar id-dritt kummerċjali – responsabbiltà, l-Istati Membri ntalbu biex jinfurmaw lill-klijent dwar l-ispejjeż tal-kawża sabiex jitqiesu s-sitwazzjonijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan iwassal ħiter lil installatur. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ (u jinstalla) l-heater lil klijenti biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent.

Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Manifattur ta’ apparat li jsaħħan fi Stat Membru B iwassal heater lil installatur fi Stat Membru C. L-installatur min-naħa tiegħu jbiegħ il-heater (u jinstallah) lil klijent fi Stat Membru A biex dan jarma daru. Id-dar tieħu n-nar ftit wara. Kull parteċipant (manifattur tal-apparat tat-tisħin, l-installatur, il-klijent aħħari) għandu assikurazzjoni ta’ kumpanija tal-assikurazzjoni fl-Istat Membru tiegħu stess. L-oriġini tan-nar hija kkontestata. Ħadd ma jrid jagħti kumpens lill-klijent.

Il-klijent jiddeċiedi li jiftaħ kawża għal kumpens sħiħ fi Stat Membru A kontra l-manifattur tal-apparat li jsaħħan, kontra l-installatur tal-apparat li jsaħħan u l-kontra l-kumpaniji tal-assikurazzjoni fi Stat Membru A.

L-ispiża tal-proċedimenti

Spejjeż fir-Repubblika Ċeka

Spejjeż għall-Qorti, Appelli u Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Studju ta’ Każ

Qorti

Appelli

Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Drittijiet inizjali tal-qorti

Drittijiet ta’ traskrizzjoni

Drittijiet oħra

Din l-għażla hija disponibbli għal dan it-tip ta’ każ?

Spejjeż

Każ A

4% tal-ammont (assigurazzjoni mitluba)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

4% tal-ammont

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali (normalment 1000 CZK kull siegħa, 3 sigħat)

Każ B

4% tal-ammont (assigurazzjoni mitluba)

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

4% tal-ammont

Mhux applikabbli (N/A)

Le.

Iva (mhux obbligatorju)

Kuntrattwali

Spejjeż tal-avukat, tal-bailiff u tal-espert

Studju ta’ Każ

Avukat

Bailiff

Espert

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż ta’ qabel is-sentenza

Spejjeż ta’ wara s-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spiża

Każ A

Le.

Kuntrattwali

Le.

-

-

Le.

Kuntrattwali (min. CZK 350 kull siegħa)

Każ B

Le.

Kuntrattwali

Le.

-

-

Le.

Kuntrattwali (min. CZK 350 kull siegħa)

L-ispejjeż għall-kumpens tax-xhieda, għal rahan jew garanzija u drittijiet oħrajn relevanti

Studju ta’ Każ

Kumpens għax-xhieda

Rahan jew garanzija

Drittijiet oħra

Ix-xhieda jiġu kkumpensati?

Spiża

Dan jeżisti u meta jeżisti kif jintuża?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Jekk tiġi mitluba miżura interim.

50,000 CZK

-

-

Każ B

Iva. L-ammont attwali ta’ l-ispejjeż li jirriżultaw jitħallsu.

Differenti f’kull sitwazzjoni

Jekk tiġi mitluba miżura interim.

50,000 CZK

-

-

Spejjeż għall-għajnuna legali u rifużjonijiet oħra

Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

Meta huwa totali s-sostenn?

Kundizzjonijiet?

Tista’ l-parti rebbieħa tikseb rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x’perċentwali tkun inġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali għandha tiġi rifuża lil xi organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

Ċentri għall-protezzjoni tal-konsumatur, NGOs oħra

-

Iva.

Jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ.

L-ispejjeż kollha jistgħu jiġu rifużi.

Le.

Każ B

Ara d-direttiva dwar l-għajnuna legali f’tilwim transkonfinali; ukoll ċentru tal-konsumatur Ewropew