Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-ispiża tal-proċedimenti - Greċja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Grieg diġà ġew tradotti.

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fil-Greċja.


L-ispiża tal-proċedimenti

Qafas regolatorju dwar it-tariffi tal-professjonijiet legali

L-Avukati

It-tariffi tal-avukati huma ġeneralment stabbiliti bl-Artikoli minn 91 sa 180 tad-Digriet Leġiżlattiv 3026/1954 kif emendat mil-Liġi 3919/2011. Skont dawn l-Artikoli, l-avukati issa jistgħu jifthemu fuq it-tariffi mal-klijenti tagħhom bil-miktub, għaliex il-liġi ma tistabbilixxi l-ebda tariffi minimi jew massimi.

Fin-nuqqas ta' ftehim bil-miktub, sistema ta' tariffi stabbilita bil-liġi (għal dehra quddiem il-qorti u skont l-ammont tal-kawża) tiddetermina l-ispejjeż tal-qorti, it-tariffi tal-avukati għall-għajnuna legali, eċċ.

Huwa mportanti li wieħed jinnota li, skont il-liġi Griega, l-avukati huma ħielsa li jiffissaw it-tariffi tagħhom bi ftehim mal-klijenti tagħhom, iżda dawn it-tariffi fl-ebda mument ma jistgħu jkunu inqas mit-tariffi minimi stabbiliti bil-liġi.

L-avukati jistgħu jiffissaw tariffa minima aktar għolja skont: ix-xogħol xjentifiku li sar, il-valur u n-natura tal-kawża, il-ħin iddedikat għall-kawża, id-diffikultà tat-tilwima, ċirkostanzi speċjali, u skont il-proċeduri ġudizzjarji ġenerali u extra ġudizzjarji meħuda.

Fil-prattika, dan ifisser li t-tariffa minima qatt ma tiġi applikata u l-ħlas tal-avukat huwa dejjem soġġett għal ftehim mar-rikorrent. Fir-rigward tat-tariffi tal-avukati f'każ ta' kawża, il-ġurisprudenza tikkunsidra t-tariffa minima, iżda r-regola hija li t-tariffi jistgħu jogħlew skont il-kriterji msemmija hawn qabel.

Barristers (Avukati li jidhru quddiem il-Qorti) - Avukati - Solicitors (Avukati li jagħtu pariri legali iżda ma jidhrux quddiem il-Qorti)

Ma hemmx distinzjoni bejn il-membri ta' dawn il-professjonijiet u l-avukati. L-Assoċjazzjoni tal-Avukati hija responsabbli għar-regolamentazzjoni ta' dawn il-professjonijiet.

Il-Marixxalli

It-tariffi tal-marixxalli huma speċifiċi. Madankollu, jistgħu jogħlew bi ftehim, skont id-diffikultà tal-każ. Skont l-Artikolu  50 tal-Liġi 2318/1995, it-tariffi tal-marixxalli jiġu ddeterminati permezz ta' Deċiżjoni Ministerjali Konġunta tal-Ministru tal-Finanzi u l-Ministru tal-Ġustizzja. Id-Deċiżjoni attwalment fis-seħħ hija n-Nru 2/54638/2008 (B 1716 kif emendata minn B 1916).

In-Nutara

It-tariffi tan-Nutara huma stabbiliti f'leġiżlazzjoni speċifika - l-Artikolu 40 tal-Liġi 2830/2000.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fil-proċeduri ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet f'proċeduri ċivili

F'kawżi dwar il-familja, it-tariffi tal-avukati huma regolati kif imsemmija hawn qabel. F'kawżi dwar il-manteniment, il-livell ta' ħlas minimu huwa ta' 2 fil-mija tal-ammont tal-benefiċċju għal għaxar darbiet, minħabba li l-pagamenti huma perjodiċi.

Għall-kawżi li fuqhom jista' jiġi ffissat valur (pereż. kawżi kummerċjali), it-tariffi tal-avukati huma ffissati kif ġej: 2 fil-mija tal-kapital għall-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji; 1 fil-mija għall-preżentata tar-rikors tar-rikorrent; 2 fil-mija għall-preżentata tar-risposta tal-konvenut (l-Artikoli 100 u 107).

Għat-tħejjija ta' dokumenti pubbliċi jew privati jew kuntratti, it-tariffi tal-avukati jiġu ffissati kif imsemmi hawn qabel. Il-ftehim jintlaħaq bejn l-avukat u l-klijent, skont it-tariffi minimi fuq il-valur tal-ftehim (l-Artikolu 161).

L-istadju tal-proċeduri ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

L-avukati jilħqu ftehim mal-klijenti tagħhom dwar meta għandhom jitħallsu t-tariffi tagħhom. Ġeneralment, dawn it-tariffi jiġu mħallsa bin-nifs matul l-istadji varji tal-proċeduri. It-tariffi tan-nutara u l-marixxalli jitħallsu wara li dawn ikunu qdew dmirijiethom.

Spejjeż fissi fil-proċeduri kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċeduri kriminali

Ir-regolamentazzjoni tat-tariffi tal-professjonisti legali ssir kif imsemmi hawn qabel.

L-istadju tal-proċeduri kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Ir-regolamentazzjoni tat-tariffi tal-professjonisti legali ssir kif imsemmi hawn qabel.

Spejjeż fissi fil-proċeduri kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fil-proċeduri kostituzzjonali

Ir-regolamentazzjoni tat-tariffi tal-professjonisti legali li ssir kif imsemmi hawn qabel japplika wkoll għall-kawżi amministrattivi.

L-istadju tal-proċeduri kostituzzjonali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi tal-partijiet

It-tariffi tal-professjonisti legali huma regolati bl-istess bħal dak tal-kawżi ċivili.

L-informazzjoni li trid tingħata minn qabel mir-rappreżentanti legali

Id-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet

Il-kodiċi tal-kondotta tal-avukati fih obbligi speċifiċi ta' kif l-avukati għandhom jaqdu dmirijiethom lejn il-klijenti tagħhom. Kull ksur ta' dawn l-obbligi jikkostitwixxi reat dixxiplinarju. It-tariffi mhumiex imsemmija b'mod espliċitu fost dawn l-obbligi.

Sorsi tal-ispejjeż

Minn fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sors tal-ispejjeż fil-Greċja?

Informazzjoni dwar it-tariffi tal-avukati tista' tinġieb mill-Kodiċi tal-Avukati jew mill-assoċjazzjoni tal-avukati jew minn ftehim speċifiku; l-unika informazzjoni disponibbli hija dwar it-tariffi minimi fil-bażijiet tad-dejta.

Informazzjoni dwar it-tariffi tan-Nutara tista' tinġieb mid-Dipartiment tas-Servizzi Nutarili (Τμήμα Συμβολαιογράφων) tal-Ministeru tal-Ġustizzja jew mill-assoċjazzjonijiet tan-nutara (Συμβολαιογραφικοί Σύλλογοι) (skont id-dritt pubbliku).

B'liema lingwi nista' nsib informazzjoni dwar is-sors tal-ispejjeż fil-Greċja?

L-unika informazzjoni disponibbli dwar is-sorsi tal-ispejjeż hija bil-Grieg.

Minn fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Mhix disponibbli proċedura ġudizzjarja ta' medjazzjoni. L-unika proċedura kumparabbli hija dik stabbilita mill-Artikolu 214A tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. L-Artikolu 214A jistabbilixxi tentattiiv sabiex tinstab soluzzjoni alternattiva extra ġudizzjarja għat-tilwim bejn il-partijiet f'kawżi li jkunu fil-ġurisdizzjoni tal-qorti plenarja tal-prim'istanza. Ara informazzjoni speċifika dwar il-medjazzjoni fil-Greċja.

Minn fejn nista' nsib aktar informazzjoni dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli b'informazzjoni dwar l-ispejjeż

Ma hemmx sit elettroniku b'din l-informazzjoni.

Minn fejn nista' nsib informazzjoni dwar kemm jieħdu żmien bejn wieħed u ieħor il-proċeduri?

Din it-tip ta' informazzjoni mhix disponnibli fil-Greċja.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispiża totali medja għal proċedura partikolari?

Mhix disponibbli informazzjoni ta' dan it-tip dwar l-ispiża totali ta' proċedura fil-Greċja.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)

Kif tiġi provvduta din l-informazzjoni?

Ma hemmx VAT fuq it-tariffi tal-avukati. Tapplika biss it-taxxa fuq l-introjtu. L-informazzjoni rilevanti tista' tinġieb mid-Dipartiment tat-Taxxa (Τμήμα Φορολογίας) tal-Ministeru tal-Finanzi u mill-assoċjazzjonijiet tal-avukati.

Liema rati japplikaw?

Mhix disponibbli informazzjoni dwar ir-rati tal-VAT fil-Greċja.

L-għajnuna legali

Il-livell limitu għall-introjtu applikabbli għall-għajnuna legali fil-qasam tal-kawżi ċivili

Skont l-Artikolu 194 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-għajnuna legali tingħata lill-persuni li juru li ma jistgħux iħallsu l-ispejjeż tal-kawża mingħajr ma jqiegħdu fil-periklu l-mezzi ta' għajxien tagħhom jew tal-familji tagħhom.

L-għajnuna legali tista' tingħata wkoll lill-persuni ta' nazzjonalità barranija, soġġetta għar-reċiproċità, u lill-persuni apolidi.

Skont il-Liġi 3226/2004, l-għajnuna legali tingħata liċ-ċittadini b'introjtu baxx f'kawżi ċivili (jekk l-introjtu annwali tal-familja tagħhom mhux aktar minn 2/3 l-introjtu minimu annwali stabbilit fil-ftehim kollettiv ġenerali nazzjonali).

L-għajnuna legali tinkludi l-ispejjeż tal-proċeduri, it-tariffi tan-nutara, il-marixxalli u tal-avukati (l-Artikolu 199 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-livell limitu tal-introjtu applikabbli għall-għajnuna legali fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-imputati

Skont l-Artikolu 340 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, meta l-imputat ma jkollux assistenza legali, jiġi assenjat avukat mil-lista tal-assoċjazzjoni lokali tal-avukati.

Skont il-Liġi 3226/2004, l-għajnuna legali tingħata liċ-ċittadini b'introjtu baxx fil-kawżi kriminali kif imsemmi hawn qabel.

Il-livell limitu tal-introjtu applikabbli għall-għajnuna legali fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

Abbozz ta' liġi li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE tad-29 ta' April 2004 dwar kumpens għall-vittmi ta' delitti ġie ppreżentat lill-Parlament Grieg għall-adozzjoni.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta' għajnuna legali lill-vittmi

Il-kumpens għall-avukati, nutara u marixxalli li joffru s-servizzi tagħhom fil-qasam tal-għajnuna legali huwa stabbilit mid-Deċiżjoni Ministerjali (l-Artikolu  14 tal-Liġi 3226/2004).

L-għajuna legali fil-kawżi kriminali tinvolvi l-ħatra ta' avukat.

L-għajnuna legali fil-kawżi kriminali tinvolvi l-eżenzjoni parzjali jew sħiħa mill-ispejjeż tal-proċess kriminal.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti tal-għajnuna legali lill-konvenuti

Xejn

Proċeduri ġudizzjarji mingħajr ħlas

Xejn

Il-parti li titlef il-kawża, meta trid tħallas l-ispejjeż tal-parti li tkun rebbħet il-kawża?

Meta l-qorti tkun waslet għal deċiżjoni, l-ispejjeż legali li tkun ġarrbet il-parti rebbieħa ġeneralment iridu jitħallsu mill-parti t-telliefa, skont l-ammont tar-rebħa jew telfa ta' kull waħda mill-partijiet. Din il-parti tad-deċiżjoni trid issir infurzabbli mill-qorti. L-ispejjeż jiġu kkalkulati skont ir-regoli msemmija hawn qabel, b'mod partikolari kkunsidrati d-dispożizzjonijiet dwar ir-regolament tat-tariffi tal-professjonisti legali u l-ispejjeż fissi tal-partijiet fil-proċeduri ċivili. Normalment, l-ammont ikkalkulat ikun inqas minn dak tal-ispiża reali.

It-tariffi tal-esperti

L-esperti jistabbilixxu t-tariffi tagħhom, li, jekk meħtieġa, ikunu inklużi fl-ispejjeż legali li jkunu jridu jitħallsu mill-parti telliefa.

It-tariffi tat-tradutturi u l-interpreti

It-tradutturi u l-interpreti jistabbilixxu t-tariffi tagħhom, li, jekk meħtieġa, ikunu inklużi fl-ispejjeż legali li jkunu jridu jitħallsu mill-parti telliefa.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Ateni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Piraeus

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Nutarili ta' Salonika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Nutarili Griega

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Avukati ta' Salonika

Dokumenti relatati

Rapport fuq il-Greċja dwar l-Istudju fuq it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(849 Kb)en


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018