Jekk ċittadin jipprevedi r-rikors il-qorti jew jixtieq eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-qorti, irid ikun hemm informazzjoni disponibbli dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fl-Istat Membri rilevanti.
L-ispejjeż tal-kawżi fil-qasam ċivili u f’dak kummerċjali huma rregolati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ispejjeż mhumiex armonizzati fuq il-livell tal-UE. B’hekk l-ispejjeż ivarjaw minn Stat Membru għall-ieħor.
Sabiex tikseb informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fl-Istati Membri, kif ukoll dwar diversi studji ta’ każijiet li twettqu f’isem il-Kummissjoni Ewropea, jekk jogħġbok agħżel waħda mill-bnadar elenkati fuq il-lemin.
Jekk m’għandekx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tħallas l-ispejjeż ta’ kawża l-qorti tista’ tapplika biex tingħata l- għajnuna legali.
Tista’ tikseb iktar informazzjoni mill-istudju mehmuż (disponibbli bl-Ingliż u bil-Franċiż biss) li sar sabiex ikunu identifikati s-sorsi tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji ċivili f’kull Stat Membri billi:
- ġie ddefinit il-proporzjon ta’ kull sors ta’ spiża identifikat b’paragun mal-ispiża kollha tal-proċedimenti ġudizzjarji ċivili,
- ġew ipparagunati l-ispejjeż li kellhom il-partijiet għal kawża fi Stati Membri differenti,
- ġew identifikati l-varjazzjonijiet fis-sorsi tal-ispejjeż u fl-ammonti tal-ispejjeż,
- ġie identifikat kif it-trasparenza tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji u l-limitazzjoni tad-differenzi fis-sorsi tal-ispejjeż u fl-ammonti tal-ispejjeż jistgħu jrawmu aċċess ikbar għall-ġustizzja,
- saru rakkomandazzjonjiet għal azzjonijiet possibbli fuq il-livell tal-UE, possibbilment billi jiġu stabbiliti standards minimi, ħalli jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja billi tittejjeb it-trasparenza tal-ispejjeż tal-ġustizzja ċivili,
- b’mod ġenerali, jiġu identifikati l-konnessjonijiet, fejn ikun xieraq u rilevanti, bejn l-ispejjeż tal-ġustizzja u l-aċċess għall-ġustizzja għaċ-ċittadini, u
- jiġu idenifikati kwistjonijiet speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mat-tilwim transkonfinali.
L-istudju jipprovdi stampa ġenerali tas-sitwazzjoni fl-Unjoni Ewropea f’mument partikolari – Diċembru 2007.
Dokumenti relatati
Studju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili fl-UE(2615 Kb)
– Verżjoni bl-Ingliż
Studju dwar it-Trasparenza tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Ġudizzjarji Ċivili fl-UE(2665 Kb)
– Verżjoni bil-Franċiż
Anness 1: Riżultati tal-kwestjonarju pubbliku(1700 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Belġju(829 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Bulgarija(566 Kb)
Rapport nazzjonali – Ir-Repubblika Ċeka(703 Kb)
Rapport nazzjonali – Id-Danimarka(560 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Ġermanja(565 Kb)
Rapport nazzjonali – L-Estonja(872 Kb)
Rapport nazzjonali – L-Irlanda(400 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Greċja(849 Kb)
Rapport nazzjonali – Spanja(640 Kb)
Rapport nazzjonali – Franza(1312 Kb)
Rapport nazzjonali – L-Italja(772 Kb)
Rapport nazzjonali – Ċipru(555 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Latvja(742 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Litwanja(950 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Lussemburgu(551 Kb)
Rapport nazzjonali – L-Ungerija(533 Kb)
Rapport nazzjonali – Malta(742 Kb)
Rapport nazzjonali – L-Olanda(702 Kb)
Rapport nazzjonali – L-Awstrija(829 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Polonja(396 Kb)
Rapport nazzjonali – Il-Portugall(781 Kb)
Rapport nazzjonali – Ir-Rumanija(544 Kb)
Rapport nazzjonali – Is-Slovenja(723 Kb)
Rapport nazzjonali – Is-Slovakkja(872 Kb)
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament: 01/02/2020