Zatvori

BETA VERZIJA PORTALA SADA JE DOSTUPNA!

Posjetite BETA verziju europskog portala e-pravosuđe i pošaljite nam povratne informacije!

 
 

Navigacijski put

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-ispiża tal-proċedimenti - Olanda

Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Sljedeći jezici: nizozemski već su prevedeni.

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar l-ispejjeż ġudizzjarji fl-Olanda.


L-ispiża tal-proċedimenti

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

Ħlief għad-drittijiet li jitħallsu lil dawk li joffru għajnuna legali sussidjata, id-drittijiet fl-Olanda mhumiex irregolati.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

L-Att dwar id-Drittijiet għall-Proċedimenti Ċivili (WTBZ) (Wet tarieven in burgerlijke zaken) jistipula li l-partijiet fil-proċedimenti ċivili huma obbligati jħallsu d-drittijiet ta’ reġistrazzjoni.

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Skont l-liġi kriminali Olandiża, m’hemm l-ebda spiża fissa għall-partijiet rigward proċedimenti kriminali.

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Skont is-sistema legali Olandiża, m’hemm l-ebda dispożizzjoni legali sabiex il-proċedimenti kostituzzjonali jinstemgħu quddiem il-qorti.

L-istadju tal-proċediment ċivili fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Fil-proċedimenti ċivili, malli jitħabbar li kawża se titressaq quddiem il-qorti, jiġi impost dritt fiss fuq kull rikorrent u fuq kull konvenut li jkun deher quddiem il-qorti. Kull qorti timponi dritt fiss għall-preżentata ta’ petizzjoni għajr kif jissemma fl-Artikolu 14(3), jew għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tad-difiża. In-nuqqas ta’ ħlas jew il-ħlas tard ta’ dan id-dritt ma jkollu l-ebda konsegwenza fil-proċedimenti prinċipali.

L-istadju tal-proċediment kriminali fejn iridu jitħallsu l-ispejjeż fissi għall-partijiet

Tapplika l-istess ħaġa bħall-proċedimenti ċivili.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

M’hemm l-ebda obbligu leġiżlattiv f’dan il-qasam. Madankollu, dawn jistgħu jirriżultaw mill-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati tal-1992 (għal iktar informazzjoni, ara s-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Olandiża) u l-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati tal-UE. Ara, pereżempju, ir-regola 26 tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati, li tistabbilixxi li kull meta avukat jaċċetta l-ingaġġ, huwa għandu jiddiskuti l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu mal-klijent u għandu jagħti dettalji dwar il-mod u l-frekwenza li biha se jibgħatlu l-fatturi. L-Artikolu 3.7.1. tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati tal-UE jistabbilixxi wkoll li l-avukat għandu dejjem jagħmel ħiltu sabiex jikseb is-soluzzjoni għat-tilwima tal-klijent li tkun l-iktar effiċjenti f’termini ta’ spejjeż u għandu jinforma lill-klijent, f’fażijiet xierqa tal-proċediment, rigward il-vantaġġi li jipprova jilħaq ftehim u/jew jipprova jikseb soluzzjoni alternattiva għat-tilwima.

L-ispejjeż involuti li għandha tbatihom il-parti li tirbaħ

F’kawżi ċivili, il-parti li tirbaħ jista’ jkollha l-ispejjeż li ġejjin:

  • għajnuna legali (pereżempju, id-drittijiet tal-avukat),
  • remunerazzjoni jew kumpens tax-xhieda jew tal-esperti,
  • spejjeż tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni, u
  • spejjeż oħrajn legali u mhux legali.

L-ispejjeż involuti li għandha tbatihom il-parti li titlef

Il-parti li titlef jista’ jkollha l-istess spejjeż bħall-parti li tirbaħ, imma tista’ anki tiġi kkundannata mill-imħallef biex tbati l-ispejjeż li kellha l-parti li rebħet.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Olanda?

Tista’ tikkonsulta l-WTBZ, flimkien ma’ liġijiet Olandiżi oħrajn, fost l-oħrajn mis-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGvern Olandiż.

B’liema ilsna nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Olanda?

Tista’ tikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Olanda biss bl-Olandiż.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Tista’ ssib informazzjoni mingħand l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut ta' Medjazzjoni tal-Olanda (NMI) u mill-paġna ddedikata għall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamedjazzjonijiet fuq referenza tal-qorti fis-sit elettroniku tal-Ġudikatura Olandiża u tal-Qorti Suprema tal-Olanda.

Fejn nista’ nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Sit elettroniku disponibbli dwar informazzjoni dwar l-ispejjeż

Paġna tal-web separata (Kosten van een procedure – Kostijiet tal-proċedimenti)fuq il-websajt tal-Ġudikatura tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi toffri Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaaktar informazzjoni dwar il-kostijiet tal-proċedimenti

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar it-tul ta' żmien medju li jieħdu l-proċeduri differenti?

Ir-rapport annwali mill-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak) jagħti ċifri dwar iż-żmien meħud biex il-każijiet jiġu konklużi. Ir-rapport huwa disponibbli onlajn fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt. tal-Ġudikatura tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif inhi pprovduta din l-informazzjoni?

Fejn tiġi ppubblikata informazzjoni dwar l-ispejjeż, il-figuri mogħtija jkunu mingħajr VAT (fejn ikun applikabbli).

X’inhuma r-rati applikabbli?

Ir-rata ġenerali tal-VAT applikata għall-oġġetti u s-servizzi hija ta' 21 %.

Għajnuna Legali

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Ara l-Artikolu 12(1) flimkien mal-Artikolu 34 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali (WRB) (Wet op de rechtsbijstand).

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-akkużati

L-għajnuna legali hija mingħajr ħlas fejn ir-rappreżentant legali jiġi assenjat mill-qorti (ara l-Artikolu 43 WRB). F’każijiet oħrajn, il-Bord tal-Għajnuna Legali jista’ jassenja avukat lil persuni eliġibbli biex jiġu rrappreżentati minn tali avukat skont il-Kodiċi Penali jew il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (ara l-Artikolu 44(1) WRB). Skont l-Artikolu 35 WRB, f’każijiet fejn l-għajnuna legali tingħata fuq il-bażi ta’ assenjazzjoni, il-parti tkun obbligata tħallas kontribut proporzjonat għad-dħul tagħha.

Limitu tad-dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-vittmi

L-Artikolu 44(5) WRB jistipula li l-għajnuna legali għall-vittmi ta’ reati sesswali jew ta’ delitti vjolenti hija mingħajr ħlas, irrispettivament mill-kapaċità tal-vittma li tħallas, jekk il-proċedimenti jkunu nfetħu u jekk il-vittma tkun eliġibbli għal kumpens skont l-Artikolu 3 tal-Liġi dwar il-Fond ta’ Kumpens għad-Danni Kriminali.

Kundizzjonijiet oħrajn sabiex tingħata l-għajnuna legali għall-akkużati

L-għajnuna legali ma tingħatax:

  • jekk l-applikazzjoni għaliha tikkonċerna kawża kriminali, u
  • jekk, fuq il-bażi tal-liġi li tkun inkisret, probabbilment tkun se tiġi imposta multa li tkun baxxa proporzjonalment għad-dħul tal-akkużat. Ara l-Artikolu 12(2)(c) WRB.

L-Artikolu 5(1) tad-Digriet li jistabbilixxi d-Digriet dwar l-Għajnuna Legali u dwar il-Kriterji ta’ Assenjazzjoni jipprovdi li (ħlief waqt konsultazzjoni), ma tingħata l-ebda għajnuna legali b’relazzjoni għal proċedimenti kriminali jekk il-kawża tkun se tinstema’ minn qorti sottodistrettwali. It-tieni paragrafu ta’ dak l-artikolu jipprovdi li, bħala deroga mill-ewwel paragrafu, jista’ jiġi assenjat avukat jekk dan ikun iġġustifikat minn interessi importanti min-naħa tal-parti jew jekk dan ikun meħtieġ mill-fatti partikolari jew mill-kumplessità legali tal-kawża.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

L-akkużati u l-konvenuti mhuma obbligati jħallsu l-ebda dritt fiss f’kawżi li għandhom jinstemgħu minn qorti subdistrettwali jew minn tribunal tal-kirjiet.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Id-deċiżjoni dwar liema parti għandha tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti tittieħed mill-qorti fuq bażi fissa (jiġifieri, mhux fuq il-bażi tal-ispejjeż li saru tabilħaqq).

Drittijiet tal-esperti

It-tariffi tal-esperti jvarjaw: Tista' ssib l-informazzjoni meħtieġa fid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet tat-28 ta' Awwissu 2012 li jemenda d-Digriet tal-2003 dwar it-tariffi fil-proċedimenti kriminali.. Id-Digriet emenda d-Digriet tal-2003 dwar it-tariffi fil-proċedimenti kriminali.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Id-drittijiet għat-traduzzjonjiet u għall-interpretar jiġu stabbiliti mill-Ministeru tal-Ġustizzja:

  • L-interpreti jitħallsu rata ta’ EUR 43.89 fis-siegħa. Barra minn hekk, l-interpreti tal-qrati jitħallsu dritt ta’ darba ta’ EUR 20.23 bħala kumpens għall-ħin moħli fl-ivvjaġġar u fl-istennija (dritt fiss). L-ispejjeż tal-ivvjaġġar jiġu rrimborsati bir-rata ta’ EUR 1.55 għal kull kilometru.
  • It-traduzzjonijiet minn jew għall-Franċiż, il-Ġermaniż u l-Ingliż jiġu rremunerati b’rata ta’ EUR 0.79 għal kull linja. Għal ilsna oħrajn tapplika rata ta’ EUR 0.14 għal kull kelma (lsien tat-traduzzjoni) u ta’ EUR 0.28 għal kull figura fl-ilsna orjentali.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni tal-NMI

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRechtspraak.nl

Dokumenti relatati

Rapport Olandiż rigward l-Istudju dwar it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(702 Kb)en


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/03/2013