Studju ta’ każ 2 – liġi tal-familja – kustodja tat-tfal - Il-Portugall

Issejvja bħala PDF

F'dan l-istudju ta' każ dwar il-liġi tal-familja – il- kura u kustodja tat-tfal, l-Istati Membru ġew mitluba javżaw lir-rikorrent dwar l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Tnejn min-nies jgħixu flimkien għal numru ta' snin mingħajr ma jiżżewġu. Meta jiddeċiedu li jisseparaw ikollhom tifel/tifla ta' tliet snin. Il-qorti tiddeċiedi illi tagħti l-kura u kustodja tat-tifel/tifla lill-omm u dritt ta' aċċess lill-missier. L-omm tiftaħ kawża biex tillimita d-dritt ta' aċċess tal-missier.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali meta int avukat fl-Istat Membru A: Tnejn min-nies jgħixu flimkien għal numru ta' snin fi Stat Membru (Stat Membru B) mingħajr ma jiżżewġu. Ikollhom tarbija iżda jisseparaw minnufih wara t-twelid tagħha. Il-qorti fl-Istat Membru B tagħti l-kura u kustodja tat-tarbija lill-omm u dritt ta' aċċess lill-missier. L-omm u t-tarbija jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (Stat Membru A) kif ġew awtorizzati jagħmlu mid-deċiżjoni tal-Qorti u l-missier jibqa' fl-Istat Membru B. Xi snin wara, l-omm tiftaħ kawża fl-Istat Membru A biex tbiddel id-dritt ta' aċċess tal-missier.


L-ispiża tal-proċedimenti

Spejjeż fil-Portugall - Spejjeż tal-avukat, il-bailiff u l-espert

Studju ta’ każ

Avukat


Bailiff



Espert



Ir-rappreżentazzjoni hija mandatorja?

Spejjeż medji

L-użu tal-bailiff huwa mandatorju?

Spejjeż ta' qabel is-sentenza

Spejjeż ta' qabel is-sentenza

L-użu huwa mandatorju?

Spejjeż

Każ A

Iva


Il-bailiffs jintervjenu f'dawn il-proċedimenti taħt l-istess kundizzjonijiet ta' proċedimenti oħra.





Każ B

Iva


Il-bailiffs jintervjenu f'dawn il-proċedimenti taħt l-istess kundizzjonijiet ta' proċedimenti oħra.






Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2019