Studju ta’ każ 3 – liġi tal-familja – manteniment - Il-Portugall

Issejvja bħala PDF

F'dan l-istudju ta' każ fuq il-liġi tal-familja – il-manteniment, l-Istati Membri ġew mitluba javżaw lir-rikorrent bl-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Tnejn min-nies jgħixu flimkien għal numru ta' snin mingħajr ma jiżżewġu. Meta jisseparaw ikollhom tifel/tifla ta' tliet snin. Il-qorti tiddeċiedi li tagħti l-kura u kustodja lill-omm. L-uniku punt li jibqa' huwa l-ammont ta' manteniment li jrid jingħata lill-omm mill-missier għall-edukazzjoni u l-għajxien tat-tifel/tifla. L-omm tiftaħ kawża l-qorti fuq din il-kwistjoni.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali fejn inti avukat fl-Istat Membru A: Żewġ persuni jgħixu flimkien għal numru ta' snin mingħajr ma jiżżewġu fi Stat Membru (l-Istat Membru B). Il-koppja jkollha tifel/tifla ta' tliet snin. Huma jisseparaw. Il-qorti fl-Istat Membru B tiddeċiedi li tagħti l-kura u kustodja lill-omm. Bi ftehim mal-missier, l-omm u t-tifel/tifla jmorru jgħixu fi Stat Membru ieħor (l-Istat Membru A) fejn jistabbilixxu r-residenza tagħhom.

Tibqa' pendenti kwistjoni waħda. Din tikkonċerna l-ammont ta' manteniment dovut lill-omm mill-missier għall-edukazzjoni u l-għajxien tat-tifel/tifla. L-omm tiftaħ kawża l-qorti fuq din il-kwistjoni fl-Istat Membru A.


L-ispiża tal-proċedimenti

Spejjeż fil-Portugall

Kumpens għax-xhieda, garanziji u drittijiet applikabbli oħra

Studju ta’ każ

Kumpens għax-xhieda


Garanziji


Drittijiet oħra



Ix-xhieda jirċievu kumpens?

Spiża

Din il-possibiltà teżisti? Meta u kif tiġi implimentata?

Spiża

Deskrizzjoni

Spiża

Każ A

Iva – Tabella IV mehmuża mar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti kif adottat mid-Digriet-Liġi Nru 34/2008, tas-26 ta' Frar

EUR 0.2 kull kilometru





Każ B

Iva – Tabella IV mehmuża mar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti kif adottat mid-Digriet-Liġi Nru 34/2008, tas-26 ta' Frar

EUR 0.2 kull kilometru






Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2019