Studju ta’ każ 4 – liġi kummerċjali – kuntratt - Il-Portugall

Issejvja bħala PDF

F'dan l-istudju ta' każ dwar il-liġi kummerċjali - il-kuntratti, l-Istati Membri ġew mitluba javżaw lill-bejjiegħ dwar l-ispejjeż tal-litigazzjoni fil-każijiet li ġejjin:

Każ A – Sitwazzjoni nazzjonali: Kumpanija kkonsenjat oġġetti għal valur totali ta' EUR 20 000. Il-bejjiegħ ma jirċevix ħlas għaliex ix-xerrej huwa tal-fehma illi l-oġġetti mhumiex tal-kwalità patwita.

Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża l-qorti biex jottjeni l-ħlas tal-bejgħ.

Każ B – Sitwazzjoni transnazzjonali: Kumpanija li l-uffiċċju prinċipali tagħha jinsab fl-Istat Membru B tikkonsenja oġġetti għal valur totali ta' EUR 20 000 lil xerrej fi Stat Membru A. Il-kuntratt huwa soġġett għal-liġi tal-Istat Membru B u miktub bil-lingwa tiegħu wkoll. Il-bejjiegħ għadu ma tħallasx għaliex ix-xerrej fl-Istat Membru A huwa tal-fehma illi l-oġġetti mhumiex tal-kwalità patwita. Il-bejjiegħ jiddeċiedi li jiftaħ kawża fl-Istat Membru A għall-ħlas tal-bejgħ speċifikat fil-kuntratt max-xerrej.


L-ispiża tal-proċedimenti

Spejjeż fil-Portugall

Spejjeż tal-għajnuna legali u ammonti oħra soġġetti għal rifużjoni

Studju ta’ każ

Għajnuna legali

Rifużjoni

Meta u taħt liema kundizzjonijiet hija applikabbli?

F'liema każijiet tingħata l-għajnuna legali sħiħa?

Kundizzjonijiet?

Tista' l-parti rebbieħa tikseb ir-rifużjoni tal-ispejjeż tal-kawża?

Jekk ir-rifużjoni mhix totali x'perċentwali tkun tingħata lura b'mod ġenerali?

Liema spejjeż qatt ma jiġu rifużi?

Hemm xi drabi fejn l-għajnuna legali jkollha tiġi rifuża lill-organizzazzjoni li tagħti għajnuna legali?

Każ A

L-entitajiet ġuridiċi bi skop ta' qligħ m'għandomx dritt għall-għajnuna legali.

Iva

L-ispejjeż tal-proċedimenti ma jiġux totalment rifużi jekk il-parti rebbieħa tirċievi l-għajnuna legali, għalhekk il-parti rebbieħa tiġi rifuża mill-Istat għad-drittijiet tal-qorti biss (imma mhux għal ammonti oħra inklużi fl-ispejjeż)

Ir-rifużjoni lill-Istat isseħħ biss meta l-benefiċjarju tal-għajnuna legali nnifsu jkun akkwista mezzi finanzjarji xierqa matul il-proċedimenti jew fl-erba' snin ta' wara, jew jinstab li fetaħ il-kawża b'mala fede

Każ B

L-entitajiet ġuridiċi bi skop ta' qligħ m'għandomx dritt għall-għajnuna legali.

Iva

L-ispejjeż tal-proċedimenti ma jiġux totalment rifużi jekk il-parti rebbieħa tirċievi l-għajnuna legali, għalhekk il-parti rebbieħa tiġi rifuża mill-Istat għad-drittijiet tal-qorti biss (imma mhux għal ammonti oħra inklużi fl-ispejjeż)

Ir-rifużjoni lill-Istat isseħħ biss meta l-benefiċjarju tal-għajnuna legali nnifsu ikun akkwista mezzi finanzjarji xierqa matul il-proċedimenti jew fl-erba' snin ta' wara, jew jinstab li fetaħ il-kawża b'mala fede


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 21/06/2019