L-ispiża tal-proċedimenti - Slovenja

Stabilixxi mill-ġdid Issejvja bħala PDF

Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar l-ispejjeż tal-ġustizzja fis-Slovenja.


L-ispiża tal-proċedimenti

Qafas regolatorju li jirregola d-drittijiet tal-professjonijiet legali

L-Avukati

Id-drittijiet tal-avukati huma rregolati bl-Att dwar id-Drittijiet tal-Avukati (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 67/2008; 35/2009-ZOdv-C, valida mill-1.1.2009 sad-9.5.2009).

Din il-liġi tapplika sakemm il-Kamra tal-Avukati Slovena tadotta l-lista l-ġdida ta' ħlasijiet għall-avukati, li trid tiġi approvata mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika.

In-Nutara

Il-ħlasijiet lin-nutara huma rregolati mit-Tariffa għan-Nutara (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 94/2008) adottata mill-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika. Qabel l-adozzjoni, il-Ministru jissottometti t-tariffa lill-Kamra tan-Nutara tas-Slovenja għal rimarki u opinjonijiet preliminari; li madankollu ma jorbtux legalment lill-Ministru.

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti ċivili

L-ispejjeż fissi jinkludu:

  • id-drittijiet tal-qorti,
  • id-drittijiet tal-avukati,
  • id-drittijiet tal-esperti,
  • id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti, kif ukoll
  • l-ispejjeż tal-ivjaġġar (pereżempju, dawk tax-xhieda u l-esperti).

Fażi fil-proċediment ċivili meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-drittijiet tal-qorti normalment jitħallsu fil-ftuħ tal-proċediment meta jitressaq ir-rikors.

F’ċerti każijiet, id-drittijiet jitħallsu meta l-qorti tagħti s-sentenza (pereżempju, tilwimiet ta’ natura soċjali quddiem il-qrati tal-ewwel istanza, proċedimenti għar-reġistrazzjoni tal-artijiet, proċedimenti li jikkonċernaw deċiżjonijiet tal-ewwel istanza dwar indennizzi).

Fi proċedimenti ta’ trasferiment ta’ proprjetà, id-dritt irid jitħallas fit-tmiem tas-smigħ – ladarba l-patrimonju tal-persuna mejta jsir magħruf.

Id-drittijiet tal-avukati jridu jitħallsu wara li l-qorti tkun ħarġet ordni dwar l-ispejjeż tal-proċediment. L-avukati jistgħu jitolbu li porzjon minn jew l-ammont sħiħ tad-drittijiet tagħhom għandu jitħallas bil-quddiem, li hija prattika komuni.

Il-parti li tissuġġerixxi stħarriġ tal-evidenza (pereżempju, minn espert jew xhieda), jew l-użu tas-servizz ta’ traduttur jew interpretu għandha tħallas l-ispejjeż bil-quddiem.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kriminali

L-ispejjeż fissi jinkludu:

  • id-drittijiet tal-qorti,
  • id-drittijiet tal-avukati (li jiddependu fuq in-numru ta’ smigħ),
  • id-drittijiet tal-esperti,
  • id-drittijiet tat-tradutturi u l-interpreti u
  • l-ispejjeż tal-ivjaġġar (pereżempju, dawk tax-xhieda u l-esperti).

Fażi fil-proċediment kriminali meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Il-ħlasijiet lill-qorti u spejjeż oħra normalment jitħallsu wara li l-qorti tkun tat deċiżjoni finali li ma tkunx suġġetta għal appell jew wara li l-qorti tkun sussegwentement tat ordni speċjali dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti li ma tkunx suġġetta għal appell.

Id-drittijiet tal-avukati għandhom jitħallsu wara li l-qorti tkun tat ordni dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti. L-avukati jistgħu jitolbu li porzjon minn jew l-ammont sħiħ tad-drittijiet tagħhom għandu jitħallas bil-quddiem, u ġeneralment hekk isir.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għal-litiganti fi proċedimenti kostituzzjonali

Fi proċedimenti kostituzzjonali mhemm l-ebda drittijiet tal-qorti. Spejjeż oħra (pereżempju, id-drittijiet tal-avukati u l-ispejjeż tal-ivjaġġar) jiffurmaw parti mill-ispejjeż ta’ kull parti.

Fażi fil-proċediment kostituzzjonali meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Id-drittijiet tal-avukati jridu jitħallsu fit-tmiem tal-proċedimenti. Dawn jistgħu jistgħu jitolbu li porzjon minn jew l-ammont sħiħ tad-drittijiet tagħhom għandu jitħallas bil-quddiem, li ġeneralment hekk isir.

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

L-avukati mhumiex meħtieġa legalment li jfornu informazzjoni dwar id-drittijiet u l-obbligi, dwar ċansijiet ta’ raġun u l-ispejjeż involuti. Madankollu, it-talba tal-avukati għall-ħlas trid issir permezz ta’ fattura speċjali li turi l-informazzjoni dwar id-drittijiet u l-ispejjeż involuti. Meta l-avukat u l-klijent jaqblu li d-drittijiet u l-ispejjeż mhux se jkunu stabbiliti abbażi tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Avukati iżda aktar skont ftehim speċjali dwar il-livell ta’ drittijiet, il-ftehim għandu jkun konformi ma’ regoli speċifiċi.

Sorsi tal-ispejjeż

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fis-Slovenja?

L-ispejjeż għall-proċedimenti ġudizzjarji huma rregolati bit-testi legali li ġejjin:

  • L-Att dwar id-Drittijiet tal-Qorti – Zakon o sodnih taksah (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 37/2008)
  • L-Att dwar id-Drittijiet tal-Avukati – Zakon o odvetniški tarifi (hemm bidla prevista fil-futur qrib)
  • It-Tariffa tan-Nutara – Notarska tarifa (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 94/2008, 32/2011. Hemm pjanijiet għal emenda ġdida dalwaqt),
  • Ir-regoli dwar l-interpreti tal-qorti – Pravilnik o sodnih tolmačih (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 49/2002, 75/2003, 71/2007)
  • Ir-regoli dwar l-esperti u l-istimaturi tal-qorti – Pravilnik o sodnih izvedencih in cenilcih (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 7/2002, 75/2003, 72/2005, 71/2007, 84/2008)
  • L-Att dwar il-Proċedura Kriminali Zakon o kazenskem postopku (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 32/2012),
  • Regoli dwar l-Irkupru tal-Ispejjeż fi Proċedimenti Kriminali – Pravilnik o povrnitvi stroškov v kazenskem postopku il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 61/1997, 6897 - corr. 62/2008),
  • L-Att dwar il-Proċedura ĊiviliZakon o pravdnem postopku (il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 73/2007 – verżjoni uffiċjali kkonsolidata, 45/08 - ZArbit, 45/08, 111/08 - Odl. US, 121/08 - Skl. US, 57/09 - Odl. US, 12/10 - Odl. US, 50/10 - Odl. US, 107/10 - Odl. US, 75/12 - Odl. US u 76/12 - corr.).

It-testi ċċitati aktar ’il fuq huma disponibbli onlajn fuq il-portal legali tas-Slovenja, iċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru ta’ informazzjoni legali, jew minn reġistri oħra tal-liġijiet nazzjonali.

F’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fis-Slovenja?

L-informazzjoni hija disponibbli biss bil-lingwa Slovena.

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

L-informazzjoni dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fuq il-webpage tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEJN Civil Atlas dwar ir-riżoluzzjoni alternattiva ta’ tilwimiet

L-informazzjoni tinsab ukoll fil-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika u l-websajts tal-qrati individwali li jipprovdu medjazzjoni fil-qorti (eż. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Distrettwali ta' Ljubljana).

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-siti elettroniċi tal-NGOs u ta’ operaturi tas-settur privat li huma attivi fil-medjazzjoni (ara l-paġni dwar il-Medjazzjoni u dwar kif Issib Medjatur).

Fejn nista' nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar it-tul medju ta’ żmien li proċeduri differenti jieħdu?

It-taqsima tas-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja dwar l-analiżi ta’ statistika ġudizzjarja fiha informazzjoni dwar it-tul medju ta’ żmien ta’ proċeduri differenti.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Kif tingħata din l-informazzjoni?

L-informazzjoni dwar l-ispejjeż tiġi ppubblikata f’regolamenti differenti; madankollu, il-VAT normalment ma tkunx inkluża. Meta l-VAT tkun trid tiżdied fuq il-prezz (pereżempju, jekk fuq is-servizzi tal-avukat tkun trid titħallas il-VAT) ir-regolamenti normalment jiddikjaraw dan.

Għajnuna legali

Il-limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

Il-limitu ta’ dħul applikabbli għall-għajnuna legali huwa rregolat bl-Artikolu 13 tal-Att dwar l-Għajnuna Legali Bla Ħlas– Zakon o brezplačni pravni pomoči (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 48/2001, 50/2004, 96/2004-UPB1, 23/2008).

Persuni jiġu intitolati għall-għajnuna legali jekk l-istatus finanzjarju tal-familji tagħhom ma jippermettilhomx milli jħallsu l-ispejjeż ġudizzjarji bla ma jagħmlu ħsara għal-livell minimu tal-għajxien tagħhom. Il-livell minimu tal-għajxien tagħhom jiġi kkunsidrat bħala wieħed mhedded meta id-dħul ta’ kull xahar ta’ dik il-persuna, jew id-dħul medju ta’ kull xahar tal-membri tal-familja, ma jkunx jaqbeż id-doppju tad-dħul minimu ta’ kull xahar previst fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali – Zakon o socialnem varstvu (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja 3/2007-UPB2 {23/2007 popr., 41/2007 popr.}, 122/2007 Odl.US: U-I-11/07-45).

Mill-1 ta' Ġunju 2012 id-dħul minimu huwa ta' EUR 260; id-dħul massimu li jikkwalifika għall-għajnuna legali huwa għalhekk ta' EUR 520.

Il-qorti tista’ teżenta wkoll lill-partijiet milli jħallsu d-drittijiet tal-qorti (irregolat bl-Artikolu 11 tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Qorti) jekk meta dawn jitħallsu jista’ jnaqqas konsiderevolment il-baġit tal-għajxien minimu tagħhom u tal-familji tagħhom. Id-deċiżjoni titħalla fid-diskrezzjoni tal-qorti wara li tkun ikkunsidrat iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha.

Il-limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-konvenuti u għall-vittmi

Il-limitu ta’ dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja kriminali għall-konvenuti u għall-vittmi huwa l-istess bħal fil-każijiet ta’ ġustizzja ċivili.

Kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta’ għajnuna legali għall-vittmi u l-konvenuti

Mhemm l-ebda kundizzjonijiet oħra marbuta mal-għoti ta’ għajnuna legali la għall-vittmi u lanqas għall-konvenuti.

Proċedimenti tal-qorti bla spejjeż

Il-ħlas tad-drittijiet tal-qorti mhuwiex meħtieġ fil-proċedimenti tal-qorti elenkati hawn taħt:

  • Proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tas-Slovenja
  • Infurzar tad-deċiżjonijiet tal-qorti f’tilwimiet relatati mal-impjieg u ma’ kwistjonijiet oħra marbuta max-xogħol
  • Proċedimenti fejn tkun ingħatat għajnuna legali
  • Infurzar ta’ talbiet għall-manteniment
  • Inġunzjonijiet temporanji matul proċedimenti ta’ divorzju jew proċedimenti ta’ manteniment għat-tfal
  • Proċedimenti ta’ insolvenza meta dawn jibdew mid-debitur
  • Awtentikazzjoni tad-dokumenti li jkunu meħtieġa għall-infurzar tad-drittijiet tas-sigurtà soċjali f’pajjiż barrani
  • Diversi proċedimenti u materji oħra elenkati fl-Att dwar id-Drittijiet tal-Qorti u f’regolamenti oħra.

Meta għandha l-parti li titlef tħallas lill-parti li tirbaħ?

Ir-rifużjoni tal-ispejjeż hija rregolata bl-Att dwar il-Proċedura Kriminali u l-Att dwar il-Proċedura Ċivili, li jistabbilixxu il-prinċipju tar-raġun u l-prinċipju tat-tort.

Fil-proċedimenti ċivili, il-parti li titlef għandha tħallas l-ispejjeż li jkunu saru mill-parti li tirbaħ. Kull parti għandha tkopri l-ispejjeż li jkunu ġejjin minħabba t-tort tagħhom jew inkella b’koinċidenza. Regoli iktar dettaljati dwar ir-rimborż tal-ispejjeż huma stipulati fl-Att dwar il-Proċedura Ċivili (l-Artikoli 151-186 u 173.a) u fir-Regoli dwar l-Irkupru tal-Ispejjeż tal-Proċedimenti Kriminali (Gazzetta Uffiċjali Nru 15/03).

Fil-proċedimenti kriminali, il-qorti ġeneralment tordna li l-ispejjeż ta' rimborż jitħallsu mill-konvenut jekk jinstab ħati. L-Att dwar il-Proċedura Kriminali (l-Artikoli 92-99) u r-regolament speċjali maħruġ mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Amministrazzjoni Pubblika fih regoli iktar dettaljati dwar ir-rimborż tal-ispejjeż.

Drittijiet tal-esperti

Fi proċedimenti ċivili, id-drittijiet tal-esperti għandhom, fil-prinċipju, jitħallsu bil-quddiem mill-parti li tkun talbet li x-xhieda tinstema’ mill-espert. Jekk il-qorti tordna li tisma’ lill-espert, il-qorti trid tkopri l-ispejjeż bil-quddiem. Dawn l-ispejjeż imbagħad jiġu rifużi fit-tmiem tal-proċediment, skont il-prinċipju ta’ min jirbaħ.

Fi proċedimenti kriminali, id-drittijiet tal-esperti jitħallsu bil-quddiem mill-qorti.

Drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti

Fi proċedimenti kriminali, il-qorti tħallas id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti bil-quddiem.

L-ispejjeż tat-traduzzjoni jew tal-interpretazzjoni fi jew mil-lingwa Taljana u l-lingwa Ungeriża ma jitħallsux fuq il-bażi tad-drittijiet kostituzzjonali ta’ minoritajiet Taljani u Ungeriżi sabiex jużaw il-lingwa tagħhom stess (anke meta il-persuni kkonċernati jkunu meħtieġa jirrifondu spejjeż oħra fi proċedimenti kriminali).

L-ispiża tat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni ma titħallasx jekk il-konvenut ma jkunx jista’ jifhem il-lingwa li fiha jkun qed isir il-proċediment.

Fi proċedimenti ċivili, id-drittijiet tat-tradutturi u tal-interpreti jiffurmaw parti mill-ispiża tal-proċedimenti. Dawn l-ispejjeż iridu jitħallsu bil-quddiem mill-parti li l-imġiba tagħha tkun bdiet il-proċediment. Fit-tmiem tal-proċedimenti, l-ispejjeż jiġu rifużi fuq il-bażi tal-prinċipju tar-raġun u l-prinċipju tat-tort.

Studji ta’ każijiet fis-Slovenja

Informazzjoni aktar speċifika dwar l-ispejjeż tal-proċedimenti fis-Slovenja hija disponibbli permezz ta’ xi studji ta’ każijiet konkreti.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema legali Slovena

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju tal-Qorti tal-Kontea ta’ Ljubljana

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettorju tal-analiżi ta’ statistika ġudizzjarja

Dokumenti relatati

Ir-rapport dwar is-Slovenja fl-Istudju fuq it-Trasparenza tal-IspejjeżPDF(723 Kb)en


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2019