Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - il-Kroazja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: Kroat diġà ġew tradotti.


Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm se jkolli nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'nagħmel wara li nħallas?

Introduzzjoni

It-tariffi tal-Qorti fir-Repubblika tal-Kroazja huma regolati mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Narodne novine) (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja) Nri 74/1995, 57/1996, 137/2002, 125/2011, 112/2012 u 157/2013, li fihom it-Tariffi tal-Qorti.

Skont l-Artikolu 6 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti il-ħlasijiet stabbiliti skont it-tariffa jridu jitħallsu permezz ta' taxxi tal-boll maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja, u fi flus kontanti biss fejn il-kontribwent ikun obbligat iħallas tariffi ogħla minn HRK 100.

Liema tariffi japplikaw?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu għall-proċedimenti ċivili kollha u skont l-Artikolu 16 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti. Dawn li ġejjin huma eżenti:

  1. Ir-Repubblika tal-Kroazja u l-korpi tal-gvern,
  2. persuni u korpi li jeżerċitaw awtorità pubblika fl-eżerċizzju ta' dawk il-poteri,
  3. ħaddiema u impjegati f'tilwim industrijali u uffiċjali f'tilwim amministrattiv marbut mal-eżerċizzju tad-drittijiet provenjenti minn relazzjonijiet uffiċjali,
  4. ħaddiema involuti f'tilwim amministrattiv provenjenti minn ftehim ta' qabel il-falliment,
  5. id-diżabbli tal-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus tagħhom,
  6. il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta' suldati li sfaw maqtula, neqsin u priġuniera fil-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus,
  7. il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta' dawk li sfaw maqtula, neqsin u priġuniera fil-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus,
  8. ir-refuġjati, il-persuni spustati u r-rimpatrijati skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw l-istatus tagħhom,
  9. il-benefiċjarji ta' għajnuna soċjali li jirċievu għajnuna għall-għajxien,
  10. l-organizzazzjoni umanitarji u l-organizzazzjonijiet li jipproteġu l-persuni b'diżabbiltà u l-familji ta' dawk li sfaw maqtula, neqsin u kienu priġuniera filwaqt li kienu qed iwettqu attivitajiet umanitarji,
  11. tfal li jkunu parti mill-proċedimenti għall-manteniment jew fi proċedimenti dwar talbiet ibbażati fuq dak id-dritt,
  12. ir-rikorrent f'kawżi dwar ir-rikonoxximent tal-maternità u l-paternità u għall-ispejjeż minħabba tqala u t-twelid tat-tfal barra ż-żwieġ,
  13. partijiet li jixtiequ jerġgħu jakkwistaw il-kapaċità ġuridika,
  14. minuri li jixtiequ l-awtorizzazzjoni għall-emanċipazzjoni għaliex saru ġenituri,
  15. partijiet fil-proċedimenti sabiex jingħata lura tifel u għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni dwar id-drittijiet ta' aċċess għat-tfal,
  16. ir-rikorrenti f'tilwim dwar drittijiet ġejjin mill-pensjoni obbligatorja u l-assigurazzjoni ġenerali medika, dwar id-drittijiet ta' dawk qiegħda skont ir-regolamenti dwar l-impjiegi u d-drittjiet għall-benefiċċji soċjali,
  17. ir-rikorrenti fi proċeduri għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet garantiti mill-Kostituzzjoni kontra atti individwali finali, jew għall-protezzjoni minn att illegali u
  18. r-rikorrenti f'tilwim għal kumpens minħabba tniġġis ambjentali,
  19. trejdjunjins u assoċjazzjonijiet ta' trejdjunjins fi proċedimenti ċivili għall-approvazzjoni ġudizzjarja tas-sostituzzjoni u f'tilwim ta' xogħol kollettiv u rappreżentanti tal-unjin fi proċedimenti ċivili fl-eżerċizzju tas-setgħat tal-kunsill tal-ħaddiema.

Stat barrani huwa eżenti mill-ħlas tat-tariffi, jekk ikun hemm provvediment f'dan is-sens permezz ta' trattat internazzjonali jew skont ir-reċiproċità.

F'każ ta' dubju dwar il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-qorti titlob għal spjegazzjoni mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1(10) ta' dan l-Artikolu japplikaw għal dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji li jkunu ġew stabbiliti mill-Ministru għall-benefiċċji soċjali.

Id-dispożizzjoni tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplikax għall-korpi tal-muniċipalitajiet u l-ibliet, ħlief fejn skont liġi speċjali l-eżerċizzju tal-awtorità pubbika ġiet trasferita lilhom.

Fil-proċeduri tal-ordni ta' ħlas Ewropea jitħallsu t-tariffi li ġejjin:

  • għal proposta tal-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas ir-rikorrent
  • għal deċiżjoni dwar l-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas ir-rikorrent
  • għal ilment kontra l-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas il-konvenut

jekk il-proċedura tkompli l-qorti

  • għal sentenza - iħallas ir-rikorrent
  • għal appell - iħallas l-appellant
  • għal risposta kontra l-appell - tħallas il-persuna li tressaq ir-risposta (ir-risposta hija fakultattiva)
  • rimedju straordinarju - tista' ssir ritrattazzjoni mid-deċiżjoni tal-qorti tat-tieni istanza jekk it-tilwima taqbeż HRK 200 000.00
  • it-tariffi tal-qorti jitħallsu mill-applikant għar-ritrattazzjoni u l-persuna tressaq risposta għar-ritrattazzjoni (ir-risposta hija fakultattiva).

Kemm se jkolli nħallas?

II. Nofs it-tariffi msemmija taħt il-punt I jitħallsu għal proposta ta' ordni ta' ħlas Ewropea, għal deċiżjoni ta' ordni ta' ħlas Ewropea u għal risposta għal appell jew ritrattazzjoni.

III. Għall-appell jew ritrattazzjoni ta' sentenza jitħallas id-doppju tat-tariffi tal-qorti msemmija fil-punt I.

IV. Ma titħallasx tariffa tal-qorti fejn il-ftehim bil-qorti jintlaħaq matul il-proċedimenti quddiemha stess.

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

It-tariffi tal-qorti jinġabru permezz ta' mandat, u fejn ma jitħallsux mill-ewwel titħallas ukoll imposta addizzjonali ta' HRK 100.00.

Skont l-Artikolu 39 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, il-qorti għandha l-ewwel tavża lill-parti bl-obbligu li tħallas it-tariffa fi żmien tlett ijiem, u fejn hija tonqos ma' dan l-avviż, il-qorti tadotta deċiżjoni rigward it-tariffa li magħha trid titħallas ukoll l-imposta addizzjonali ta' HRK 100.00.

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti li jaqbżu HRK 100 jitħallsu fil-baġit nazzjonali permezz ta' bank jew uffiċċju tal-posta, fil-kont tal-Baġit Nazzjonali tar-Repubblika tal-Kroazja.

Sabiex it-tariffi tal-qorti jitħallsu minn barra l-Kroazja trid tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja:

SWIFT: NBHRHR2X

IBAN: HR1210010051863000160

Kont kurrenti (CC):1001005-1863000160

Mudell: HR64

Numru ta' referenza: 5045-20735-Numru tal-identifikazzjoni personali (jew numru ta' identifikazzjoni ieħor għal min se jħallas)

Benefiċjarju: Il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Kroazja, f'isem il-Qorti Kummerċjali f'Zagreb

Id-deskrizzjoni tal-ħlas għandha tinkludi s-somma għall-każ ________ (numru tal-fajl tal-każ, u deskrizzjoni tal-ħlas, pereżempju t-tariffa tal-qorti għal proposta biex jinħareg ordni ta' ħlas Ewropea )

X'nagħmel wara li nħallas?

Kif isir il-ħlas, trid tintbagħat prova ta' dan il-ħlas lill-qorti li tkun qed tisma' l-kawża li għaliha qed titħallas it-tariffa, inkluż referenza għan-numru tal-każ li qed jinstema' (jekk ikun magħruf) jew fejn għadha kif tressqet applikazzjoni għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas Ewropea, il-prova tal-ħlas bil-bank għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.

Il-partijiet għandhom jissottomettu dokumenti lill-qorti b'mod regolari bil-posta (irreġistrata jew b'konsenja ta' pakketti ordinarja).

I. Għal talba, kontrotalba, sentenza u oġġezzjoni għall-ħlas għandha titħallas tariffa tal-qorti xierqa għall-ammont kontestat (ikkalkulata biss għall-ammont tar-rikors prinċipali mingħajr interessi u spejjeż) kif ġej:

aktar minn

sa HRK

HRK

0.00

3 000.00

100.00

3 000.00

6 000.00

200.00

6 000.00

9 000.00

300.00

9 000.00

12 000.00

400.00

12 000.00

15 000.00

500.00

Hija pagabbli tariffa ta' HRK 500.00 għal ammonti li jaqbżu HRK 15 000.00 u 1% fuq id-differenza li taqbeż HRK 15 000.00 iżda mhux aktar minn HRK 5 000.00.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/12/2015