Κλείσιμο

Η ΕΚΔΟΣΗ BETA ΤΗΣ ΠΥΛΗΣ ΕΙΝΑΙ ΤΩΡΑ ΔΙΑΘΕΣΙΜΗ!

Επισκεφθείτε την έκδοση BETA της διαδικτυακής πύλης της ευρωπαϊκής ηλεκτρονικής δικαιοσύνης και πείτε μας τη γνώμη σας!

 
 

Διαδρομή πλοήγησης

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Malta


Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

It-tariffi applikabbli għal din il-proċedura huma L-Art. 1 par. 2, l-Art. 2 u l-Art. 13(1) tat-Tariffa B tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

Il-pagament tad-dritt tar-Reġistru ma jistax isir b’mod elettroniku.

Liema tariffi huma applikabbli?

Il-pagament huwa meħtieġ in konnessjoni mas-segwenti formoli:

Formola A – Applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola D – Deċizjoni biex tiġi miċħuda applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola E – Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola F – Oppozizzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola Ġ – Dikjarazzjoni ta’ Infurzar

Kemm għandi nħallas?

Formola A – Applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea: Ewro 30.00 dritt tar-Reġistru u Ewro 7.20 għal kull notifika lill-konvenut/i u lill-pretendent tal-Formola D jew E

Formola F – Oppozizzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea: Ewro 30.00 dritt tar-Reġistru u Ewro 7.20 għal kull notifika lill-pretendent

Formola Ġ – Dikjarazzjoni ta’ Infurzar: Ewro 20.00 dritt tar-Reġistru

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-Formola ma tiġix ipproċessata sakemm isir il-pagament

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

Wieħed jista’ jħallas it-tariffi tal-Qorti fis-segwenti kont bankarju:

Name of Account Holder

CASHIER MALTA GOVERNMENT

IBAN (International Bank Account)

MT55MALT011000040001EURCMG5001H

National Bank Key

SORT CODE 01100

Account Number

40001EUR-CMG5-001-H

BIC/SWIFT code

MALTMTMT

Bank name

CENTRAL BANK OF MALTA

Bank address

CASTILLE PLACE
VALLETTA
MALTA

Currency of account

EURO

X'għandi nagħmel wara l-ħlas?

Tipproduċi riċevuta mogħtija mill-Bank li permezz tiegħu tkun saret it-transazzjoni


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 09/09/2019