Az átmeneti időszak vége előtt indított, folyamatban lévő polgári eljárásokat az uniós jog alapján fogják lefolytatni. Az európai igazságügyi portálon 2024 végéig még olvashatók lesznek az Egyesült Királyságra vonatkozó releváns információk, az országgal kötött kölcsönös megállapodás alapján.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Anglia és Wales

Tartalomszolgáltató:
Anglia és Wales

Introduzzjoni

X'inhuma l-miżati applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Rikorrent jista' juża r-Regolament Ewropew dwar it-Talbiet Żgħar biex iressaq rikors sa somma ta' EUR 2 000 (minbarra l-interessi, l-ispejjeż u l-iżborżi kollha) kontra konvenut f'kawża transfruntiera. Kawża transfruntiera tapplika fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor għajr dak tal-qorti fejn jitressaq ir-rikors. Il-proċedura tista' tintuża kemm għal talbiet ta' flus kif ukoll għal talbiet mhux monetarji kemm f'materji ċivili kif ukoll f'dawk kummerċjali. Il-proċedimenti fl-Ingilterra u f'Wales jistgħu jinbdew fil-Qorti tal-Kontea iżda mhux fil-Qorti Għolja.

X'inhuma l-miżati applikabbli?

Il-miżati tal-Qorti għall-Proċedura Ewropea għat-Talbiet Żgħar huma l-istess bħal dawk għat-talbiet nazzjonali żgħar.

Biex issir applikazzjoni għal Talba Żgħira Ewropea, iridu jitħallsu l-miżati tal-qorti. Jekk tixtieq tħallas permezz ta' karta tad-debitu/tal-kreditu jridu jiġu pprovduti d-dettalji tal-karta rilevanti fl-Appendiċi għall-"Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, Formola A".

Fil-każijiet fejn tkun meħtieġa seduta ta' smigħ biex tiġi stabbilita t-tilwima tapplika wkoll miżata għas-smigħ.

Jekk ikun hemm bżonn li tiġi infurzata talba tkun meħtieġa tariffa oħra tal-qorti. Aktar dettalji dwar it-tipi ta' proċeduri disponibbli jinstabu fuq il-paġni dwar l-infurzar għall-Ingilterra u Wales.

Kemm għandi nħallas?

Il-miżati tal-Qorti fl-Ingilterra u f'Wales jinstabu fil-fuljett EX50 - Miżati tal-Qorti Ċivili u tal-Familja

Għal referenza faċli, il-miżati għat-talbiet żgħar fit-tabella ta' hawn taħt huma korretti mis-17 ta' Novembru 2016. Il-miżati tal-qorti jistgħu jinbidlu, għalhekk għandek dejjem tivverifika mal-qorti, mar-rappreżentant legali tiegħek jew ma' kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni oħra involuti, li dak l-ammont għadu l-miżata attwali. Dawn il-miżati huma f'lira sterlina (GBP), u għalhekk biex tikkalkula l-ekwivalenti f'Euro, trid tagħmel konverżjoni fil-jum li fih tixtieq tressaq l-applikazzjoni.

1.1 Fil-bidu tal-proċedimenti (inklużi l-proċedimenti maħruġa wara li jingħata l-permess għall-ħruġ bl-esklużjoni tal-kawżi CCBC imressqa mill-utenti taċ-Ċentru jew kawżi mressqa mill-utenti tal-Money Claim OnLine) biex tiġi rkuprata somma ta' flus fejn is-somma mitluba:

Miżata pagabbli (£)

(a) Ma taqbiżx it-£ 300

£ 35

(b) Taqbeż it-£ 300 iżda ma taqbiżx il-£ 500

£ 50

(c) Taqbeż il-£ 500 iżda ma taqbiżx l-£ 1 000

£ 70

(d) Taqbeż l-£ 1 000 iżda ma taqbiżx l-£1 500

£ 80

(e) Taqbeż l-£ 1 500 iżda ma taqbiżx it-£ 3 000

£ 115

Jekk issir seduta ta' smigħ, trid titħallas miżata oħra.

Miżata pagabbli għas-smigħ ta' kawża għal talba żgħira fejn is-somma mitluba:

(i) Ma taqbiżx it-£ 300

£ 25

(ii) Taqbeż it-£ 300 iżda ma taqbiżx il-£ 500

£ 55

(ii) Taqbeż il-£ 500 iżda ma taqbiżx l-£ 1 000

£ 80

(iii) Taqbeż l-£ 1 000 iżda ma taqbiżx l-£ 1 500

£ 115

(iv) Taqbeż l-£ 1 500 iżda ma taqbiżx it-£ 3 000

£ 170

Jekk tkun tixtieq tinforza t-talba, tkun trid tħallas miżata oħra.

Ikollok tħallas miżata tal-qorti biex tressaq rikors quddiem il-qorti u trid tħallas miżati oħra tal-qorti fi stadji differenti tal-kawża fil-qorti. Inti tista’ tikkwalifika għal "remissjoni tal-miżati" (skont iċ-ċirkustanti personali tiegħek) li jfisser li ma jkollokx għalfejn tħallas miżata tal-qorti, jew inkella jkollok tħallas biss parti minnha. Madankollu, inti jkollok tapplika għal remissjoni separata għal kull miżata li trid titħallas matul il-proċess ġudizzjarju. Għalhekk, pereżempju, meta tapplika għar-remissjoni meta tressaq l-ewwel rikors, din tagħtik biss ir-remissjoni għal dik l-ewwel miżata tal-"ħruġ". Dan għaliex iċ-ċirkustanzi personali tiegħek jistgħu jinbidlu waqt ir-rikors fil-qorti, u tista’ ma tibqax eliġibbli għar-remissjoni aktar tard matul il-kawża. Inkella, inti tista’ ssir eliġibbli għar-remissjoni tal-miżati matul il-kawża.

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Jekk ir-rikorrent jonqos milli jimla d-dettalji tal-karta tal-kreditu rilevanti b'mod korrett jew il-ħlas ma jirnexxix għal xi raġuni, il-qorti li tittratta tibgħat il-Formola B "Talba mill-qorti jew tribunal biex timla u/jew tikkoreġi l-formola tat-talba" lir-rikorrent fejn din titlob li jingħataw dettalji ta' karta tal-kreditu valida biex ikun jista' jsir il-ħlas tal-miżati tal-qorti. Ir-rikors ma jipprosegwix aktar jekk ma jsirx il-ħlas.

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

Il-ħlas tal-miżata tal-qorti jsir billi jingħataw dettalji korretti dwar il-ħlas lill-qorti. Inizjalment dan għandu jsir billi jingħataw id-dettalji rilevanti fil-"Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, Appendiċi għall-Formola A".

Il-ħlas normalment isir permezz ta' karta tad-debitu/tal-kreditu. Mhux il-metodi kollha ta' ħlas fil-Formola A x'aktarx li jkunu disponibbli fil-qorti li fiha tkun qed tagħmel rikors. Ir-rikorrent għandu jikkuntattja lill-qorti u jivverifika liema metodu ta' ħlas jista' juża.

Jista' jkun possibbli wkoll li wieħed iħallas bl-użu ta' karta tal-kreditu fuq it-telefon. Ħafna qrati għandhom faċilitajiet biex jieħdu ħlasijiet bil-karta b'dan il-mod, iżda l-qorti rilevanti għandha tiġi kkuntattjata l-ewwel biex tikkonferma jekk il-ħlas jistax isir b'dan il-mod.

Il-ħlas elettroniku jista' jsir biss minn xi ħadd b'indirizz fir-Renju Unit.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Jekk ir-rikors ikun sar b'mod korrett, il-qorti tinnotifika l-formola tat-talba (flimkien ma' kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament) u l-Formola tat-Tweġiba tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (il-Formola C) lill-konvenut. Fl-istess ħin tintbagħat notifika tal-ħruġ lir-rikorrent, flimkien ma' riċevuta tat-tranżazzjoni tal-ħlas.

Normalment, ir-riċevuta tkun 8 x 12-il cm u jkollha l-isem tal-qorti fin-naħa ta' fuq bl-indirizz postali tagħha, u l-ammont imħallas bid-data u l-ħin tal-pagament fil-qiegħ.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara It-talbiet transfruntiera tal-Unjoni Ewropea.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.