Il-Ministeri tal-Ġustizzja u l-qrati nazzjonali huma l-organizzaturi ewlenin tat-taħriġ tal-persunal tal-qorti fl-Istati Membri tal-UE. Fi Stati Membri oħra dan il-kompitu jitwettaq mill-akkademji ġudizzjarji jew mill-istrutturi ġudizzjarji bħall-Kunsilli u l-Uffiċċji tal-Prosekuturi.
Din hija l-informazzjoni li tirrigwarda l-istrutturi nkarigati mit-taħriġ tal-persunal tal-qrati fl-Istati Membri tal-UE:
- Il-Belġju
(147 Kb)
:
It-taħriġ huwa organizzat mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja iżda pprovdut minn żewġ
strutturi tas-settur pubbliku.
- Il-Bulgarija
(148 Kb)
:
Il-Kunsill Ġudizzjarju Suprem u l-Kummissjoni tal-Istat dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni huma responsabbli biex jorganizzaw it-taħriġ. It-taħriġ jitwettaq minn taħlita ta' strutturi pubbliċi, privati u Ewropej
- Ir-Repubblika Ċeka:
Il-qrati, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku u l-Ministeru tal-Ġustizzja huma responsabbli għat-taħriġ tal-assistenti ġudizzjarji
(148 Kb)
, l-iskrivani tal-qorti superjuri
(147 Kb)
, u l-apprendisti ġudizzjarji
(147 Kb)
. It-taħriġ tipprovdih l-
Akkademja Ġudizzjarja.
- Id-Danimarka
(138 Kb)
:
L-Amministrazzjoni tal-Qorti tad-Danimarka hija responsabbli biex torganizza t-taħriġ li jingħata mid-
Domstolsstyrelsen.
- Il-Ġermanja:
Fil-Bavarja, il-Ministeru Reġjonali tal-Ġustizzja huwa responsabbli biex jorganizza t-taħriġ tal-bailiffs
(145 Kb)
u tal-persunal tas-sigurtà
(150 Kb)
It-taħriġ jipprovduh il-fornituri tat-taħriġ reġjonali u l-qrati. F'Berlin
(144 Kb)
, min-naħa l-oħra, l-organizzazzjoni u l-forniment tat-taħriġ huwa f'idejn il-Qorti tal-Appell. Fi Brandenburg
(142 Kb)
, il-qorti reġjonali hija responsabbli biex torganizza t-taħriġ. Hija tipprovdi wkoll taħriġ b'kollaborazzjoni mal-
Akkademja tal-Ġustizzja reġjonali.
- L-Estonja
(141 Kb)
:
Il-Ministeru Nazzjonali tal-Ġustizzja huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tat-taħriġ b'kollaborazzjoni mal-qrati.
- L-Irlanda
(145 Kb)
:
Is-servizzi tal-qorti huma responsabbli biex jorganizzaw it-taħriġ, li jfornuh taħlita ta' strutturi pubbliċi u privati.
- Il-Greċja
(143 Kb)
:
It-taħriġ tipprovdihstruttura pubblika.
- Spanja
(147 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja, minn
fornitur pubbliku tat-taħriġ u minn entitajiet oħra.
- Franza:
It-taħriġ tal-uffiċjali tal-qorti(146 Kb)
, l-assistenti amministrattivi
(144 Kb)
, l-uffiċjali amministrattivi
(144 Kb)
, l-iskrivani tal-qorti
(146 Kb)
u l-assistenti tekniċi
(144 Kb)
huwa organizzat mill-
Ministeru tal-Ġustizzja u tipprovdih l-"
Ecole Nationale des Greffes".
- Il-Kroazja
(147 Kb)
:
Il-Kunsill Ġudizzjarju tal-Istat huwa responsabbli biex jorganizza t-taħriġ li jingħata mill-Akkademja Ġudizzjarja tal-Kroazja.
- L-Italja
(145 Kb)
:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja Nazzjonali huwa responsabbli kemm għall-organizzazzjoni kif ukoll għall-forniment tat-taħriġ.
- Il-Latvja
(145 Kb)
:
L-Amministrazzjoni tal-Qorti torganizza t-taħriġ tal-persunal tal-qorti, li hija twassal b'kollaborazzjoni maċ-Ċentru ta' Taħriġ Ġudizzjarju Latvjan.
- Il-Litwanja
(155 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti fil-Litwanja huwa organizzat mid-Dipartiment tas-Servizz Pubbliku u mill-Ministru tal-Intern. Il-fornituri tat-taħriġ huma l-qrati nazzjonali.
- Il-Lussemburgu
(144 Kb)
:
L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku huwa nkarigat mill-organizzazzjoni tat-taħriġ, li jingħata mill-fornitur nazzjonali tat-taħriġ.
- L-Ungerija:
L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-qrati ta' ħatra huma responsabbli biex jorganizzaw it-taħriġ tal-iskrivani
(144 Kb)
, is-segretarji ġudizzjarj
(138 Kb)
, il-ħaddiema manwali
(138 Kb)
u l-apprendisti
(141 Kb)
. L-
Akkademja tal-Ġustizzja Ungeriża, xi drabi b'kollaborazzjoni mal-qrati ta' ħatra, hija l-fornitur tat-taħriġ.
- Malta
(160 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-qrati lokali u jingħata mill-istrutturi pubbliċi. - In-Netherlands
(141 Kb)
:
Il-Kunsill tal-Ġudikatura huwa responsabbli biex jorganizza t-taħriġ, li jingħata mill-
fornitur nazzjonali tat-taħriġ b'kollaborazzjoni mal-qrati lokali.
- l-Awstrija
(144 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u jipprovdih dan tal-aħħar b'kollaborazzjoni mal-Presidenzi tal-erba' Qrati tal-Appell.
- Il-Polonja
(157 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-qrati lokali u jingħata mill-istrutturi pubbliċi: il-qrati nazzjonali,l-Iskola Nazzjonali tal-Ġudikatura u l-Prosekuzzjoni Pubblika
- Il-Portugall
(144 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja Nazzjonali.
- Ir-Rumanija
(617 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja, mill-Uffiċċju tal-Prosekutur, mill-
Kunsill Suprem tal-Maġistratura u mill-
Iskola Nazzjonali tal-Iskrivani tal-Qorti. It-taħriġ jipprovduh diversi strutturi pubbliċi.
- Is-Slovenja
(149 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat miċ-Ċentru għat-Taħriġ Ġudizzjarju.
- Is-Slovakkja
(152 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja permezz tal-
Akkademja Ġudizzjarja.
- Il-Finlandja
(139 Kb)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja b'kollaborazzjoni mal-qrati.
- L-Iżvezja
(441 KB)
:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti huwa organizzat mill-qrati lokali u minn fornitur tat-taħriġ nazzjonali. Il-qrati lokali huma responsabbli biex jagħtu t-taħriġ.
- Ir-Renju Unit:
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti fl-Ingilterra u Wales(405 KB)
huwa organizzat mill-Ministeru tal-Ġustizzja u jingħata minn taħlita ta' strutturi pubbliċi u professjonali.
It-taħriġ tal-persunal tal-qorti fl-Iskozja(145 Kb)
huwa organizzat u jingħata mis-
Servizz Tribunali Skoċċiż.
Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.
L-aħħar aġġornament: 20/09/2018