menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Liġi kriminali


Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tagħmel disponibbli materjal utli kemm għall-ġuristi għall-użu tagħhom stess kif ukoll għall-ħarrieġa tal-ġuristi bħala riżorsa għall-ħidma tagħhom. Din is-sottotaqsima tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija ddedikata għall-qasam tal-liġi kriminali, inkluża l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali. Informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea attwali u futura fi kwistjonijiet kriminali tinsab fuq il-paġni ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠustizzja tas-sit web tal-Kummissjoni.


Il-ġustizzja kriminali fl-UE

Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku

Id-drittijiet tal-vittmi

Il-ġustizzja restorattiva

Taħriġ tal-lingwa

L-interpretazzjoni legali fi proċedimenti kriminali

Il-ġustizzja kriminali fl-UE

Il-linji gwida Ewropej għat-taħriġ fil-ġustizzja kriminali, (In-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju, (European Judicial Training Network – EJTN))

In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) żviluppa linji gwida għat-taħriġ fil-qasam tal-ġustizzja kriminali, li huma mmirati għall-ħarrieġa. Dawn huma aġġornati regolarment u jevalwaw l-oqsma ewlenin rilevanti għat-taħriġ ġudizzjarju f'dan il-qasam. Huma jelenkaw is-suġġetti potenzjali u d-dokumenti rilevanti u l-każistika relatata ma' kull wieħed, u jagħtu wkoll rakkomandazzjonijiet dwar il-profili xierqa ta' ħarrieġa u apprendisti f'kull qasam, u jissuġġerixxu metodi ta' taħriġ xierqa. Il-linji gwida huma disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż.

Materjal għat-taħriġ lest għall-użu dwar kwistjonijiet ta' ġustizzja kriminali tal-UE

Il-materjal ta' taħriġ ikopri tmien oqsma differenti tal-liġi kriminali tal-UE u huwa maħsub għall-imħallfin, il-prosekuturi u l-avukati difensuri, kif ukoll ġuristi oħra. Huwa mistenni li jkun użat primarjament mill-ħarrieġa, iżda l-ġuristi ċertament jistgħu jużaw il-materjali wkoll. Il-materjal jipprovdi informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni fis-seħħ dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, l-applikazzjoni nazzjonali ta' strumenti tal-UE fis-seħħ u d-direzzjonijiet li fihom miexja l-ġustizzja kriminali tal-UE.

In-noti tal-ħarrieġ u l-materjal ta' taħriġ għal kull wieħed mis-seminars jinsabu hawn (l-aktar bl-Ingliż):

It-titolu tal seminar

In-noti tal-ħarrieġ

Il-materjal ta' taħriġ

The changes brought by the Lisbon Treaty to judicial cooperation in criminal matters: Special focus on the new powers of the institutions and the competence of relevant EU agencies

ENWord(379 Kb)en, FRWord(382 Kb)fr

Disponibbli

dalwaqt

The pre-Lisbon instruments: Special focus on the European Arrest Warrant

ENPDF(49 Kb)en

Collecting evidence through the EU: Joint Investigation Teams

ENPDF(48 Kb)en

Collecting evidence through the EU: The European Evidence Warrant and new instruments in the field

ENPDF(49 Kb)en

Asset recovery within the European Union: Council Framework Decisions of 2003, 2005 and 2006 and new developments in this area

ENPDF(48 Kb)en

Procedural rights of suspected and accused persons

ENPDF(49 Kb)en

Cooperation in criminal matters in the European Union: judicial response to terrorism

ENPDF(52 Kb)en

EU substantive criminal law

ENPDF(46 Kb)en

Dawn is-seminars kienu żviluppati mill-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA) skont Ftehim Qafas ta' Sħubija mal-Kummissjoni Ewropea fl-2011-13, perjodu li fih twasslu tmien attivitajiet ta' taħriġ fi tmien Stati Membri tal-UE.

Għall-avukati difensuri tad-Drittijiet Proċedurali tal-UE

Is-settijiet ta’ għodod li ġejjin ġew prodotti minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFair Trials u l-Panel ta' Konsulenti Espert Legali, li jipprovdu gwida għall-avukati kriminali li jużaw id-Direttivi dwar id-Drittijiet Proċedurali.

Kitt għall-għodda: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Użu tal-Liġi tal-UE fil-Prattika Kriminali

Kitt għall-għodda: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Dritt għall-Informazzjoni fid-Direttiva tal-Proċedimenti Kriminali

Kitt għall-għodda: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttiva dwar l-Interpretazzjoni u t-Traduzzjoni

Kitt għall-għodda: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaId-Direttiva dwar l-Aċċess għal Avukat

Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku

Manwal għal imħallfin, prosekuturi u awtoritajiet kompetenti oħra dwar kif għandhom joħorġu u jesegwixxu talba għal ordni ta' ffriżar (Il-Kummissjoni Ewropea)

Dan il-manwal huwa mfassal biex jgħin lill-imħallfin, il-prosekuturi u l-awtoritajiet kompetenti l-oħra fil-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta' talba għall-infurzar ta' ordni ta' ffriżar fuq il-bażi tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2003/577/ĠAI tat-22 ta' Lulju 2003 dwar l-eżekuzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta' ordnijiet li jiffriżaw proprjetà jew evidenza. L-għan tal-manwal huwa li jipprovdi linji gwida għall-adozzjoni ta' prattika tajba fid-dawl tal-esperjenza filwaqt li jforni wkoll lill-imħallfin kompetenti u l-prosekuturi responsabbli b'informazzjoni speċifika dwar kif għandhom jimtlew il-formoli tal-ordnijiet ta' ffriżar. Tista' ssib il-manwal hawnhekkPDF(4413 Kb)en.

Id-drittijiet tal-vittmi

Manwal dwar il-ġustizzja għall-vittmi: dwar l-użu u l-applikazzjoni tad-Dikjarazzjoni tal-Prinċipji Bażiċi tal-Ġustizzja għall-Vittmi tal-Kriminalità u l-Abbuż tal-Poter (L-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità - UNODC)

Il-manwal dwar il-ġustizzja għall-vittmi huwa mfassal mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Droga u l-Kriminalità (UNODC) bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-programmi ta' appoġġ lill-vittmi u għall-iżvilupp ta' politiki, proċeduri u protokolli sensittivi għall-vittmi għall-aġenziji tal-ġustizzja kriminali u oħrajn li jiġu f'kuntatt ma' vittmi. Dan jiddeskrivi l-passi bażiċi fl-iżvilupp ta' servizzi ta' appoġġ komprensivi għall-vittmi tal-kriminalità, bħat-terapija waqt kriżi jew fit-tul, kumpens, akkumpanjament il-qorti u servizzi ta' avukatura oħrajn. Ġie abbozzat fl-għarfien li se jinħolqu differenzi meta l-prinċipji tiegħu jiġu applikati fil-kuntest ta' sistemi legali, strutturi ta' appoġġ soċjali u sitwazzjonijiet tal-ħajja differenti. Mhux dak kollu li huwa deskritt fil-manwal se jkun neċessarjament xieraq jew saħansitra possibbli f'kull sitwazzjoni. Il-manwal għalhekk mhux maħsub biex ikun preskrittiv iżda biex iservi bħala sett ta' eżempji biex il-ġurisdizzjonijiet jeżaminawhom u jittestjawhom. Peress li l-materjali ppreżentati fil-manwal huma mmirati lejn numru ta' udjenzi differenti, l-utenti individwali jistgħu jsibu xi sezzjonijiet aktar rilevanti u interessanti minn oħrajn. Il-manwal huwa disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż.

Manwal ta' taħriġ dwar il-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali (Penal Reform International)

Il-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal fis-Sistemi tal-Ġustizzja Kriminali: Il-manwal ta' taħriġ jimmira li jipprovdi gwida ta' referenza komprensiva għal dawk li jaħdmu f'firxa ta' professjonijiet jew aġenziji fis-sistema tal-ġustizzja kriminali. Il-modulu ta' taħriġ huwa mmirat għall-professjonisti u l-partijiet interessati li huma involuti fit-taħriġ bħala parti minn xogħolhom u huwa maħsub biex jgħinhom biex jgħallmu b'mod effettiv il-prinċipji mniżżla fil-manwal bl-użu ta' metodoloġija tat-taħriġ ibbażata fuq l-esperjenza.

Il-manwal jindirizza l-kwistjonijiet tat-tfal fil-ksur tal-liġi u l-vittmi u xhieda tfal. Huwa jfittex ukoll li jindirizza t-tfal li jistgħu jkunu f'riskju li jaqgħu taħt is-sistemi tal-ġustizzja kriminali. Il-manwal ikopri varjetà ta' suġġetti u kwistjonijiet inklużi l-protezzjoni tat-tfal, il-prevenzjoni tal-kriminalità, l-infurzar tal-liġi, il-proċess, is-sentenzi u r-riabilitazzjoni.

Il-manwal ġie żviluppat minn Penal Reform International u huwa disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż.

Il-ġustizzja restorattiva

Il-manwal dwar il-programmi ta' ġustizzja restorattiva u l-manwal akkumpanjanti dwar il-prinċipji bażiċi u prattiċi promettenti dwar alternattivi għall-ħabs (UNODC)

Il-manwal dwar il-programmi ta' ġustizzja restorattiva jintroduċi lill-qarrej għall-programmi u l-proċessi ta' ġustizzja restorattiva. Dan joffri ħarsa ġenerali lejn il-konsiderazzjonijiet ewlenin fl-implimentazzjoni tat-tweġibiet parteċipattivi għall-kriminalità bbażati fuq approċċ ta' ġustizzja restorattiva. Huwa ġie ppreparat b'mod partikolari għall-użu mill-uffiċjali tal-ġustizzja kriminali, iżda l-materjali huma diretti lejn numru ta' udjenzi differenti u għalhekk, l-utenti individwali jistgħu jsibu xi sezzjonijiet aktar rilevanti u interessanti minn oħrajn. Dan il-manwal huwa wieħed minn serje ta' għodod prattiċi żviluppati mill-UNODC. Huwa disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż u bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż.

Manwal akkumpanjanti dwar prinċipji bażiċi u prattiċi promettenti fuq l-alternattivi għall-ħabs huwa wkoll disponibbli mill-UNODC. Dan il-manwal jippreżenta l-prinċipji bażiċi ċentrali għall-fehim ta' alternattivi għall-ħabs kif ukoll deskrizzjonijiet ta' prattiċi fil-partijiet differenti tad-dinja li huma kkunsidrati bħala ta' potenzjal. Dan jipprovdi informazzjoni dwar l-alternattivi għall-ħabs f'kull stadju tal-proċess tal-ġustizzja kriminali u dwar il-kwistjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati fl-implimentazzjoni tagħhom, inkluż xi jridu jagħmlu l-bosta partijiet involuti fil-proċess biex jiżguraw is-suċċess tiegħu, flimkien ma' eżempji ta' sistemi li naqqsu l-użu tal-ħabs. Dan il-manwal huwa disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż, bil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFranċiż u bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIspanjol.

Taħriġ tal-lingwa

Manwal dwar it-taħriġ fil-lingwi fil-vokabularju tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali (In-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN)

Dan il-manwal dwar it-taħriġ tal-lingwa fil-vokabularju tal-koperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali huwa ġabra tal-iktar materjali tat-taħriġ rilevanti użati matul serje ta' seba' seminars organizzati min-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) dwar is-suġġett fl-2011 u fl-2012; huwa mmirat lejn kwalunkwe imħallef jew prosekutur pubbliku li jixtieq jiżviluppa l-ħiliet lingwistiċi tiegħu jew tagħha f'dan il-qasam. Il-manwal huwa disponibbli kemm bl-Ingliż u bil-Franċiż Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk, kif ukoll dokumenti legali preparatorji ġenerali u materjali tal-lingwa għas-seminars.

L-interpretazzjoni legali fi proċedimenti kriminali

Vidjos ta' taħriġ fuq l-internet dwar il-ħidma ma' interpreti legali fi proċedimenti kriminali (Il-Proġett tal-Bini tal-Fiduċja Reċiproka 2)

L-użu effettiv u xieraq ta' interpreti legali mħarrġa fil-każijiet kriminali Ewropej se jtejjeb ir-riżultati għall-persuni suspettati u l-akkużati u għall-istaff ġudizzjarju fil-livelli kollha. Inħoloq sett ta' materjali ta' taħriġ awdjo-viżiv fuq il-prattiki tal-ħidma mal-interpreti legali f'firxa ta' kuntesti għall-benefiċċju tal-imħallfin, il-prosekuturi u l-ġuristi oħrajn involuti fi proċeduri ġudizzjarji fejn huma meħtieġa l-interpreti. Il-vidjos huma magħmula b'tali mod li jkunu faċli għall-utent u aċċessibbli għall-persuni li mhux lingwisti. Dawn jistgħu jintużaw jew mill-ħarrieġa bħala għajnuna fit-tagħlim jew mill-ġuristi li qed jitgħallmu waħedhom.

Fil-kuntest tad-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDirettiva 2010/64/UE dwar id-dritt għal interpretazzjoni u traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, il-Proġett tal-Bini tal-Fiduċja Reċiproka 2 ipproduċa ħames vidjos ta' taħriġ fuq l-internet biex juri l-proċessi ta' komunikazzjoni u l-istrateġiji ta' ġestjoni meħtieġa għall-komunikazzjoni effettiva permezz ta' interpretu. Il-vidjos (ta' intervista tal-pulizija, konsultazzjoni legali u smigħ tal-qorti interpretati) jindikaw prattiki tajbin u l-iżvantaġġi potenzjali tal-ħidma mal-interpreti, f'format faċli għall-utent. Il-proġett kien appoġġjat finanzjarjament mill-UE.

Il-ħames vidjos huma disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-proġett bl-Ingliż, bis-sottotitoli bl-Ingliż, bil-Pollakk, bir-Rumen jew bl-Ispanjol.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk Akkademiku Ewropew dwar il-Liġi Kriminali (European Criminal Law Academic Network, ECLAN)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIn-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ ġudizzjarju (EJTN)


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 24/01/2017