Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - L-Ingilterra u Wales

Fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċedimenti pendenti mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika, abbażi tal-ftehim reċiproku mar-Renju Unit, se jżomm l-informazzjoni rilevanti marbuta mar-Renju Unit sa tmiem l-2022.

Il-proċedura tal-medjazzjoni tal-familja

Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess volontarju. Madankollu, minn April 2014 fl-Ingilterra u Wales, ir-rikorrenti kollha (mhux biss dawk li jirċievu fondi pubbliċi) għandhom jikkunsidraw l-użu tal-medjazzjoni billi jattendu għal Laqgħa ta’ Informazzjoni u Evalwazzjoni tal-Medjazzjoni (Mediation Information and Assessment Meeting - MIAM) qabel ma jkunu jistgħu jressqu rikors quddiem il-qorti, sakemm ma japplikawx eċċezzjonijiet bħall-vjolenza domestika. Il-konvenut prospettiv huwa mistenni li jattendi jekk ikun mistieden jagħmel dan. Jekk r-rikorrent ikompli bil-qorti, huwa għandu jimla t-taqsima rilevanti fir-rikors tiegħu biex juri jew li huwa eżenti milli jattendi MIAM, jew li attenda MIAM u l-medjazzjoni ma kinitx ikkunsidrata xierqa, jew li attenda għal medjazzjoni u ma rnexxietx jew ma ġewx solvuti l-kwistjonijiet kollha.

Materjal ta’ informazzjoni pubblika addizzjonali dwar il-medjazzjoni tal-familja huwa disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Gvern tar-Renju Unit (UK Government website).

L-għajnuna legali tibqa’ disponibbli għall-medjazzjoni tal-familja u għall-parir legali biex tagħti appoġġ għall-medjazzjoni tal-familja. Tista’ tkun taf aktar dwar l-għajnuna legali, inkluż jekk tistax tkun eliġibbli għal għajnuna legali fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web li ġej.

Il-professjoni tal-medjazzjoni tal-familja

Il-medjazzjoni tal-familja hija professjoni awtoregolata li tikkonsisti minn għadd ta’ organizzazzjonijiet ta’ sħubija li magħhom huma affiljati l-medjaturi. Dawn l-organizzazzjonijiet membri huma rrappreżentati mill-organizzazzjoni kumplessiva, il-Kunsill tal-Medjazzjoni tal-Familja (Family Meditation Council (FMC)). Il-FMC ġie stabbilit biex jarmonizza l-istandards għall-medjazzjoni tal-familja fl-Ingilterra u f’Wales u jirrappreżenta lill-organizzazzjonijiet membri tiegħu u lill-prattikanti fil-medjazzjoni tal-familja fit-trattazzjonijiet tal-professjoni mal-gvern.

Il-medjaturi tal-familja jiġu minn sfondi differenti, inklużi mis-servizzi legali, dawk terapewtiċi u dawk soċjali. Id-diversi organizzazzjonijiet ta’ sħubija/akkreditazzjoni jżommu s-settijiet tagħhom ta’ standards ta’ taħriġ u standards professjonali, li jinkludu rekwiżiti ta’ taħriġ. Il-Bord tal-Istandards tal-Medjazzjoni tal-Familja (Family Mediation Standards Board - FMSB)) ġie stabbilit biex jimmonitorja u jirregola l-istandards tal-medjazzjoni tal-familja tal-organizzazzjonijiet membri tal-FMC.

Il-FMC huwa korp mhux governattiv u għandu rwol ċentrali fost l-organizzazzjonijiet membri tiegħu, li huma organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet mhux governattivi u membri fundaturi tal-FMC. L-aktar prominenti fosthom huma:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGrupp tal-ADR(ADR Group)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Medjaturi tal-Familja (Family Mediators Association)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni Nazzjonali tal-Familja (National Family Mediation)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKulleġġ tal-Medjaturi (College of Mediators)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRiżoluzzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Soċjetà Legali (The Law Society)

Tista’ ssib medjatur akkreditat tal-familja fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-FMC.

Tista’ tidentifika medjatur fiż-żona lokali tiegħek billi taċċessa l-għodda Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSib Medjatur Lokali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/02/2021