Medjazzjoni transkonfinali tal-familji

Il-medjazzjoni tista' tkun partikolarment utli fi kwistjonijiet transfruntiera tal-familja u f'każijiet ta' sekwestru ta’ minuri mill-ġenituri.  It-terminu "kwistjonijiet tal-familja" jkopri firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, minn dawk purament privati għal dawk li jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi.


X'inhi l-medjazzjoni tal-familja transfruntiera?

Il-medjazzjoni tal-familja transfruntiera hija proċess immexxi minn parti terza (jew diversi)  kkwalifikata u imparzjali, il-medjatur. Il-medjatur ma għandux is-setgħa li jiddeċiedi iżda jgħin lill-partijiet biex jerġgħu jibdew jikkomunikaw u jgħinhom biex isolvu l-problemi tagħhom waħedhom.

Il-ftehim milħuq huwa soluzzjoni maħluqa apposta għall-kwistjoni tagħhom illi tiżgura illi d-deċiżjonijiet tagħhom bħala ġenituri jqisu l-aħjar interessi tat-tfal, jekk ikunu nvoluti t-tfal.

Il-kwistjonijiet tal-familja jinkludu: ir-responsabbiltà tal-ġenituri u d-drittijiet għall-aċċess, is-sekwestru tal-minuri, il-miżuri għall-protezzjoni tat-tfal, il-manteniment tat-tfal jew l-eks sieħeb u l-konsegwenzi l-oħra ta' divorzju jew separazzjoni.

Il-ġenituri huma mħeġġa jerfgħu ir-responsabbiltà għad-deċiżjonijiet dwar il-familja tagħhom u biex l-ewwel jippruvaw jaslu għal ftehim mingħajr ma jersqu l-qorti.

Għalhekk il-medjazzjoni tista' toħloq ambjent li jwassal għal diskussjonijiet u tiżgura negozjati ġusti bejn il-ġenituri li jqisu wkoll l-aħjar interessi tat-tfal.

Ikkonsulta l-paġni li ġejjin għal aktar dettalji dwar:

- Il-prinċipji u l-istadji ewlenin tal-medjazzjoni

- Il-partikolaritajiet tal-medjazzjoni transfruntiera

- L-ispejjeż tal-medjazzjoni transfruntiera

- Il-kuntest ġuridiku tal-medjazzjoni transfruntiera

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

X'jinvolvi l-proċess?

Bħala parti fil-kwistjoni tista' tapplika għall-medjazzjoni fl-Istati Membri kollha. F'xi Stati Membri l-imħallef jista' jistieden lill-partijiet biex jippruvaw il-medjazzjoni.

Jekk il-partijiet kollha jaqblu li jużaw il-medjazzjoni, il-medjatur magħżul ifassal l-iskeda għall-medjazzjoni. Il-mod li bih jintagħżel il-medjatur jiddependi mill-pajjiż partikolari - tista' ssib din l-informazzjoni fil-paġni nazzjonali rispettivi disponibbli fuq in-naħa tal-lemin ta' din il-paġna.

Ir-rappreżentanti legali jistgħu jilgħabu rwol importanti meta jagħtu l-informazzjoni legali neċessarja lill-partijiet biex jieħdu deċiżjoni infurmata.

Il-ftehimiet milħuqa bil-medjazzjoni jistgħu jsiru eżegwibbli fuq talba taż-żewġ partijiet. Dan jista' jinkiseb, pereżempju, permezz tal-approvazzjoni tal-qorti jew ċertifikazzjoni ta' nutar pubbliku.

Ir-rappreżentanti legali jistgħu jerġgħu jeżaminaw il-ftehim milħuq bil-medjazzjoni biex jiżguraw illi dan il-ftehim għandu effett legali fis-sistemi ġuridiċi konċernati.

Għalfejn għandek tipprova?

  • Għandek l-opportunità tikkontrolla r-riżultat tal-kwistjoni tiegħek stess.
  • Il-medjazzjoni sseħħ f'ambjent faċli għall-utent fejn il-parti tmexxi l-proċess.
  • Il-medjazzjoni tħallik tirrevedi u tirranġa l-ambitu tal-kunflitt.
  • Int tiddeċiedi u tilħaq ftehim iżda mhemmx għalfejn tilħaq ftehim.
  • Billi tipprova l-medjazzjoni ma jfissirx illi tirrinunzja għad-dritt li tiftaħ kawża l-qorti.
  • Kulħadd jirbaħ meta jieħu sehem fil-medjazzjoni.
  • Il-medjatur huwa persuna ta' għajnuna imparzjali u mħarrġa biex tassistik ħalli ssolvi l-kwistjoni waħdek.
  • Meta mqabbla ma' proċess, l-ispejjeż tal-medjazzjoni huma relattivament baxxi.
  • Il-medjazzjoni hija pjuttost imħaffa. Is-sessjonijiet jistgħu jiġu ppjanati faċilment f'kull ħin skont id-disponibbiltà tal-partijiet u tista' ssir f'numru ta' postijiet.
  • Il-medjazzjoni tippermetti soluzzjonijiet flessibbli (magħmula apposta għal dak li jkun) u tgħin fiż-żamma jew fil-ħolqien ta' relazzjonijiet futuri kostruttivi u l-kuntatt bejn il-partijiet.
  • L-għajnuna u l-pariri ta' rappreżentant legali huma disponibbli waqt medjazzjoni.
  • Il-medjazzjoni tista' tnaqqas il-litigazzjoni iktar il-quddiem.

Din il-ħolqa tieħdok fil-paġna Sib medjatur.

Il-limiti tal-medjazzjoni

Meta jkun hemm indikazzjonijiet illi l-każ mhux adattat għall-medjazzjoni jew li wieħed mill-partijiet (jew it-tnejn) mhux lesti jippruvaw il-medjazzjoni, jkun meħtieġ l-intervent tal-awtoritajiet ġudizzjarji. Fl-iskrinjar tal-idoneità tal-każ, trid tingħata attenzjoni speċjali lill-identifikazzjoni tar-riskji possibbli bħal l-vjolenza domestika u kemm hi serja, l-abbuż tad-droga jew tal-alkoħol, l-abbuż tat-tfal, eċċ... L-idoneità tal-każ trid tiġi deċiża fuq bażi individwali flimkien ma' standards applikati mill-medjatur u l-organizzazzjoni ta' medjazzjoni.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Belġju


Il-medjazzjoni hija rregolata mil-liġi tal-21 ta' Frar 2005. Il-medjazzjoni tal-familja, bħal kull medjazzjoni tista’ titwettaq fil-qafas ta’ proċedura ta’ proċedura ġudizzjarja (medjazzjoni ġudizzjarja) jew barra minnha (medjazzjoni volontarja).

Il-medjazzjoni mibdija wara talba ta’ waħda mill-partijiet jew proposta mill-imħallef huwa proċess li jirrikjedi ftehim tal-partijiet.

Il-partijiet jaqblu dwar il-ħatra ta’ medjatur (Artikolu 1734, l-ewwel inċiż tal-Kodiċi Ġudizzjarju) li jista’ jkun approvat mill-Kummissjoni Federali tal-medjazzjoni. Kull parti tista’ ttemm il-medjazzjoni f'kull mument (Art. 1729 C. jud.). Il-medjazzjoni tista’ sseħħ għal parti mit-tilwima jew għat-tilwima kollha (Art. 1735, §2 C. jud.).

Fil-kawżi kollha li jiġu mill-qorti tal-familja, hekk kif applikazzjoni tiġi ppreżentata, ir-Reġistratur għandu jinforma lill-partijiet dwar il-possibilità li jirrikorru għall-medjazzjoni u jagħtihom l-informazzjoni kollha rilevanti għal dan l-għan (Art. 1253 ter/1 C. jud.) F’materji ta’ divorzju minħabba separazzjoni irrimedjabbli, l-imħallef jista’ jordna sospensjoni għall-proċedura għal perjodu li ma jistax jaqbeż xahar sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jiksbu informazzjoni dwar il-medjazzjoni (Art. 1255, §6, subparagrafu 2 C. jud.). L-awli ta’ ftehim bonarju tat-tribunal tal-familja madankollu huma koperti mill-kunċett ta’ konċiljazzjoni (Artikolu 731 tal-Kodiċi Ġudizzjarju): huma l-imħallfin li jkollhom jirrikonċiljaw lill-partijiet anki jekk ma jiġġudikawx il-kawża b’mod definittiv. Il-medjazzjoni fil-Kodiċi Ġudizzjarju fil-fatt ma jawtorizzax li mħallef ikun medjatur.

Il-medjazzjoni għandha ssir b’mod kunfidenzjali u l-medjatur għandu jkun soġġett għas-segretezza professjonali (Art. 1728, § 1 C. jud.).

Il-proċedura ta' medjazzjoni tikkonsisti fi tliet fażijiet:

- il-ħatra ta' medjatur mill-imħallef

- ir-rimessa tal-kawża għal data ulterjuri mill-imħallef li jistabilixxi d-dispożizzjoni abbażi tal-ħlas bil-quddiem ta’ kumpens

- l-eżitu tal-medjazzjoni: jekk il-medjazzjoni tkun waslet fi tmiem, it-termini ta’ dan il-ftehim huma s-suġġett ta’ ftehim bil-miktub mill-partijiet (ftehim ta’ medjazzjoni) li jista’ jiġi approvat mill-qorti. Jekk il-medjazzjoni tfalli, il-partijiet jistgħu jibdew (jew ikomplu) bil-proċedura ġudizzjarja jew jitolbu, bi ftehim komuni, il-ħatra ta’ medjatur ieħor.

L-ammont ta’ tariffa, imposta kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-ħlas tagħhom huma stabbiliti minn qabel mill-partijiet u l-medjatur.

Link għas-sit nazzjonali fejn tista’ ssib lista ta’ medjaturi fi kwistjonijiet familjari: http://www.fbc-cfm.be/fr/trouver-un-mediateur

Link lejn sit nazzjonali li jipprovdi informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja jew il-medjazzjoni ġenerali: http://www.fbc-cfm.be/fr/mediation

Link lejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-medjazzjoni ta’ xorta familjari: http://www.fbc-cfm.be/fr/content/national-0


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2017

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Repubblika Ċeka


Fir-Repubblika Ċeka, il-medjazzjoni hija rregolata mill-Att Nru 202/2012 dwar il-medjazzjoni ("l-Att"), li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2012 u li jimplimenta d-Direttiva 2008/52/KE dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali.

L-Att jirregola l-arranġamenti legali għall-medjazzjoni f'materji ċivili (inklużi materji tal-familja). Biex wieħed jitqiegħed fir-reġistru tal-medjaturi u jkun awtorizzat jaħdem bħala medjatur b'konformità mal-Att, medjatur irid jgħaddi minn eżami speċjalizzat.

Meta jkun utli u xieraq, qorti tista' tordna lill-partijiet biex jiltaqgħu ma' medjatur irreġistrat għal massimu ta' tliet sigħat u, fl-istess ħin, tissospendi l-proċedimenti. Jekk parti tirrifjuta mingħajr raġuni valida li tattendi għal laqgħa ma' medjatur, il-qorti tista' tippenalizzaha billi tirrifjuta – kuntrarjament għall-prassi konswetudinarja - li tikkonċedilha parti mill-ispejjeż jew l-ispejjeż kollha tal-proċeduri jekk dik il-parti terbaħ il-kawża.

Ħolqa għal sit Ċek li tipprovdi lista ta' medjaturi rreġistrati li jittrattaw materji tal-familja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://mediatori.justice.cz/MediatorPublic/Public/FR003_ZverejneniVybranychUdaju.aspx

Ħolqa għal sit Ċek li jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-proċedimenti ta' medjazzjoni f'materji familjari jew il-medjazzjoni b'mod ġenerali:

Ma hemmx sit ta' dan it-tip.

Ħoloq għal siti li jipprovdu aċċess għal-leġiżlazzjoni Ċeka li tirregola l-medjazzjoni f'materji familjari:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://aplikace.mvcr.cz/sbirka-zakonu/ViewFile.aspx?type=c&id=6196

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.cak.cz/assets/zakon-o-mediaci_aj.pdf (it-test tal-Att bl-Ingliż)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/03/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Ġermanja


Introduzzjoni qasira għall-medjazzjoni tal-familja fil-Ġermanja

Estratt mill-fuljett dwar il-"Liġi dwar iż-Żwieġ" ("Eherecht") ippubblikat mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur (Bundesministerium der Justiz und für Verbraucherschutz), p. 73:

"6.2.5 Il-Medjazzjoni tal-Familja

Il-koppji li jkunu għaddejjin minn separazzjoni jew divorzju spiss ikunu jridu jġestixxu r-relazzjonijiet familjari tagħhom b'mod amikevoli. F'każijiet bħal dawn, il-medjazzjoni hija alternattiva eċċellenti għall-proċedimenti bil-qorti.

Il-qafas legali għall-medjazzjoni nħoloq mill-Att dwar il-Medjazzjoni (Mediationsgesetz), li daħal fis-seħħ fis-26 ta' Lulju 2012.

Il-medjazzjoni tgħin lill-partijiet isibu soluzzjoni amikevoli għall-kunflitt tagħhom bl-għajnuna ta' persuna newtrali (il-medjatur). Il-parteċipanti jieħdu r-responsabbiltà għas-soluzzjoni u l-medjatur ma għandux is-setgħa li jieħu d-deċiżjonijiet.

Dan ifisser li, b'differenza għal kawża ġudizzjarja, l-interessi u l-bżonnijiet reali ta' dawk involuti jistgħu jkunu ddeterminati u użati bħala l-bażi għal soluzzjoni li tkun adatta għall-kunflitt individwali. Hemm inqas probabbilta li deċiżjonijiet ġudizzjarji jqisu l-interessi ta' dawk involuti. Soluzzjonijiet bħal dawn, għalhekk, jintlaqgħu iktar malajr minn dawk involuti u jkunu ġeneralment iktar effettivi fit-terminu t-twil. Il-medjazzjoni tista' twassal biex jitfasslu ftehimiet kuntrattwali relatati pereżempju mal-manteniment, il-beni, il-proprjetà, ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew id-drittijiet ta' aċċess.

Bħala parti mill-proċedimenti ta' divorzju, il-qorti tista' tordna li l-konjuġi, jew individwalment jew flimkien, jattendu sessjoni ta' informazzjoni libera fuq il-medjazzjoni, jew jieħdu sehem f'forma oħra ta' soluzzjoni ekstraġudizzjarja għat-tilwim għal materji relatati pendenti [1] bl-għajnuna ta' persuna jew korp innominat mill-qorti, u li jipprovdu konferma tal-parteċipazzjoni tagħhom (l-Artikolu 135 tal-Att dwar il-Proċedura f'Materji tal-Familja u f'Materji ta' Ġuriżdizzjoni Volontarja – Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit, FamFG). Din l-ordni ma tistax tiġi infurzata bil-liġi. Madankollu, il-qorti tista' tqis in-nuqqas ta' konformità mal-ordni meta tiddeċiedi kif se tqassam l-ispejjeż (l-Artikolu 50(4) FamFG)."

L-istess japplika għal materji relatati ma' tfal skont l-Artikolu 156(1), is-sentenzi 3 u 5, u l-Artikolu 81(2), Nru 5 FamFG. F'każijiet bħal dawn, il-qorti tista' tordna lill-ġenituri jattendu sessjoni ta' informazzjoni dwar il-medjazzjoni jew jieħdu sehem f'forma oħra ta' soluzzjoni għat-tilwim ekstraġudizzjarju. Din l-ordni ma tistax tiġi infurzata bil-liġi, imma l-qorti tista' tqis in-nuqqas ta' konformità mal-ordni meta tiddeċiedi kif se tqassam l-ispejjeż relatati mal-kawża.

Ħoloq għal siti Ġermaniżi fejn tista' ssib medjaturi għal materji tal-familja

Mediation bei internationalen Kindschaftskonflikten (MiKK e. V.), Fasanenstraße 12, 10623 Berlin, il-Ġermanja (medjazzjoni għal kawżi internazzjonali li jinvolvu tfal)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mikk-ev.de/

- Zentrale Anlaufstelle für grenzüberschreitende Kindschaftskonflikte beim Internationalen Sozialdienst im Deutschen Verein (ZAnK), Michaelkirchstraße 17/18, 10179 Berlin, il-Ġermanja (medjazzjoni għal kawżi transfruntieri li jinvolvu tfal)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.zank.de/

Ħoloq għal siti Ġermaniżi fejn tista' ssib informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja jew il-medjazzjoni b'mod ġenerali

- Bundesverband Mediation e.V. (BM), Wittestr. 30 K, 13509 Berlin

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bmev.de/

- Bundes-Arbeitsgemeinschaft für Familien-Mediation e.V. (BAFM), Spichernstraße 11, 10777 Berlin

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bafm-mediation.de/

Ħoloq għal-leġiżlazzjoni Ġermaniża dwar il-medjazzjoni tal-familja

- Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja u l-Protezzjoni tal-Konsumatur, Mohrenstraße 37, 10117 Berlin

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bmjv.de/

- Att dwar il-Promozzjoni tal-Medjazzjoni u Forom Oħra ta' Soluzzjonijiet Ekstraġudizzjarji għat-Tilwim (Gesetz zur Förderung der Mediation und anderer Verfahren der außergerichtlichen Konfliktbeilegung) (BGBl. (Bundesgesetzblatt, il-Gazzetta tal-Liġi Federali) 2012, il-Parti I Nru 35 tal-25 ta' Lulju 2012)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bmjv.de/SharedDocs/Abteilungen/DE/AbtR/RA1.html?nn=1470004

 


[1] Materji relatati jinkludi tilwimiet relatati mar-reġimi tal-proprjetà matrimonjali, l-aġġustamenti tad-dritt għall-pensjoni, il-ħlasijiet tal-manteniment, id-dar matrimonjali u l-ispejjeż tal-abitazzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/11/2017

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Estonja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Medjazzjoni tal-familja jew medjazzjoni ta' tilwim dwar id-divorzju hija maħsuba primarjament għall-ġenituri li jgħaddu minn divorzju jew separazzjoni li jirrikjedu l-assistenza ta' speċjalist imparzjali biex jimmedja d-differenzi ta' opinjoni tagħhom u jiffaċilita l-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejniethom fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw arranġamenti futuri li jirrigwardaw uliedhom u biex jikkonkludu ftehimiet dwar materji ta' dan it-tip. L-għan tal-proċedimenti ta' medjazzjoni mhux tant il-ksib ta' rikonċiljazzjoni iżda iktar li tinsab soluzzjoni li tista' taħdem.

Minn April 2015, is-servizz beda jiġi offrut u ffinanzjat bil-modi li ġejjin:

  1. bl-intervent tal-gvern lokali ta' fejn ikunu jgħixu t-tfal u b'finanzjament parzjali mill-gvern lokali;
  2. billi jinfetħu proċedimenti ġudizzjarji u wara talba minn imħallef, bil-finanzjament mill-partijiet stess jew, meta possibbli, billi japplikaw għall-għajnuna legali nazzjonali;
  3. fuq l-inizjattiva u bil-finanzjament personali ta' ġenitur infurmat jew bl-intervent tal-Assoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi (bil-finanzjament mill-partijiet stess).

Il-prezz ta' proċess ta' medjazzjoni mħallas mill-partijiet stess ivarja skont ir-reġjun. Sessjoni tiswa bejn 50 u 70 euro f'Tallinn u bliet kbar oħrajn fl-Estonja u bejn 35 u 50 euro fil-bqija tal-pajjiż. Sessjoni waħda ddum 90 minuta u l-partijiet ikunu mistennija jattendu medja ta' 5 sa 6 laqgħat.

Is-servizz tal-medjazzjoni tal-familja jista' jiġi pprovdut minn speċjalisti fil-psikoloġija, fis-settur soċjali (inkluż il-protezzjoni tat-tfal u l-ħidma soċjali) jew fil-liġi li jkunu temmew taħriġ speċjali u jkollhom ċertifikat professjonali rilevanti; il-kuntatti ta' dawn l-ispeċjalisti huma disponibbli fuq is-siti tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Estonjana tal-Medjaturi, il-qrati tal-pajjiż u l-gvernijiet lokali.

Fl-Estonja, l-organizzazzjoni tas-servizz tal-medjazzjoni tal-familja hija rregolata mil-leġiżlazzjoni li ġejja:

Waħda mill-prijoritajiet tal-programm ta' azzjoni tal-2015-2016 tal-Gvern Estonjan hija li tissaħħaħ is-sistema ta' protezzjoni tat-tfal, inkluż l-iżvilupp tas-servizz ta' medjazzjoni tal-familja. Il-Ministeru tal-Affarijiet Soċjali u l-Ministeru tal-Ġustizzja bħalissa qed jikkooperaw flimkien biex jiżviluppaw proposti għall-issupplimentar u l-emendar ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw is-servizz, bl-għan tat-titjib tal-organizzazzjoni u l-iffinanzjar tas-servizz.

Hemm ukoll medjaturi kkwalifikati internazzjonalment li jaħdmu l-Estonja li huma kompetenti biex jittrattaw każijiet ta' medjazzjoni transfruntieri fejn ġenitur ikun ħa lil wildu lejn pajjiż li la jkun il-pajjiż nattiv tal-wild u lanqas il-pajjiż ta' residenza abitwali tiegħu. Il-lingwi operattivi huma l-Estonjan, l-Ingliż, ir-Russu u l-Finlandiż. Il-medjaturi jistgħu jiġu kkuntattjati fl- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaindirizz elettroniku funzjonali tal-assoċjazzjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/04/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Greċja


Medjazzjoni tal-familja

L-espressjoni "medjazzjoni tal-familja" tirreferi għal forma ta' soluzzjoni ekstraġudizzjarja għal tilwimiet familjari (jiġifieri tilwimiet finanzjarji u tilwimiet relatati ma' drittijiet ta' proprjetà bejn konjuġi, tilwimiet simili li jiġu mill-koabitazzjoni jew ir-relazzjonijiet bejn il-ġenituri u t-tfal, u tilwimiet familjari oħrajn), fejn il-partijiet jingħataw għajnuna biex jaslu flimkien għal soluzzjoni aċċettabbli mit-tnejn.

I. L-istituzzjoni tal-medjazzjoni (διαμεσολάβηση) ġiet introdotta fis-sistema ġudizzjarja Griega bil-Liġi 3898/2010 dwar il-medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali (Il-Gazzetta tal-Gvern, Sensiela I, Nru 211/16-10-2010), li implimentat id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008.

Skont l-Artikolu 2 tal-Liġi 3898/2010, "tilwimiet tad-dritt privat jistgħu jingħaddew għall-medjazzjoni bi qbil bejn il-partijiet, sakemm is-suġġett tat-tilwima jkun għad-dispożizzjoni tal-partijiet", filwaqt li l-Artikolu 8 tal-istess Liġi jistipula li: "1. Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom, jew fil-każ ta' persuni ġuridiċi, l-aġenti tagħhom, għandhom jattendu l-medjazzjoni flimkien mal-avukat tagħhom. 2. Il-medjatur għandu jintgħażel mill-partijiet jew minn parti terza tal-għażla tagħhom. 3. Il-proċedura tal-medjazzjoni għandha tkun iddeterminata mill-medjatur bi qbil mal-partijiet, li jistgħu jtemmuha xħin iridu. Il-proċess ta' medjazzjoni għandu jkun kunfidenzjali u ma jinżammux il-minuti. Tul il-medjazzjoni, il-medjatur jista' jikkomunika u jiltaqa' ma kull waħda mill-partijiet." Fi tmiem il-proċess, il-medjatur irid ifassal rekord tal-medjazzjoni (l-Artikolu 9 tal-Liġi 3898/2010), inkluż il-ftehim maqbul, iffirmat mill-medjatur, mill-partijiet u mill-avukati tal-partijiet. Jekk jintalab jagħmel hekk minn tal-inqas parti waħda, il-medjatur irid jiddepożita r-rekord ukoll mar-reġistru tal-qorti tal-ewwel istanza tal-post. Malli dan isir, ir-rekord isir eżekutorju.

Il-medjatur jiġi rrimunerat b'rata fis-siegħa, għal massimu ta' 24 siegħa, li jinkludi l-ħin imqatta' jħejji għall-medjazzjoni. Il-partijiet u l-medjatur jistgħu jaqblu dwar metodu differenti ta' rimunerazzjoni. Ir-rimunerazzjoni tal-medjatur titħallas mill-partijiet f'partijiet indaqs, sakemm ma jiftehmux mod ieħor. Kull parti tħallas ir-rimunerazzjoni tal-avukat tagħha. L-ammont tat-tariffa fis-siegħa jiġi stabbilit u rivedut b'deċiżjoni tal-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.

(Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.diamesolavisi.gov.gr/)

ΙΙ. Barra minn hekk, l-Artikolu 214B(1) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, li ddaħħal bl-Artikolu 7 tal-Liġi 4055/2012, introduċa l-istituzzjoni tal-medjazzjoni ġudizzjarja (δικαστική μεσολάβηση); skont dak l-Artikolu, "tilwim tad-dritt privat jista' jiġi solvut b'rikors għall-medjazzjoni ġudizzjarja. Rikors għall-medjazzjoni ġudizzjarja huwa fakultattiv u jista' jsir qabel ma tinfetaħ kawża jew waqt li tkun pendenti." L-aħħar subparagrafu tal-paragrafu 3 tal-istess Artikolu jgħid li "kull parti interessata tista' tippreżenta talba bil-miktub permezz tal-avukat tagħha, fejn titlob li l-kawża tiġi rinvijata quddiem imħallef medjatur." L-Artikolu jkompli, "4. F'kull ħin, skont il-kawża u wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi, il-qorti fejn il-kawża tkun pendenti tista' ssejjaħ lill-partijiet biex jirrikorru għall-medjazzjoni ġudizzjarja bil-ħsieb li jsolvu t-tilwima u, fl-istess ħin, jekk il-partijiet jaqblu, jiddiferixxu s-smigħ tal-kawża għal perjodu qasir, imma mhux għal iktar minn sitt xhur. 5. Jekk il-partijiet jaslu għal ftehim, jitfassal rekord tal-medjazzjoni. Ir-rekord għandu jkun iffirmat mill-medjatur, mill-partijiet u mill-avukati tal-partijiet u l-oriġinal jiġi ddepożitat fir-reġistru tal-qorti tal-ewwel istanza fejn tkun seħħet il-medjazzjoni ... Ladarba r-rekord tal-medjazzjoni jiġi ddepożitat fir-reġistru tal-qorti tal-ewwel istanza u sakemm dan juri li l-partijiet ikunu qablu, huwa għandu jikkostitwixxi titolu eżekuttiv b'konformità mal-Artikolu 904(2)(c) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili."

L-ispejjeż tal-medjazzjoni ġudizzjarja jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Liġi dwar l-għoti tal-għajnuna legali liċ-ċittadini bi dħul baxx (il-Liġi 3226/2004).

Żewġ dispożizzjonijiet importanti huma l-Artikolu 116A tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, (miżjud mill-Artikolu 1(2) tal-Liġi 4335/2015), li jgħid li "f'kull ħin waqt kawża u fil-proċedimenti kollha, il-qorti għandha tħeġġeġ ... l-għażla tal-medjazzjoni bħala mezz ta' soluzzjoni ta' tilwim ekstraġudizzjarja", u l-Artikolu 214C tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, li jgħid li "l-qorti għandha tissuġġerixxi li l-partijiet jirrikorru għall-medjazzjoni jekk ikun xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ. Jekk il-proposta tal-qorti tkun aċċettata, is-smigħ tal-kawża għandu jkun differit għal perjodu ta' tliet xhur. L-istess għandu japplika jekk il-partijiet stess jiddeċiedu li jirrikorru għall-medjazzjoni waqt li l-kawża tkun pendenti."

Ma hemm l-ebda leġiżlazzjoni fil-Greċja li tirregola l-medjazzjoni tal-familja b'mod speċifiku. Għalhekk, ir-regoli li japplikaw huma r-regoli ġenerali dwar il-medjazzjoni u l-medjazzjoni ġudizzjarja stabbiliti fuq.

Koppji b'nazzjonalitajiet differenti — li jkunu miżżewġin jew jikkoabitaw fi sħubijiet ekstramatrimonjali — jirriżultaw f'familji bikulturali, u f'każ ta' divorzju jew tifrik tar-relazzjoni, flimkien mal-kwistjonijiet ordinarji marbuta mat-tilwim tal-familja (eż. ir-responsabbiltà tal-ġenituri, il-kustodja, il-kuntatt mat-tfal, il-manteniment tat-tfal, kwistjonijiet ta' proprjetà bejn il-miżżewġin), tista' tinqala' diffikultà iktar serja f'kawżi transfruntieri, dik tal-ħtif ta’ minuri. Ir-regoli spjegati fuq dwar il-medjazzjoni u l-medjazzjoni ġudizzjarja jistgħu jiġu applikati f'dawn il-kawżi; huma konsistenti mar-regoli diġà applikabbli tal-Artikolu 7(2)(c) tal-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980 u l-Artikolu 55(2)(e) tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003 (ir-Regolament "Brussell IIa").


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2017

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Spanja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


1 Il-Proċedura tal-Medjazzjoni tal-Familja

Il-medjazzjoni tal-familja hija kollha kemm hi volontarja fi Spanja u biex tiffaċilitaha fil-każijiet li jinvolvu, fost l-oħrajn, il-medjazzjoni transfruntiera tal-familja, il-leġiżlazzjoni dwar il-medjazzjoni ġenerali tippermetti espressament li din titwettaq permezz tal-vidjokonferenza jew ta’ mezzi elettroniċi oħra li jippermettu t-trażmissjoni tal-leħen jew tal-immaġni. Il-partijiet jistgħu jirrikorru għall-medjazzjoni jew qabel il-bidu tal-proċedimenti tal-qorti jew inkella sakemm dawn ikunu jinsabu għaddejjin, u anki wara li dawn jiġu konklużi, sabiex jibdlu l-eżitu jew biex jiffaċilitaw l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-qorti. Jekk dawn jagħmlu dan qabel il-proċedimenti u jilħqu ftehim, il-proċess legali jitħaffef għaliex il-partijiet jgħaddu għal proċedura simplifikata li fiha ż-żewġ partijiet jippreżentaw il-ftehim lill-Qorti tal-Familja (Juzgado de Familia), li tapprova l-Ftehim jekk ma jkunx imur kontra l-liġi jew l-interessi tat-tfal minorenni jew b’diżabbiltà li jaf ikollha l-koppja. Bl-istess mod, jekk ma jkunx hemm tfal minorenni jew b’diżabbiltà, il-partijiet jistgħu wkoll jagħżlu li jippreżentaw il-ftehim direttament quddiem nutar, li jirreġistrah f’att notarili, u jingħata l-istess effetti bħal deċiżjoni tal-qorti.

Jekk il-proċedimenti tal-qorti jkunu nbdew mingħajr ma l-partijiet jirrikorru għall-medjazzjoni, l-imħallef, filwaqt li jqis iċ-ċirkostanzi tal-każ, jista’ jaqbel li l-partijiet għandhom jirrikorru għall-medjazzjoni u l-Qorti tal-Familja tirreferihom għal sessjoni ta’ informazzjoni bla ħlas. Jekk dawn jiddeċiedu li jirrikorru għall-medjazzjoni, il-proċedimenti legali ma jiġux sospiżi, sakemm il-partijiet ma jitolbux sospensjoni tal-proċedimenti, u jekk fl-aħħar mill-aħħar jintlaħaq ftehim, dan jiġi approvat mill-qorti. Madankollu, jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim jew il-partijiet ma jkunux riedu li jużaw il-medjazzjoni, tinqata’ sentenza fuq dawk il-punti kollha li l-partijiet ma jaqblux dwarhom.

Il-medjazzjoni tal-familja mhijiex possibbli fil-każijiet li fihom ikun hemm proċedimenti bejn il-partijiet minħabba vjolenza abbażi tas-sess ta’ dak li jkun.

Is-sessjoni ta’ informazzjoni hija bla ħlas, iżda l-medjazzjoni minnha nnifisha tinvolvi spiża li għandha tiġġarrab mill-partijiet sakemm dawn ma jikkwalifikawx għall-għajnuna legali. L-informazzjoni kollha dwar il-kontenut u r-rekwiżiti sabiex tinkiseb l-għajnuna legali hija disponibbli hawnhekk

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mjusticia.gob.es/cs/Satellite/Portal/es/servicios-ciudadano/tramites-gestiones-personales/asistencia-juridica-gratuita

2 Il-professjoni ta’ medjatur tal-familja u aċċess għal medjatur

Il-medjatur irid ikollu lawrea universitarja jew taħriġ vokazzjonali għoli u, apparti minn hekk irid ikollu taħriġ speċifiku biex jipprattika l-medjazzjoni li jingħata f’istituzzjonijiet akkreditati għal dak l-iskop.

Ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ reġistrazzjoni f’xi reġistru sabiex wieħed ikun jista’ jipprattika l-medjazzjoni tal-familja, iżda ġew stabbiliti reġistri li l-medjaturi jistgħu jirreġistraw ruħhom fihom kemm fil-livell nazzjonali (ir-Reġistru tal-Medjaturi u l-Istituzzjonijiet tal-Medjazzjoni li s-sit web tagħhom qiegħed jingħata aktar ’l isfel – Registro de Mediadores e Instituciones de Mediación) kif ukoll fil-livell tal-Komunitajiet Awtonomi.

F’dan il-livell tal-aħħar, kważi l-Komunitajiet Awtonomi kollha ħolqu servizz pubbliku ta’ medjazzjoni. Għal informazzjoni dwar dan, żur it-taqsima dwar il-medjazzjoni tas-siti web istituzzjonali tagħhom li fiha ssib spjegazzjoni f’għadd ta’ dettalji dwar kif taħdem is-sistema tal-medjazzjoni, kif inhuwa rregolat ir-Reġistru tal-Medjaturi, b’ħolqa li twasslet għalih, meta jkun hemm wieħed. Is-siti web tagħhom is-soltu jkollhom ukoll formoli għal rikjesta ta’ medjazzjoni li jirreferu għall-aġenziji speċjalizzati mwaqqfa minnhom biex iwettqu l-medjazzjoni.

Sabiex issib medjatur tal-familja, trid tiddistingwi bejn jekk il-medjazzjoni hijiex se ssir ladarba jinbdew il-proċedimenti jew indipendentement mill-proċedimenti. Jekk il-medjazzjoni tintalab ladarba jinbdew il-proċedimenti, il-Qorti tal-Familja rilevanti tirreferi lill-partijiet għall-entitajiet ta’ medjazzjoni tal-familja li jaqgħu taħtha, filwaqt li jekk il-medjazzjoni tintuża qabel jew apparti l-proċedimenti tal-qorti, il-parti jkollha tfittex medjatur tal-familja għal rasha. Is-sorsi ta’ informazzjoni li ġejjin jistgħu jkunu ta’ siwi:

– Ir-Reġistru tal-Medjaturi u l-Istituzzjonijiet ta’ Medjazzjoni fil-livell nazzjonali msemmija aktar ’il fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mjusticia.gob.es/cs/Satellite/Portal/es/areas-tematicas/registros/mediadores-instituciones

– L-istituzzjonijiet segwenti, suġġeriti mill-Ministeru tal-Ġustizzja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.administraciondejusticia.gob.es/paj/publico/pagaj/home/)

– Is-Servizzi ta’ Medjazzjoni ssuġġeriti għall-provinċji mill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura  (Consejo General del Poder Judicial) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.poderjudicial.es/cgpj/es/Temas/Mediacion/Organos-judiciales-que-ofrecen-mediacion/Mediacion-Familiar/

– Is-Servizzi ta’ Medjazzjoni mwaqqfa mill-Komunitajiet Awtonomi varji. Normalment, fis-siti web istituzzjonali tal-Komunitajiet Awtonomi jkun hemm l-informazzjoni.

Apparti dak li jissemma hawn fuq, aktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ medjazzjoni tal-familja, il-leġiżlazzjoni applikabbli, is-servizzi ta’ medjazzjoni li jeżistu fil-Komunitajiet Awtonomi differenti u l-formalitajiet rilevanti huma disponibbli fuq is-sit web tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.poderjudicial.es/cgpj/es/Temas/Mediacion


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2017

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Franza


Il-medjazzjoni familjari transfruntiera hija promossa permezz ta’ ftehimiet ta’ kooperazzjoni Ewropej u internazzjonali, sabiex ir-riżoluzzjoni kalma u rapida ta’ tilwim. Franza stabbiliet unità fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali tagħha maħsuba biex tinkuraġġixxi l-użu ta’ medjazzjoni f’każijiet transfruntiera. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-medjazzjoni hija wkoll rilevanti minħabba li jistgħu japplikaw għal każijiet transfruntiera.

Qafas regolatorju nazzjonali:

Il-Liġi Nru 95–125 tat-8 ta’ Frar 1995, segwita mid-Digriet Nru 2012–66 tat-22 ta’ Lulju 1996, stabbiliet il-pedament għal medjazzjoni legali fi Franza. Kull imħallef inkarigat minn kawża jista', bi qbil mal-partijiet, jaħtar medjatur, parti terza kkwalifikata, imparzjali u indipendenti.

L-Ordinanza Nru 2011–1540 tas-16 ta’ Novembru 2011, li ttrasponiet id-Direttiva 2008/52/KE tal-21 ta’ Mejju 2008, kif emendata mil-liġi tat-8 ta’ Frar 1995. Din il-liġi tiddefinixxi l-medjazzjoni bħala kwalunkwe proċess strutturat li permezz tiegħu żewġ partijiet jew aktar jippruvaw jilħqu ftehim, bil-ħsieb li tinstab riżoluzzjoni amikevoli għan-nuqqas ta’ qbil tagħhom bl-għajnuna ta’ parti terza. Din tistabilixxi arranġamenti komuni għas-suriet kollha ta’ medjazzjoni.

Għal medjazzjoni tal-familja, hemm kwalifika nazzjonali maħluqa mid-Digriet tat-2 ta’ Diċembru 2003 (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaarticles R.451-66 et suivants du Code de l'Action Sociale et des Familles) u d-digrieti tat-12 ta' Frar 2004 u d-19 ta' Marzu 2012. Madankollu, attwalment, din il-kwalifika mhijiex obbligatorja biex wieħed ikun jista' jaħdem bħala medjatur tal-familja minħabba li l-medjazzjoni tal-familja mhijiex professjoni rregolata.

Il-medjaturi jistgħu jaħdmu fis-settur tal-volontarjat, jew fil-professjonijiet liberi.

Il-medjazzjoni tal-familja tista sseħħ:

1) qabel l-intervent legali: dan huwa magħruf bħala medjazzjoni familjari konvenzjonali; f'dan il-każ, il-medjatur jintgħażel direttament mill-partijiet;

2) matul il-proċeduri ġudizzjarji: l-Artikolu 1071 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, l-Artikolu 255 u l-Artikolu 373-2-10 tal-Kodiċi Ċivili;

  • l-imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (juge aux affaires familiales - JAF) jista’ jipproponi l-medjazzjoni lill-partijiet u wara li jkun kiseb il-qbil tagħhom, jaħtar medjatur tal-familja biex jipproċedi.
  • l-imħallef għall-Affarijiet tal-Familja jista’ jordna li l-partijiet jiltaqgħu ma' medjatur tal-familja li jinfurmahom dwar l-iskop u l-proċedura tal-medjazzjoni familjari.

Ftehim miksub minn medjazzjoni tal-familja jista’ jkun suġġett għall-approvazzjoni tal-Imħallef għall-Affarijiet tal-Familja (Artikoli 1534 u 1565 et seq. tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili). L-imħallef japprova l-ftehim għajr jekk huwa/hija jsib li ma tħarsux biżżejjed l-interessi tal-minuri, jew li l-kunsens tal-ġenituri ma jkunx ingħata b’mod ħieles (l-Artikolu 373-2-7 (2) tal-Kodiċi Ċivili) jew b’mod aktar ġenerali li jista’ jkun kuntrarju għall-ordni pubblika.

L-ispejjeż: L-ewwel laqgħa ta' informazzjoni mal-medjatur tal-familja huwa mingħajr ħlas għall-utent. Madankollu, il-medjazzjoni tal-familja teħtieġ kontribuzzjoni finanzjarja mingħand il-partijiet skont l-iskala uffiċjali li tapplika għal servizzi ta’ medjazzjoni, ibbażata fuq il-prinċipju ta’ ħlas għal kull sessjoni u għal kull persuna dipendenti fuq id-dħul tal-partijiet. Meta individwu jibbenefika minn għajnuna legali, l-Istat iħallas l-ispejjeż għall-medjazzjoni tal-familja u l-iskala nazzjonali tipprevedi żieda fir-rimunerazzjoni tal-Avukat fejn il-medjazzjoni tkun ġiet ordnata minn imħallef għall-Affarijiet tal-Familja.

Medjazzjoni tal-familja internazzjonali:

Il-medjazzjoni internazzjonali għall-familja hija prevista fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet tal-familja (il-Konvenzjoni tal-Aja tal-25 ta’ Ottubru 1980 u r-Regolament Brussell IIa), sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni bonarja bil-ħsieb li r-ritorn tal-minuri f’każ ta’ ħtif internazzjonali, jew ftehim dwar l-eżerċizzju ta’ drittijiet ta’ aċċess tal-ġenituri.

Il-persuni interessati jistgħu:

1) jikkuntattjaw lill-medjaturi li jaġixxu bħala professjonisti liberi jew ġewwa s-settur tal-volontarjat: lista ta’ medjaturi li jistgħu jaġixxu f’każijiet internazzjonali tal-familja tista’ tinstab fuq l-Internet fl-indirizz li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.gouv.fr/26139 (jew ikklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk).

2) Jużaw medjazzjoni permezz ta’ unità dedikata fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali: Franza għandha unità ta' medjazzjoni internazzjonali għall-familja fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCMFI). F’kull każ transfruntier, l-unità toffri l-għajnuna tagħha biex tintervjenti minn qabel, matul u/jew wara proċedimenti legali, bħala miżura ta’ sostenn. Il-ftehimiet konklużi jitressqu, fejn xieraq, wara approvazzjoni minn konsulenti legali tal-partijiet, fil-qrati tal-pajjiżi rilevanti.

Meta wieħed mill-ġenituri jagħmel talba għal medjazzjoni internazzjonali għall-familja għall-amministrazzjoni ċentrali, din tal-aħħar tipproponi tali medjazzjoni lill-ġenitur l-ieħor. L-approċċ għandu jkun volontarju: ma għandu jkun hemm l-ebda tfixkil fl-implimentazzjoni ta’ proċess ta’ medjazzjoni internazzjonali għall-familja.

Fil-ħidma tagħha dwar il-medjazzjoni internazzjonali għall-familja, l-unità ddedikata fi ħdan l-amministrazzjoni ċentrali topera b’mod imparzjali u kompletament kunfidenzjali ma’ kull ġenitur.

Il-medjazzjoni mwettqa fi ħdan l-unità ta’ medjazzjoni tal-familja Internazzjonali tal-Ministeru tal-Ġustizzja hija mingħajr ħlas. L-applikazzjoni, flimkien ma’ dokumenti relatati ma’ proċeduri tal-qorti attwali u tal-passat fi Franza jew f’pajjiżi oħra, għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

Il-Ministeru tal-Ġustizzja

Direttorat tal-Kwistjonijiet Ċivili u tas-Siġill Uffiċjali - BDIP

Qasam tal-medjazzjoni tal-familja internazzjonali

13 place Vendôme

75 042 Paris Cedex 01

Tista' tintbagħat ukoll bil-posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaentraide-civile-internationale@justice.gouv.fr

Link lejn is-sit tal-internet tal-Ministeru tal-Ġustizzja Franċiż (il-qasam tal-medjazzjoni tal-familja internazzjonali): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.gouv.fr/justice-civile-11861/enlevement-parental-12063/la-mediation-21106.html


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 19/01/2017

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - il-Kroazja


IL-MEDJAZZJONI

Fl-1 ta’ Novembru 2015, fir-Repubblika tal-Kroazja daħal fis-seħħ l-Att il-ġdid dwar il-Familja (Obiteljski zakon; Narodne novine (il-Gazzetta Uffiċjali) Nru 103/15). Dan jikkonsisti minn 10 partijiet separati, bis-seba’ parti separata tirregola l-qasam tal-konsulenza mandatorja u l-medjazzjoni tal-familja.

Il-konsulenza mandatorja hija mod kif tingħata għajnuna lill-membri ta’ familja biex jilħqu ftehimiet dwar relazzjonijiet familjari, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-protezzjoni tar-relazzjonijiet familjari li jinvolvu t-tfal u lill-konsegwenzi legali f’każ li ma jintlaħaqx ftehim u t-tnedija tal-proċedimenti legali li fihom tittieħed deċiżjoni dwar id-drittijiet personali tat-tfal. Il-konsulenza mandatorja ssir minn tim ta’ esperti minn ċentru ta’ ħarsien soċjali kompetenti skont ir-residenza permanenti jew temporanja tat-tfal jew il-post tal-aħħar residenza konġunta permanenti jew temporanja tal-konjuġi jew tas-sħab extramatrimonjali. F’konformità mal-Att dwar il-Familja, il-konsulenza mandatorja ma għandhiex issir qabel ma jinbdew il-proċedimenti tal-eżekuzzjoni jew tas-sigurtà. Il-membri tal-familja jipparteċipaw fil-konsulenza mandatorja fil-kapaċità personali tagħhom u mingħajr prokura.

Il-konsulenza mandatorja ssir: 1. qabel ma jinbdew il-proċedimenti tad-divorzju bejn konjuġi li għandhom wild minorenni komuni u 2. qabel ma jinbdew proċedimenti tal-qorti oħra għall-eżerċitar tal-kustodja tal-ġenituri u ta' relazzjoni personali mat-tfal. Qabel ma jinbdew il-proċedimenti tad-divorzju, ma ssirx konsulenza mandatorja fir-rigward ta’ konjuġi wieħed jew taż-żewġ konjuġi li: 1. ikunu mċaħħda mill-kapaċità li jikkuntrattaw, jekk ikunu inkapaċi li jifhmu s-sens u l-konsegwenzi tal-proċedimenti anki bl-assistenza tal-esperti, 2. ikollhom diffikultà li jagħtu ġudizzju jew 3. ikollhom residenza permanenti jew temporanja mhux magħrufa.

Il-konsulenza mandatorja tinbeda billi ssir talba min-naħa ta’ parti waħda, li titressaq lil ċentru ta’ ħarsien soċjali bil-miktub jew tiġi rreġistrata bil-fomm. Malli jirċievi t-talba għal konsulenza mandatorja, iċ-ċentru ta’ ħarsien soċjali huwa obbligat li jiskeda laqgħa u jsejjaħ lill-partijiet. B’deroga minn dan, jekk iċ-ċentru ta’ ħarsien soċjali jqis li fiċ-ċirkostanzi speċifiċi, laqgħa konġunta ma tkunx ta’ siwi jew jekk dan ikun rikjest minn parti waħda jew miż-żewġ partijiet għal raġunijiet ġustifikabbli, jiġu skedati u jsiru intervisti separati mal-partijiet.

Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess li fih il-membri ta’ familja jipparteċipaw minn jeddhom. B’deroga minn dan, l-ewwel laqgħa ta’ medjazzjoni tal-familja qabel ma jinbdew il-proċedimenti tad-divorzju tkun waħda mandatorja.

Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess li fih il-partijiet jagħmlu tentattiv biex jilħqu ftehim dwar tilwim familjari bl-assistenza ta’ medjatur tal-familja wieħed jew aktar. Medjatur tal-familja huwa persuna imparzjali u mħarrġa apposta li isimha huwa mniżżel fir-reġistru tal-medjaturi tal-familja. L-iskop ewlieni tal-proċess ta’ medjazzjoni tal-familja huwa li jintlaħaq qbil dwar pjan ta’ kustodja kondiviża tal-ġenituri u li jintlaħqu ftehimiet fir-rigward tat-tfal. Apparti mill-kisba ta’ dak l-iskop, matul il-medjazzjoni tal-familja, il-partijiet jistgħu wkoll jaqblu dwar il-kwistjonijiet l-oħra kollha li jirrigwardaw l-assi u kwistjonijiet oħra.

Il-medjazzjoni tal-familja ma ssirx: 1. f’każijiet li fihom it-tim ta’ esperti ta’ ċentru ta’ ħarsien soċjali jew il-medjatur tal-familja jivvaluta li l-parteċipazzjoni b’mod ugwali tal-konjuġi fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja ma tkunx possibbli minħabba vjolenza domestika, 2. jekk wieħed mill-konjuġi jew it-tnejn li huma jkunu mċaħħda mill-kapaċità li jikkuntrattaw, u jkunu inkapaċi li jifhmu s-sens u l-konsegwenzi legali tal-proċess anki bl-assistenza tal-esperti, 3. jekk wieħed mill-konjuġi jew it-tnejn li huma jkollhom diffikultà li jagħtu ġudizzju u 4. jekk ir-residenza temporanja jew permanenti ta’ konjuġi ma tkunx magħrufa.

Il-medjazzjoni tal-familja tista’ ssir irrispettivament mill-proċedimenti tal-qorti qabel ma jinbdew il-proċedimenti tal-qorti, matulhom jew wara li l-proċedimenti tal-qorti jiġu fi tmiemhom. F’konformità mal-Att dwar il-Familja, il-medjazzjoni tal-familja ma ssirx qabel ma jinbdew il-proċedimenti tal-eżekuzzjoni jew tas-sigurtà. Permezz ta’ deroga, matul il-proċess tal-eżekuzzjoni għall-fini tal-eżerċitar ta’ relazzjoni personali mat-tfal, il-qorti tista’ tipproponi lill-partijiet biex jidħlu f’medjazzjoni tal-familja. Għaldaqstant, wara li ssir intervista mal-partijiet u jitqiesu ċ-ċirkostanzi tal-każ, il-qorti tista’ tipposponi l-eżekuzzjoni għal tletin jum u tordna li persuna professjonali titkellem mat-tfal jew tipproponi lill-partijiet biex jidħlu f’medjazzjoni tal-familja biex jilħqu ftehim dwar it-tilwima; jekk ikun hemm bżonn, il-qorti tista’ tispeċifika f’aktar dettall l-eżerċitar ta’ relazzjoni personali permezz ta’ deċiżjoni speċjali matul l-intervista ma’ persuna professjonali jew il-medjazzjoni tal-familja, u l-qorti ma tipproċedix b’dan il-mod jekk it-tentattiv ta’ medjazzjoni tal-familja ma jkunx irnexxa jew jekk tkun meħtieġa azzjoni urġenti.

Il-medjatur tal-familja u persuni oħra involuti fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja huma obbligati li jissalvagwardjaw id-data u l-informazzjoni kunfidenzjali li jkunu saru jafu biha matul il-proċess tal-medjazzjoni tal-familja f’rabta ma’ terzi persuni, għajr: 1. jekk ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi kkomunikata għall-fini tat-twettiq jew tal-eżekuzzjoni tal-ftehim jew 2. jekk ikun meħtieġ li l-informazzjoni tiġi kkomunikata sabiex jitħarsu tfal li l-benesseri tagħhom ikun ipperikolat jew sabiex jitneħħa l-periklu ta’ vjolazzjoni serja tal-integrità mentali jew fiżika ta’ persuna. Il-medjatur tal-familja huwa obbligat li jinforma lill-partijiet bl-ambitu tal-prinċipju tal-kunfidenzjalità.

Fir-rigward tal-ftehim milħuq matul il-medjazzjoni tal-familja, l-Att dwar il-Familja jistipula li l-pjan dwar il-kustodja konġunta tal-ġenituri jew ftehimiet oħra milħuqa matul il-medjazzjoni tal-familja jrid ikun bil-miktub u jkun iffirmat mill-partijiet kollha u li dawn ikunu ekwivalenti għal dokument eżekutorju jekk il-qorti tapprovahom fi proċedimenti mhux kontenzjużi fuq proposta tal-partijiet.

Jekk il-partijiet ma jilħqux ftehim dwar il-pjan ta’ kustodja kondiviża tal-ġenituri, jew dwar relazzjoni familjali kontenzjuża oħra, il-medjatur tal-familja jindika fir-rapport dwar is-sospensjoni tal-proċess tal-medjatur tal-familja jekk iż-żewġ partijiet ikunu pparteċipaw b’mod attiv. Ir-rapport dwar is-sospensjoni tal-medjazzjoni tal-familja jingħadda lill-parteċipanti. Il-medjatur tal-familja jgħaddi rapport dwar is-sospensjoni tal-medjazzjoni tal-familja lill-qorti li ssospendiet il-proċedimenti minħabba li kien qiegħed jitmexxa l-proċess tal-medjatur tal-familja.

F’każ li matul il-proċedimenti tal-qorti, il-partijiet jipproponu, permezz ta’ ftehim kunsenswali, li jsolvu t-tilwima permezz tal-proċess tal-medjazzjoni tal-familja, il-qorti tista’ tissospendi l-proċedimenti, f’liema każ tistabbilixxi terminu perentorju ta’ tliet xhur li fih il-partijiet jistgħu jagħmlu tentattiv biex isolvu t-tilwima fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja. F’każ li matul il-proċedimenti tal-qorti jitqies mill-qorti li hemm possibbiltà li jintlaħaq ftehim kunsenswali dwar it-tilwima familjali, din tista’ tipproponi wkoll il-proċess tal-medjazzjoni tal-familja lill-partijiet. Jekk il-partijiet jaqblu li jidħlu fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja, il-qorti tissospendi l-proċedimenti u tistabbilixxi terminu perentorju ta’ tliet xhur li matulu l-partijiet jistgħu jagħmlu tentattiv biex isolvu t-tilwima fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja. Jekk il-partijiet, tul it-terminu perentorju ta’ tliet xhur stabbilit minn qorti biex issir medjazzjoni tal-familja, ma jirnexxilhomx isolvu t-tilwima fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja jew jekk il-partijiet jipproponu t-tkomplija tal-proċedimenti tal-qorti qabel jagħlaq dak it-terminu perentorju, il-qorti tkompli bil-proċedimenti. Qabel ma tiddeċiedi dwar is-sospensjoni tal-proċedimenti, il-qorti hija obbligata li tivvaluta jekk is-sospensjoni hijiex xierqa billi f’kawżi li fihom ikunu qegħdin jiġu deċiżi d-drittijiet u l-interessi tat-tfal ikun hemm il-ħtieġa ta’ azzjoni urġenti.

Fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja, il-medjatur tal-familja għandu l-obbligu li jinforma lill-parteċipanti biex jieħdu ħsieb il-benesseri tat-tfal, u huwa jista’ jippermetti lit-tfal li jesprimu fehemthom fil-proċess tal-medjazzjoni tal-familja bil-kunsens tal-ġenituri tagħhom.

Il-medjatur tal-familja li jkun mexxa l-proċess tal-medjazzjoni tal-familja ma jistax jipparteċipa fit-tfassil bil-miktub tal-opinjoni tal-esperti jew tal-valutazzjonijiet dwar il-familja jew jipparteċipa bi kwalunkwe mod ieħor fil-proċedimenti tal-qorti li t-tilwima bejn il-partijiet qiegħda tiġi deċiża bihom, għajr għal każijiet stabbiliti mil-liġi.

Jekk il-medjazzjoni tal-familja titmexxa minn medjaturi tal-familja impjegati fis-sistema ta’ ħarsien soċjali, il-partijiet ma jħallsux għal ħidmet il-medjaturi tal-familja. Jekk il-medjazzjoni tal-familja titmexxa minn medjaturi tal-familja li mhumiex impjegati fis-sistema ta’ ħarsien soċjali, il-partijiet iġarrbu l-ispejjeż tal-parteċipazzjoni tagħhom.

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-medjazzjoni jiġu applikati b’mod xieraq tul il-proċess tal-medjazzjoni tal-familja.

Għal aktar informazzjoni, ara:

L-Att dwar il-Familja (il-Gazzetta Uffiċjali Nru 105/15)

Ir-regoli dwar il-medjazzjoni tal-familja (Pravilnik o obiteljskoj medijaciji; Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 106/14)

L-Att dwar il-Medjazzjoni (Zakon o mirenju; Il-Gazzetta Uffiċjali Nru 18/11)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2018

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Italja


Il-medjazzjoni tal-familja hija proċess li fih il-konjuġi jew l-imsieħba li jgħaddu minn diffikultajiet jistgħu b’mod volontarju jiddeċiedu li jagħmlu użu minnu sabiex jirrisolvu l-kontroversja tagħhom li tinvolvi medjatur wieħed jew aktar. Il-funzjoni tal-medjaturi hija li tiġi faċilitata l-komunikazzjoni u li tiġi megħjuna l-kopja sabiex tittratta l-aspetti emozzjonali u materjali tas-separazzjoni (diviżjoni tal-assi, pagamenti ta’ manteniment, allokazzjoni tad-dar matrimonjali, eċċ.). Il-funzjoni tagħhom tinkludi wkoll l-inkoraġġiment tal-kopja biex tirristruttura l-ftehimiet li jissodisfaw l-aħjar il-bżonnijiet tal-membri tal-familja kollha.

Il-medjazzjoni hija regolata, f’termini ġenerali, bid-Digriet Leġiżlattiv Nru 28 tal-4 ta’ Marzu 2010, kif emendat, dwar l-"Implimentazzjoni tal-Artikolu 60 tal-Liġi Nru 69 tat-18 ta’ Ġunju 2009, dwar il-medjazzjoni għall-għanijiet ta’ soluzzjoni ta’ tilwim ċivili u kummerċjali".

Din il-liġi tistabbilixxi l-proċedura ta’ soluzzjoni ta’ tilwim dwar drittijiet trasferibbli barra mill-qorti. Għal ċerti kwistjonijiet indikati espressament, il-medjazzjoni hija kundizzjoni preliminari sabiex l-att promotur ikun jista’ jitqies bħala ammissibbli.

Fi kwistjonijiet dwar il-liġi tal-familja, it-tilwim biss dwar il-ftehimiet għan-negozju kummerċjali (jiġifieri kuntratti li permezz tagħhom Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sid tan-negozju jittrasferixxi, b’mod sħiħ jew parzjali, l-impriża tiegħu jew tagħha lil dixxendent wieħed jew aktar) jirrikjedi medjazzjoni preliminari.

Għal tilwim ieħor dwar kwistjonijiet tal-familja l-medjazzjoni hija volontarja.

Madankollu, fi proċedimenti ta’ kustodja tal-minuri l-qorti tista’ tipposponi milli tagħti d-deċiżjoni tagħha sabiex il-konjuġi, bl-għajnuna ta’ esperti, tkun tista’ tagħmel tentattiv ta’ medjazzjoni sabiex tilħaq ftehim, b’mod partikolari fir-rigward tal-interessi morali u materjali tal-minuri.

Il-medjazzjoni tista’ ssir fi jew permezz ta’ entitajiet pubbliċi jew privati mdaħħla debitament fir-reġistru tal-entitajiet ta’ medjazzjoni miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

Il-lista ta’ entitajiet ta’ medjazzjoni tista’ tinsab fuq is-sit web segwenti:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://mediazione.giustizia.it/ROM/ALBOORGANISMIMEDIAZIONE.ASPX

L-avukati rreġistrati mal-Kamra tal-Avukati Taljana huma medjaturi bid-dritt.

F’ħafna muniċipalitajiet, jista’ ikun hemm aċċess għas-servizzi ta’ medjazzjoni tal-familja permezz ta’ ċentri għal pariri dwar il-familja, servizzi soċjali jew sptarijiet lokali.

Proċedura oħra - li hija differenti mill-medjazzjoni iżda li hija intiża wkoll biex jiġi solvut it-tilwim barra mill-qorti - huma n-negozjati assistiti. Dawn humaa rregolati permezz tad-Digriet Amministrattiv Nru 132 tat-12 ta’ Settembru 2014, ikkonvertit b’emendi permezz tal-Liġi Nru 162 tal-10 ta’ Novembru 2014.

In-negozjati assistiti jirreferu għal ftehim (magħruf bħala “ftehim ta’ negozjatii”) li permezz tiegħu l-partijiet jaqblu li “jikkooperaw f’bona fide biex isolvu t-tilwim amikevolment”. Sabiex il-ftehim ikun validu, irid jiġi mfassal bil-kitba bl-għajnuna ta’ avukat wieħed jew aktar, u jrid jikkonċerna d-drittijiet trasferibbli.

Kuntrarjament għal ftehimiet permezz tal-medjazzjoni, il-ftehimiet ta’ negozjatii assistiti huma eżegwibbli u jfissru li l-ipoteki ġudizzjarji jistgħu jkunu reġistrati.

Bħall-medjazzjoni, in-negozjati jistgħu jkunu obbligatorji jew volontarji.

Fi kwistjonijiet ta’ liġi tal-familja, in-negozjati huma dejjem volontarji.

Il-liġi tirregola n-negozjati assistiti fi kwistjonijiet dwar is-separazzjoni u d-divorzju, bil-għan li tikseb soluzzjoni reċiproka jew emenda għall-kundizzjonijiet stabbiliti preċedentement.

Għall-koppji li ma għandhomx tfal li huma minuri (jew tfal adulti inkapaċi), il-ftehim jiġi trażmess lill-avukat ġenerali fil-qorti kompetenti li, sa fejn huwa ma jsib ebda irregolaritajiet, għandu jinnotifika lill-avukati li ma hemm ebda impediment għal soluzzjoni reċiproka.

F’każ ta’ koppji bit-tfal li huma minuri (jew tfal adulti inkapaċi), il-ftehim irid jintbagħat fi żmien għaxart ijiem lill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali fil-qorti kompetenti għall-verifika li dan jiggarantixxi l-interessi tat-tfal. Jekk il-valutazzjoni hija pożittiva, l-avukat ġenerali jawtorizzaha. Jekk le, huwa jibagħtu lill-president tal-qorti, li jsejjaħ għall-partijiet fi żmien 30 jum li ġejjin.

Il-ftehim milħuq u awtorizzat b’dan il-mod għandu l-effetti u jieħu l-post ta’ separazzjoni ġudizzjarja jew provvedimenti ta’ divorzju u jbiddel il-kundizzjonijiet stabbiliti fihom.

Wara d-dħul fis-seħħ tal-Liġi Nru 76 tal-20 ta’ Mejju 2016, il-partijiet jistgħu wkoll jużaw negozjati assistiti fil-każ ta’ xoljiment ta’ partenarjat ċivili bejn persuni tal-istess sess.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/02/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Ċipru


Sal-lum, Ċipru għadu ma stabbilixxa ebda proċedura ta’ medjazzjoni statutorja.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Latvja


Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta’ mezzi alternattivi ta’ soluzzjoni tat-tilwim, ir-Repubblika tal-Latvja adottat il-Medjazzjoni

Liġi (fis-seħħ mit-18 ta’ Ġunju 2014).

Il-mudell ta’ medjazzjoni rakkomandat mill-qorti fi proċedimenti ċivili daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2015. L-imħallfin jiġu assenjati l-obbligu li joffru lill-partijiet l-għażla ta’ medjazzjoni biex isolvu t-tilwima fi stadji differenti tal-proċedimenti (wara li jingħata bidu għal każ, meta jkun qed jitħejja każ għall-proċess u waqt is-smigħ tal-każ preliminari, kif ukoll matul il-proċedimenti legali, sakemm jiġi kkompletat l-eżami dwar il-merti).

Diversi proġetti ġew implimentati biex jippromwovu l-medjazzjoni bħala mezz biex jissolva t-tilwim:

1. Konsultazzjonijiet ta’ medjazzjoni bla ħlas, magħrufin bħala "mwejjed ta' medjazzjoni" offruti mill-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati fil-qrati jew permezz ta’ konsultazzjonijiet ta’ medjazzjoni (disponibbli għal tilwim tal-familja, iżda mhux limitati għalihom)

Mill-15 ta’ Settembru 2016, il-Ministeru tal-Ġustizzja flimkien mal-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati kienu qed jimplimentaw proġett pilota fejn kull min applika għal soluzzjoni ta’ tilwima ċivili fil-qorti għandu l-opportunità li jirċievi konsultazzjoni ta’ medjatur iċċertifikat mingħajr ħlas għal siegħa. Il-konsultazzjonijiet b’xejn rakkomandati mill-Qrati minn medjaturi ċċertifikati huma disponibbli f’diversi qrati f’Riga u fil-Latvja kollha. Fl-ambitu tal-proġett, matul il-konsultazzjoni tal-medjatur iċċertifikat, il-parteċipanti ta’ każ jiġu infurmati dwar is-sustanza, il-proċedura u l-kundizzjonijiet tal-proċess ta’ medjazzjoni, u ssir valutazzjoni tal-possibbiltà li tissolva t-tilwima speċifika permezz tal-medjazzjoni.

2. Proġett — Il-medjazzjoni bla ħlas f’tilwim familjari

Mill-1 ta’ Jannar 2017, individwi jistgħu jirċievu appoġġ mill-Istat fi programm baġitarju tal-istat — l-opportunità li jattendu ħames sessjonijiet b’medjatur iċċertifikat biex isolvu nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri li jaffettwaw l-interessi tat-tfal u jsibu modi biex itejbu r-relazzjonijiet bejn il-membri tal-familja. Fil-qafas tal-proġett, l-appoġġ mill-Istat jipprevedi l-ewwel ħames sessjonijiet ta’ medjazzjoni (60 minuta kull wieħed) ġestiti minn medjatur iċċertifikat, li huma b’xejn għall-partijiet. Jekk it-tilwima ma tiġix solvuta fi żmien ħames sessjonijiet, l-ispiża ta’ aktar servizzi għandha tkun koperta mill-partijiet. Medjatur iċċertifikat jew il-Kunsill tal-Medjaturi Ċertifikati għandu jiġi kkonsultat biex tiġi vvalutata l-eliġibbiltà ta’ persuna. L-informazzjoni dwar il-proġett issir disponibbli għall-persuni kkonċernati mill-qrati, u tiġi trasferita lill-muniċipalitajiet, is-servizzi soċjali, il-qrati tal-familja, eċċ.

Il-proġett huwa maħsub biex jipprovdi assistenza għal 300 koppja, li jippermettu lill-ġenituri bit-tfal isolvu kemm it-tilwim familjari kif ukoll in-nuqqas ta’ qbil li qed jiġu eżaminati fil-qorti, kif ukoll dawk li għadhom ma ġewx aċċettati l-qorti. B’mod partikolari, il-proġett ifittex li jappoġġa ż-żwiġijiet, jew għall-inqas jirrisolvi n-nuqqas ta’ qbil b’tali mod li jippermetti ż-żamma tar-rispett bejn il-ġenituri tal-minuri, u jiżgura li tinżamm il-kapaċità li sussegwentement jikkomunikaw ma’ xulxin sabiex jaqblu b’mod konġunt fuq kwistjonijiet varji relatati mal-kura ta’ kuljum tat-tfal, it-trobbija u l-edukazzjoni.

Il-lista ta’ medjaturi ċċertifikati involuti fil-proġett hija disponibbli f’: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://sertificetimediatori.lv/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/06/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Lussemburgu

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.


Regolament

Il-medjazzjoni tal-familja hija rregolata mil-liġi tal-24 ta’ Frar 2012 dwar medjazzjoni ċivili u kummerċjali u r-Regolament tal-Gran Dukat tal-25 ta’ Ġunju 2012 li jistabbilixxi proċedura ta’ approvazzjoni ta’ medjatur legali u tal-familja, il-programm ta’ taħriġ speċifiku fil-medjazzjoni u l-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas. (Mém A n° 37 tal-05.03.2012, ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://legilux.public.lu/eli/etat/leg/loi/2012/02/24/n1/jo).

L-Artikolu 1251–1, il-paragrafu (2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-kwistjonijiet li fihom jistgħu jiġu proposti “medjazzjoni tal-familja” lill-partijiet mill-imħallef. Dawn huma:

- id-divorzju, is-separazzjoni personali, is-separazzjoni għal koppji li jkunu marbuta permezz ta’ sħubija rreġistrata bl-inklużjoni tal-likwidazzjoni, il-qsim tal-komunjoni tal-akkwisti u s-sjieda konġunta;

- l-obbligi ta’ manteniment, kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-familja, il-manteniment tat-tfal u l-eżerċizzju tas-setgħat tal-ġenituri.

Proċedura

Il-partijiet jistgħu jirrikorru għal medjazzjoni bi ftehim jew għal medjazzjoni ġudizzjarja tal-familji. L-ewwel tista’ tinbeda minn kull waħda mill-partijiet u independentement mis-suġġett, soġġett għall-applikazzjoni tal-Artikolu 1251–22(2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, u mingħajr ebda proċedura ġudizzjarja jew arbitrali. L-arranġamenti għall-proċess ta’ medjazzjoni huma stipulati fi ftehim bil-miktub iffirmat bejn il-partijiet u l-medjatur. Il-medjazzjoni bi ftehim tawtorizza lill-partijiet biex jirrikorru jew għal medjatur approvat mill-Ministru tal-Ġustizzja jew medjatur li għadu ma ġiex approvat.

Meta l-imħallef jingħata kawża f’waħda mill-materji msemmija fl-Artikolu 1251–1(2) tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili, jista’ jipproponi lill-partijiet miżura ta’ medjazzjoni familjari. Jordna laqgħa ta’ informazzjoni mingħajr ħlas li ssir minn medjatur approvat jew medjatur li jkun eżentat mir-rekwiżit għal approvazzjoni fil-Lussemburgu bil-kundizzjoni li jissodisfa l-ħtiġijiet ekwivalenti jew essenzjalment komparabbli fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikolu 1251-3 (1)3 tal-Kodiċi l-Ġdid tal-Proċedura Ċivili. Laqgħat sussegwenti jiswew EUR 57 (ammont stabbilit permezz ta’ regolament tal-Gran Dukat). L-imħallef jiffissa t-tul tal-medjazzjoni, li ma tistax taqbeż it-tliet xhur. Madankollu, tista’ tiġi estiża permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet. Il-persuni fiżiċi b’riżorsi insuffiċjenti jistgħu jiksbu assistenza finanzjarja għal kwalunkwe proċess ta’ medjazzjoni familjari ġudizzjarja.

Huwa importanti li wieħed jinnota li l-ftehimiet li jirriżultaw mill-medjazzjoni huma validi fil-liġi bħala deċiżjonijiet tal-qorti. Dawn il-ftehimiet ta’ medjazzjoni, jekk milħuqa barra mill-pajjiż jew fil-livell nazzjonali, jistgħu jiġu implementati fi ħdan l-Unjoni Ewropea skont id-Direttiva 2008/52/KE msemmija hawn fuq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali. L-approvazzjoni tal-ftehim kollu jew parti minnu mill-imħallef presjedenti ta’ qorti distrettwali jagħti lill-ftehim is-saħħa ta' titolu eżekuttiv. Fir-rigward tal-medjazzjoni tal-familja, l-imħallef jivverifika jekk il-ftehim jikkonformax mal-ordni pubbliku, li ma jmurx kontra l-interessi tat-tfal, jekk ikunx adatt għal riżoluzzjoni permezz ta’ medjazzjoni u jekk il-medjatur ġiex approvat għal dan l-għan mill-Ministru tal-Ġustizzja.

Għal-lista ta’ medjaturi approvati:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/professions/mediation_en_matiere_civile_commerciale/Liste_des_mediateurs_agrees.pdf

Għal informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni ċivili u kummerċjali:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mj.public.lu/professions/mediation_en_matiere_civile_commerciale/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Ungerija


Jekk jogħġbok żur il-paġna Il-medjazzjoni fl-Istati Membri, billi fiha wieħed isib informazzjoni dwar il-medjazzjoni disponibbli fi kwistjonijiet familjali.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2017

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Malta


Il-liġi li tirregola l-medjazzjoni

Il-liġi applikabbli f'Malta hija l-Kapitolu 474, jiġifieri l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Medjazzjoni.

X'inhi l-medjazzjoni?

Meta l-membri ta' koppja jkollhom tilwima bejniethom rigward kwistjonijiet tal-familja, jistgħu jitolbu għall-għajnuna mingħand medjatur biex dan jgħinhom jaslu għal ftehim bi qbil mingħajr ma jirrikorru għal proċedimenti formali fil-Qorti. Skont il-liġi Maltija, il-medjazzjoni hija pass obbligatorju li l-koppja trid tgħaddi minnu qabel ma tiftaħ proċedimenti għal separazzjoni fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja).

Min hu l-medjatur u x'inhu r-rwol tiegħu?

Il-medjatur qiegħed hemm biex jgħin lill-partijiet jaslu għal ftehim bi qbil. Huwa jkun persuna imparzjali u indipendenti maħtura mill-Qorti. F'xi każijiet, il-partijiet jagħżlu l-medjatur huma stess u jħallsu ammont għalih. Il-medjaturi kollha jkollhom il-kwalifiki professjonali biex jagħmlu dan ix-xogħol. Ħafna minnhom ikunu wkoll terapisti tal-familja, assistenti soċjali jew avukati.

Medjatur qatt ma jista' jixhed fil-Qorti dwar dak li jkun intqal fil-proċedimenti ta' medjazzjoni jekk il-partijiet jipproċedu b'kawża l-Qorti.

Min jista' japplika għall-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni tista' tintuża fil-każijiet li ġejjin:

  • għal separazzjoni jew divorzju (iżda għal divorzju, il-konjuġi jridu jkunu ilhom jgħixu separati għal erba' snin jew iktar);
  • għal manteniment mill-konjuġi l-ieħor;
  • għar-regolazzjoni ta' kwistjonijiet li jirrigwardaw tfal imwielda barra ż-żwieġ, pereżempju l-kura u l-kustodja, id-drittijiet għall-aċċess tal-ulied u l-manteniment;
  • biex jinbidel il-kuntratt ta' separazzjoni jew divorzju;
  • biex jinbidel il-kuntratt li jirregola l-kura u l-kustodja tat-tfal, id-drittijiet għall-aċċess jew il-manteniment.

Ma hemmx għalfejn li tkun miżżewweġ biex tapplika għall-medjazzjoni.

Kif jibdew il-proċedimenti tal-medjazzjoni u fiex jikkonsistu?

Biex tkun tista' tirrikorri għall-medjazzjoni, il-parti interessata trid tippreżenta ittra, indirizzata lir-Reġistratur tal-Qorti, fejn titolbu biex tiftaħ proċedimenti ta' medjazzjoni. L-ittra jridu ikun fiha isem iż-żewġ partijiet u l-indirizzi tagħhom u tal-inqas in-numru tal-karta tal-identità tal-persuna li qed tippreżenta din l-ittra. L-ittra ma hemmx għalfejn ikollha l-firma ta' avukat biex tkun valida. Din l-ittra tiġi ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja u dan il-proċess ikun kompletament bla ħlas.

Il-medjazzjoni tista' tinbeda wkoll b'nota. Madankollu, din il-proċedura tintuża meta ż-żewġ partijiet involuti ikunu diġà qed jaqblu fuq ħafna mill-kwistjonijiet legali. In-nota jkun fiha l-istess dettalji tal-ittra, bid-differenza li l-partijiet jippreżentaw ukoll kuntratt abbozzat mill-avukati tagħhom jew minn nutar komuni. In-nota trid tkun iffirmata miż-żewġ partijiet flimkien man-nutar tagħhom, jew mill-avukati tat-tnejn li huma u n-nutar tagħhom.

Ladarba tiġi ppreżentata ittra jew nota, jinħatar medjatur minn lista stabbilita mill-qorti. Il-medjatur jista' jintgħażel ukoll privatament mill-partijiet stess bi qbil reċiproku. Il-medjatur jibgħat għall-partijiet bil-posta b'data speċifika għalihom biex jidhru l-Qorti. Is-sessjonijiet isiru f'kamra privata mal-medjatur biss u jekk il-partijiet ikunu jixtiequ, ikun hemm l-avukati tal-partijiet ukoll. Il-medjazzjoni tista' ssir mingħajr il-preżenza ta' avukat ukoll.

Il-medjatur jesplora mal-partijiet il-possibbiltà li jkun hemm rikonċiljazzjoni. Jekk il-medjatur iħoss li jkun hemm it-tama li ż-żwieġ jew ir-relazzjoni tal-koppja tiġi salvata, jista' jibgħathom għal konsulenza u jissospendi l-medjazzjoni. Jekk il-partijiet iħossu li ż-żwieġ jew ir-relazzjoni tagħhom ma tistax tiġi salvata, il-medjatur imbagħad jipprova jgħin lill-partijiet jaslu għal ftehim dwar uliedhom u dwar il-beni tagħhom.

Jekk il-partijiet jirnexxilhom jaslu għal ftehim, il-medjatur jabbozza kuntratt u jaqrah lill-partijiet, u jekk il-partijiet ikunu ssodisfati bil-kontenut tal-kuntratt, il-medjatur, imbagħad, jippreżenta l-kuntratt formalment fir-Reġistru biex jarah l-Imħallef. Jekk l-Imħallef japprova l-kuntratt, il-partijiet, imbagħad, ikunu jistgħu jmorru għand nutar, li min-naħa tiegħu jippubblika l-kuntratt u jagħmlu uffiċjali.

Jekk il-partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu, il-medjazzjoni tagħlaq u l-partijiet jingħataw l-awtorizzazzjoni li jipproċedu bil-kawża l-Qorti. Il-partijiet iridu jiftħu l-proċedimenti fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) fi żmien xahrejn minn meta tagħlaq il-medjazzjoni. F'każ li jonqsu milli jagħmlu dan fil-ħin stipulat, il-koppja jkollha, għal darba oħra, tibda l-proċedimenti permezz tal-medjazzjoni.

X'jiġri f'każ li waħda mill-partijiet tkun tgħix barra?

Tilwima transfruntiera għandha tkun waħda li fiha għall-inqas waħda mill-partijiet tkun domiċiljata jew residenti abitwali f’Malta u l-parti l-oħra tkun domiċiljata jew residenti abitwali fi Stat Membru ieħor, fid-data li fiha:

  • il-partijiet jaqblu li jużaw il-medjazzjoni wara li tirriżulta t-tilwima;
  • il-medjazzjoni tiġi ordnata mill-qorti;
  • jirriżulta obbligu biex tintuża l-medjazzjoni taħt il-liġi nazzjonali; jew
  • f'każijiet fejn jinħareġ digriet jew ordni mill-qorti, mid-data ta' dak id-digriet jew ordni.

F'dak il-każ, il-persuna li tkun domiċiljata jew residenti barra għandha jew tivvjaġġa lejn Malta jew tagħti prokura lill-avukat tagħha f'Malta biex jirrappreżentaha u mbagħad tivvjaġġa lejn Malta biss biex tiffirma l-kuntratt ta' separazzjoni. Mill-banda l-oħra, jekk il-persuna li tkun domiċiljata jew residenti Malta ma tkunx taf fejn jinsab is-sieħeb tagħha (pereżempju telaq minn Malta jew abbundanaha), trid tippreżenta ittra ta' medjazzjoni fejn tiddikjara dan il-fatt taħt ġurament, u l-ittra tingħalaq minnufih u tinfetaħ kawża l-qorti minn dik il-persuna kontra kuraturi għall-parti nieqsa, li jkunu maħtura mill-qorti.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 11/01/2018

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Olanda


Il-medjazzjoni hija dejjem permessa u tapplika speċjalment fid-dritt ċivili u fid-dritt pubbliku. Il-medjazzjoni sseħħ fuq bażi volontarja. Fin-Netherlands, qed titħejja leġiżlazzjoni li tinkludi miżuri li jippromwovu l-kwalità.

Fin-Netherlands, hemm bosta reġistri ta' medjaturi. L-MfN hija l-federazzjoni tal-akbar assoċjazzjonijiet ta' medjaturi u żżomm reġistru estensiv ta' medjaturi. Ir-reġistru tal-MfN jaċċetta biss medjaturi bi kriterji ta' kwalità meqjusa bir-reqqa. Pereżempju, hemm kodiċi ta’ kondotta għall-medjaturi. Is-sit tal-MfN fih ukoll informazzjoni indipendenti dwar il-medjazzjoni u l-medjatur fin-Netherlands.

Reġistru ieħor huwa r-reġistru internazzjonali tal-ADR. Is-sit web ta’ dan ir-reġistru jippermetti li jinstabu l-medjaturi u tinkludi informazzjoni dwar suġġetti relatati mal-medjazzjoni.

Fin-Netherlands, hemm ukoll l-Inizjattiva tal-Medjazzjoni fl-ordinament ġuridiku. Dan ifisser li l-qorti distrettwali jew il-qorti tal-appell meta jkun hemm proċedimenti għaddejjin, tinforma lill-partijiet involuti bil-possibbiltà li jagħżlu l-medjazzjoni. Il-qorti tal-appell tista' wkoll tibgħat lill-partijiet għal konsultazzjoni tal-ġenituri fejn, permezz tal-medjazzjoni, tkun tista' tinstab soluzzjoni għall-problema.

Awtoritajiet oħra li joffru wkoll informazzjoni dwar il-medjazzjoni huma l-Juridisch Loket (l-uffiċċju għall-informazzjoni u l-għajnuna legali) u r-Raad voor de Rechtsbijstand (il-Kunsill għall-Għajnuna Legali).

F'ċerti ċirkostanzi, l-ispejjeż tal-medjazzjoni jkunu jistgħu jiġu rifonduti kompletament jew parti minnhom.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nmi-mediation.nl/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.adr-register.com/nl

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/hoe-werkt-het-recht/mediation-naast-rechtspraak

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.juridisch.nl/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtsbijstand.nl/


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/10/2018

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Awstrija


Fil-kawżi tal-liġi tal-familja Awstrijaċi, il-qorti tagħmel mill-aħjar li tista' biex tinstab soluzzjoni amikevoli. Biex dan isir, tista' tordna sessjoni ta' informazzjoni inizjali dwar il-medjazzjoni jew tirrakkomanda l-medjazzjoni (l-Artikolu 107(3), Nru 2 tal-Att dwar il-Proċedimenti Mhux Kontenzjużi, Außerstreitgesetz). Għalkemm timijiet ta' medjaturi binazzjonali jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-medjazzjoni tal-familja fl-Awstrija, huma jridu jiġu kkostitwiti fuq bażi ad hoc permezz tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium für Justiz), bħala l-awtorità ċentrali, u l-assoċjazzjonijiet ta' medjazzjoni privata.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 03/09/2018

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Polonja


Il-proċedimenti tal-medjazzjoni f'kawżi tal-familja, tad-divorzju u tas-separazzjoni

Il-medjazzjoni hija forma ta' soluzzjoni għat-tilwim volontarja u kunfidenzjali fejn il-partijiet f'kunflitt jew tilwima jippruvaw jaslu għal ftehim bejniethom bl-għajnuna ta' medjatur newtrali u imparzjali. Il-kwistjonijiet li jiġu diskussi waqt il-medjazzjoni jagħżluhom il-parteċipanti. Il-kwistjonijiet li jrid jinstab qbil dwarhom jistgħu jkunu relatati: mar-rikonċiljazzjoni tal-miżżewġin, l-istipular tal-kundizzjonijiet għas-separazzjoni, il-forom ta' awtorità tal-ġenituri, id-dritt ta' aċċess, l-issodisfar tal-bżonnijiet familjari, il-manteniment inkluż tat-tfal, kif ukoll kwistjonijiet dwar proprjetà u abitazzjoni. Soluzzjoni ta' medjazzjoni tista' tistipula wkoll il-ħruġ ta' passaport, l-għażla tal-edukazzjoni tat-tfal, il-kuntatt ma' membri oħra tal-familja u/jew il-ġestjoni tal-proprjetà tat-tfal.

Il-benefiċċji tal-medjazzjoni

• Il-medjazzjoni tgħin biex jitnaqqas il-livell ta' emozzjonijiet negattivi u biex il-partijiet jifhmu l-bżonnijiet tagħhom stess u ta' xulxin, u b'hekk jonqos il-piż psikoloġiku marbut mal-kunflitt.

Kif tiġi riferuta kwistjoni għall-medjazzjoni?

• Il-medjazzjoni tista' ssir qabel ma l-kwistjoni tittella' l-qorti jew wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti, fuq il-bażi ta' deċiżjoni tal-qorti.

• Fi kwalunkwe każ, il-medjazzjoni hija suġġetta għall-kunsens tal-partijiet.

• Kull parti tista' titlob il-medjazzjoni fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti ġudizzjarji.

Min jiddeċiedi dwar l-għażla tal-medjatur?

• Il-medjatur jintgħażel mill-partijiet flimkien jew jitqabbad mill-qorti, wara li jiġu kkunsidrati l-ewwel l-individwi mil-lista tal-medjaturi permanenti.

Kemm tista' ddum il-medjazzjoni?

• Il-proċedimenti ta' medjazzjoni li jkunu ġew istitwiti wara deċiżjoni tal-qorti ma għandhomx idumu aktar minn tliet xhur, imma jistgħu jkunu estiżi wara talba konġunta jew minħabba kwalunkwe raġuni valida oħra jekk tkun tiffaċilita s-soluzzjoni.

Il-proċess ta' medjazzjoni

• Wara li jirċievi deċiżjoni mill-qorti, il-medjatur jikkuntattja lill-partijiet biex jiffissaw data u post biex jiltaqgħu.

• Il-medjatur jispjega r-regoli u l-andament tal-proċedimenti tal-medjazzjoni u jistaqsi lill-partijiet jaqblux mal-medjazzjoni.

• Il-medjazzjoni hija diskussjoni bejn il-partijiet fil-preżenza ta' medjatur. Jistgħu jsiru wkoll laqgħat ras imb ras bejn il-medjatur u kwalunkwe waħda mill-partijiet.

• Il-partijiet jistgħu jiddeċiedu li ma jiħdux sehem fil-medjazzjoni.

• Il-medjazzjoni hija kunfidenzjali. Il-medjatur ma jridx jiżvela dettalji tal-medjazzjoni lil partijiet terzi. Il-minuti tal-medjazzjoni ma jkun fihom l-ebda sentenza jew pożizzjoni tal-partijiet.

• Medjatur ma jistax jixhed dwar il-fatti li jsir jaf bihom minħabba li jkun mexxa l-medjazzjoni, sakemm il-partijiet ma jirrilaxxawhx mill-obbligu ta' segretezza.

X'inhuma l-eżiti possibbli tal-medjazzjoni?

• Il-medjazzjoni tista' tirriżulta f'soluzzjoni aċċettabbli għal kulħadd iffirmata mill-partijiet.

• F'kawżi ta' divorzju jew separazzjoni, il-medjazzjoni tista' tirriżulta fir-rikonċiljazzjoni tal-miżżewġin u/jew fi ftehim bejniethom, jew fl-iżvilupp ta' pożizzjonijiet legali komuni. Dawn jipprovdu bażi għar-riżoluzzjoni tal-kawża mill-qorti.

• Il-medjatur jipprovdi kopja tal-minuti lill-partijiet.

• Il-medjatur jibgħat il-minuti u l-ftehim milħuq lill-qorti.

• Ftehim bil-medjazzjoni approvat mill-qorti għandu l-validità legali ta' soluzzjoni bil-qorti u jtemm il-proċedimenti.

• Il-qorti tirrifjuta li tapprova l-ftehim jekk ikun kontra l-liġi jew kontra l-prinċipji tal-ħajja komunitarja, ikun maħsub biex idur mal-liġi jew ikun fih konfużjonijiet jew kontradizzjonijiet.

• Jekk ftehim li jkun ġie ddikjarat eżekutorju ma jkunx ġie effettivament eżegwit, ikun jista' jiġi riferut lil uffiċjal eżekuttiv maħtur mill-qorti.

• Jekk ma tinstabx soluzzjoni, il-partijiet jistgħu jippruvaw jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom bi proċedimenti ġudizzjarji.

X'inhuma l-ispejjeż tal-medjazzjoni?

  • L-ispejjeż tal-medjazzjoni jitħallsu mill-partijiet. Kull parti normalment tħallas nofs l-ispejjeż, sakemm il-partijiet ma jaqblux mod ieħor.
  • Parti tista' titlob eżenzjoni mill-ispejjeż tal-medjazzjoni.
  • Irrispettivament mill-eżitu tal-kawża, il-qorti tista' tordna li parti tirrimborża l-ispejjeż li jirriżultaw minn rifjut manifestament irraġonevoli għall-użu tal-medjazzjoni.
  • Jekk tinstab soluzzjoni qabel il-bidu tas-seduti tal-qorti, 100 % tat-tariffa tal-qorti titħallas lura lill-parti.
  • Jekk tinstab soluzzjoni quddiem il-medjatur fi stadju iktar avvanzat tal-proċedimenti (wara l-bidu tas-seduti tal-qorti), 75 % tat-tariffa tal-qorti titħallas lura.
  • F'kawża ta' divorzju jew separazzjoni, jekk il-partijiet jirrikonċiljaw quddiem il-qorti tal-ewwel istanza u jirtiraw il-kawża, 100 % tat-tariffa tal-qorti mħallsa meta nfetħet il-kawża l-qorti titħallas lura. Jekk il-partijiet jirrikonċiljaw qabel il-konklużjoni tal-proċedimenti quddiem il-qorti tat-tieni istanza, 50 % tat-tariffa mħallsa għall-appell titħallas lura.
  • F'każ ta' medjazzjoni ekstraġudizzjarja, ir-rimunerazzjoni tal-medjatur tiġi ffissata miċ-ċentru tal-medjazzjoni jew il-partijiet jiftiehmu dwarha mal-medjatur qabel il-bidu tal-medjazzjoni.

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/05/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Portugall


IL-MEDJAZZJONI FI KWISTJONIJIET TAL-FAMILJA FIL-PORTUGALL


Il-prinċipju ta' parteċipazzjoni volontarja u l-approvazzjoni tal-ftehim

Fil-Portugall il-medjazzjoni ssir fuq bażi volontarja. Il-partijiet fi kwistjoni tal-familja dwar it-tfal jew il-konjuġi jistgħu jużaw medjazzjoni tal-familja pubblika jew privata bi ftehim bejniethom. Il-qorti wkoll tista' tibgħathom għall-medjazzjoni, iżda ma tistax timponiha mingħajr il-kunsens tagħhom. Il-medjazzjoni tal-familja tista' sseħħ qabel isir rikors quddiem il-qorti jew l-Uffiċċju tar-Reġistru Ċivili (Conservatória do Registo Civil), jew waqt li l-kawża tkun pendenti. F'kull każ, il-ftehim rigward materji familjali jrid jiġi approvat biex ikun eżegwibbli. Ir-rappreżentanti tal-partijiet (jekk ikun hemm) wkoll jistgħu jattendu s-sessjonijiet ta' medjazzjoni - u fil-prattika xi kultant hekk iseħħ. Il-Liġi Nru 29/2013 tad-19/4 tiddeskrivi l-prinċipji ġenerali applikabbli għall-medjazzjoni.

Il-medjazzjoni fil-qorti

Jekk il-partijiet jużaw il-medjazzjoni tal-familja qabel jiftħu l-kawża u jilħqu ftehim, huma għandhom jitolbu lill-Uffiċċju tar-Reġistru Ċivili tal-għażla tagħhom biex japprova l-ftehim. Dawn il-ftehimiet ikopru kwistjonijiet marbuta mal-konjuġi (pereżempju divorzju, ħlas ta' manteniment bejn il-konjuġi, id-dar matrimonjali, l-użu tal-kunjom tal-ekskonjuġi) u kif ukoll rigward it-tfal (pereżempju ftehim rigward is-setgħa tal-ġenitur marbut ma' ftehim ta' divorzju jew ftehim għal ħlas tal-manteniment ta' tfal adulti). Qabel l-approvazzjoni mill-uffiċċju tar-reġistru, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Ministério Público) jagħti l-opinjoni tiegħu dwar il-ftehim, sa fejn ikollu x'jaqsam mar-responsabbiltà tal-ġenituri.

Jekk il-medjazzjoni sseħħ qabel ma tinfetaħ kawża l-qorti u jekk l-għan waħdieni tagħha jkun li jintlaħaq qbil dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri fuq it-tfal (mingħajr ftehim ta' divorzju jew separazzjoni legali mehmuż), il-partijiet iridu jitolbu lill-qorti kompetenti biex tapprova l-ftehim.

Jekk il-medjazzjoni tal-familja ssir waqt li l-kawża tkun għadha pendenti, hija tkompli kif ġej:

  • F'kawżi dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri (pereżempju kustodja, aċċess għat-tfal, manteniment tat-tfal) ikun hemm stadju ta' medjazzjoni u smigħ speċjalizzat minn esperti. Wara li l-partijiet jkunu ġew imsejħa għal laqgħa minn imħallef, u jekk ma jkunux laħqu ftehim, l-imħallef jiddifferixxi l-laqgħat għal perjodu ta' bejn xahrejn jew tlieta u jirreferi lill-partijiet lejn wieħed mill-mekkaniżmi alternattivi li ġejjin: il-medjazzjoni, sakemm il-partijiet ikunu taw il-kunsens tagħhom jew talbu għall-medjazzjoni; jew seduta speċjalizzata mal-esperti, li ssir mis-servizzi ta' appoġġ tekniku tal-qorti. Hekk kif jiskadi l-perjodu ta' differiment, jerġgħu jibdew il-laqgħat, u jekk jintlaħaq ftehim permezz ta' wieħed mill-metodi msemmija aktar 'il fuq, l-imħallef jara u japprova l-ftehim. Jekk ma jkunx hemm ftehim, il-każ ikompli bil-fażi kontenzjuża.
  • Bħala regola ġenerali, fil-kawżi ċivili, inkluż dawk dwar il-konjuġi (pereżempju divorzju u separazzjoni legali, ħlas ta' manteniment bejn il-konjuġi u ekskonjuġi, l-assenjazzjoni tad-dar matrimonjali, meta ma jkunx hemm ftehim minn qabel), l-Artikolu 273 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil) jippermetti lill-qorti tissospendi l-proċedimenti u tirreferi l-każ għall-medjazzjoni, sakemm waħda mill-partijiet ma topponix il-medjazzjoni.
  • Skont l-Artikolu 272(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili, il-partijiet jistgħu wkoll jitolbu s-sospensjoni tal-proċedimenti bi ftehim reċiproku għal perjodu ta' tliet xhur u jmorru għall-medjazzjoni fuq inizjattiva tagħhom stess.

Jekk jintlaħaq ftehim bil-medjazzjoni waqt li jkunu għadhom pendenti l-proċedimenti fil-każijiet msemmija hawn fuq, il-partijiet iridu jitolbu l-qorti biex tapprovah.

Kawżi dwar kwistjonijiet tal-familja li jaqgħu taħt il-kompetenza tar-reġistratur pubbliku jridu jitressqu bil-kunsens minn qabel tal-partijiet, għaliex inkella jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qrati. Għal dik ir-raġuni, ir-rikors għall-medjazzjoni fuq inizjattiva tal-partijiet jista' jkun utli qabel ma jibdew il-proċedimenti. Wara li jingħata bidu għall-proċedimenti fl-uffiċċju tar-reġistru ċivili, l-Artikolu 14(3) tad-Digriet Liġi Nru 272/2001 tat-13/1 jgħid illi r-reġistratur għandu jinforma lill-konjuġi li jridu divorzju bis-servizzi ta' medjazzjoni. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-partijiet, sakemm il-proċedimenti ta' divorzju bil-kunsens reċiproku jkunu pendenti quddiem l-uffiċċju tar-reġistru ċivili, jużaw il-medjazzjoni biex jirrikonċiljaw bejniethom jew biex jirrevedu l-ftehim dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, mehmuż mal-ftehim ta' divorzju, fejn ikun hemm mozzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku f'dan ir-rigward.

L-għażla ta' medjatur pubbliku jew privat, it-tul u l-ispiża tal-medjazzjoni

Bħala regola ġenerali, il-medjazzjoni tal-familja tieħu massimu ta' tliet xhur, skont il-prinċipju fl-Artikolu 272(4) tal-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili. Dan il-perjodu jista' jinqabeż biss f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati.

Jekk il-partijiet jużaw il-medjazzjoni privata, iridu jħallsu t-tariffi tal-medjatur. Dan l-ammont, ir-regoli u l-iskeda tal-medjazzjoni jiġu stabbiliti fil-protokoll tal-medjazzjoni iffirmat mill-partijiet u mill-medjatur fil-bidu tal-medjazzjoni. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jżomm lista tal-medjaturi pubbliċi u privati illi tista' tiġi kkonsultata mill-partijiet sabiex jagħżlu medjatur privat: http://www.dgpj.mj.pt/sections/gral/mediacao-publica.

Sabiex imorru għal medjazzjoni pubblika, il-partijiet iridu jikkuntattjaw lill-Uffiċċju ta' Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim (Gabinete de Resolução Alternativa de Conflitos) tad-Direttorat-Ġenerali għall-Politika u l-Ġustizzja u jitolbu sessjoni ta' qabel il-medjazzjoni. Din is-sessjoni tista' tiġi riservata b'telefonata, b'ittra elettronika jew b'formola onlajn. Fis-sessjoni pubbliku ta' qabel il-medjazzjoni, il-protokoll tal-medjazzjoni jiġi ffirmat mill-partijiet u mill-medjatur. Jiġi stabbilit ammont ta' żmien, jiġu skedati s-sessjoniiet u jiġu spjegati r-regoli proċedurali.

L-ispiża ta' sessjoni ta' medjazzjoni tal-familja tiswa EUR 50 għal kull waħda mill-partijiet, irrispettivament min-numru ta' sessjonijiet ippjanati. Din it-tariffa ta' EUR 50 titħallas mill-partijiet kollha kif tkun se tibda l-medjazzjoni pubblika. It-tariffi tal-medjaturi li jaħdmu fis-sistema pubblika ma jitħallsux mill-partijiet. Jitħallsu mid-Direttorat-Ġenerali għall-Politika u l-Ġustizzja, skont skeda legali.

Is-sessjonijiet ta' medjazzjoni pubblika jistgħu jsiru fil-bini tad-Direttorat-Ġenerali għall-Politika u l-Ġustizzja, jew fil-bini disponibbli tal-muniċipalità fejn jgħixu l-partijiet.

Fil-medjazzjoni pubblika, il-partijiet jistgħu jagħżlu medjatur minn lista ta' medjaturi pubbliċi magħżula. Jekk ma ssirx għażla, l-Uffiċċju ta' Riżoluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim tad-Direttorat Ġenerali għall-Politika u l-Ġustizzja jagħżel medjatur mil-lista ta' medjaturi pubbliċi b'mod sekwenzjali u skont kemm ikun viċin iż-żona fejn jgħixu l-partijiet. Bħala regola, din il-ħatra ssir elettronikament.

Jekk il-partijiet għandhom dritt għall-għajnuna legali, din tista' tkopri l-ispejjeż tal-medjazzjoni.

Il-medjazzjoni transfruntiera u l-komedjazzjoni

F'każ ta' tilwim transfruntier, fejn mhux possibbli jsiru sessjonijiet wiċċ imb wiċċ, jistgħu jintużaw sistemi ta' vidjokonferenza għal medjazzjoni aktar faċli.

Fil-Portugall, il-medjaturi mill-Istati Membri l-oħra mhux biss jistgħu jirreġistraw biex jiġu inklużi fil-lista ta' medjaturi tal-familja kkumpilata mill-Ministeru tal-Ġustizzja (li tinkludi medjaturi pubbliċi u privati), iżda jistgħu jiġu magħżula wkoll għal-lista ta' medjaturi tal-familja pubbliċi (permezz ta' sejħa għall-offerti). Fiż-żewġ każijiet, dan isir skont l-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-medjaturi nazzjonali.

Fil-Portugall, hija permessa l-komedjazzjoni, kemm fis-sistema pubbliku u kemm fis-sistema privata ta' medjazzjoni. Il-komedjazzjoni sseħħ bl-għażla tal-partijiet, jew fuq suġġeriment tal-medjatur, jekk huwa jaħseb li dan ikun l-aħjar approċċ għall-każ.

Ħoloq utli

Ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.dgpj.mj.pt/sections/gral/mediacao-publica: għall-ħolqa għal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-medjazzjoni; għall-ħolqa li tagħti aċċess għal-lista ta' medjaturi tal-familja pubbliċi u privati; għall-ħolqa li tagħti aċċess għal informazzjoni dwar il-medjazzjoni tal-familja u l-medjazzjoni b'mod ġenerali.

It-talbiet għal medjazzjoni pubblika jistgħu jsiru billi ċċempel + 351 808 26 2000, b'ittra elettronika lil Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasmf@gral.mj.pt, jew permezz tal-formola onlajn li tinsab hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://smf.mj.pt/.

 

Nota finali

L-informazzjoni f'din l-iskeda informattiva hija ta' natura ġenerali u mhix eżawrjenti; hija ma torbotx lill-punt ta' kuntatt, lin-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali, lill-qrati jew lil xi persuni oħra. Wieħed għandu xorta jivverifika t-testi legali applikabbli fis-seħħ.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/01/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Rumanija


Il-Liġi Nru 192/2006 tirregola l-medjazzjoni u l-organizzazzjoni tal-professjoni tal-medjatur u tinkludi d-dispożizzjonijiet ġenerali, id-dispożizzjonijiet dwar il-professjoni tal-medjatur (ċertifikazzjoni bħala medjatur, sospensjoni jew tneħħija mis-servizz, il-Kunsill tal-Medjazzjoni, organizzazzjoni u prattika tal-professjoni ta' medjatur, id-drittijiet u l-obbligi tal-medjatur, ir-responsabbiltà tal-medjatur), il-proċedura ta' medjazzjoni (il-proċedura qabel il-konklużjoni tal-ftehim tal-medjazzjoni, il-ftehim tal-medjazzjoni, il-proċess tal-medjazzjoni, it-tmiem tal-proċedura ta' medjazzjoni), u dispożizzjonijiet speċjali dwar it-tilwim familjari u materji kriminali.

Il-partijiet jistgħu jieħdu sehem fil-laqgħa ta' informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-medjazzjoni, inkluż, meta applikabbli, wara li jkunu nfetħu l-proċedimenti legali quddiem il-qorti kompetenti, bil-ħsieb li jiġi solvut tilwim bl-użu ta' dan il-metodu. Il-prova tal-parteċipazzjoni fil-laqgħa informattiva dwar il-vantaġġi tal-medjazzjoni hija ċ-ċertifikat informattiv maħruġ mill-medjatur li jkun ta l-informazzjoni. Il-proċedura għall-infurmar dwar il-vantaġġi tal-medjazzjoni tista' ssir mill-imħallef, il-prosekutur, il-konsulent legali, l-avukat jew in-nutar, u f'dawn il-każijiet tiġi ċċertifikata bil-miktub.

Is-suġġett tal-medjazzjoni ma jistax jinkludi drittijiet strettament personali, bħal dawk li jirrigwardaw l-istatus tal-persuna, jew kwalunkwe dritt ieħor li l-partijiet ma jistgħux jeżerċitaw skont ftehim jew kwalunkwe att ieħor.

L-attività tal-medjazzjoni titmexxa bl-istess mod għal kulħadd, irrispettivament mir-razza, il-kulur, in-nazzjonalità, l-oriġini etnika, il-lingwa, ir-reliġjon, is-sess, l-opinjoni, is-sħubija politika, il-ġid jew l-oriġini soċjali.

Il-medjazzjoni hija attività ta' interess pubbliku. Fl-eżerċizzju ta' dmirijietu, il-medjatur ma għandux is-setgħa li jieħu deċiżjoni dwar il-kontenut tal-ftehim li jrid jinstab mill-partijiet, imma jista' jiggwidahom fil-verifika tal-legalità tiegħu. Il-medjazzjoni tista' ssir bejn żewġ partijiet jew iktar. Il-partijiet għandhom id-dritt li jagħżlu l-medjatur liberament. Il-medjazzjoni tista' ssir minn medjatur wieħed jew iktar. Il-korpi ġudizzjarji u ta' arbitraġġ, u kull awtorità oħra vestita bil-funzjonijiet ġuriżdizzjonali, jinfurmaw lill-partijiet bil-possibbiltà u bil-vantaġġi tal-użu tal-proċedura ta' medjazzjoni u jħeġġuhom jużaw dan il-mezz sabiex isolvu t-tilwim tagħhom.

Il-partijiet jistgħu jitolbu lin-nutar pubbliku jawtentika l-ftehim. Id-dokument imfassal min-nutar pubbliku, li jawtentika l-ftehim miksub fil-medjazzjoni, huwa eżekutorju.

Il-partijiet fil-ftehim ta' medjazzjoni jistgħu jidhru quddiem il-qorti sabiex jitolbu deċiżjoni li tappoġġa l-ftehim tagħhom. L-awtorità kompetenti hija jew il-qorti distrettwali b'ġuriżdizzjoni fejn kwalunkwe waħda mill-partijiet ikollha d-domiċilju/il-post ta' residenza/l-uffiċċju rreġistrat tagħha jew il-qorti distrettwali b'ġuriżdizzjoni fejn ġie konkluż il-ftehim tal-medjazzjoni. Id-deċiżjoni li biha l-qorti tappoġġa il-ftehim tal-partijiet tingħata in camera u hija eżekutorja.

Dispożizzjonijiet speċjali dwar tilwim familjari. Il-medjazzjoni tista' tintuża biex ssolvi nuqqasijiet ta' qbil bejn il-miżżewġin fir-rigward tat-tkomplija taż-żwieġ, it-tqassim tal-beni matrimonjali, l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-ġenituri, it-twaqqif tad-domiċilju tat-tfal, il-kontribuzzjonijiet ta' manteniment tat-tfal mill-ġenituri, jew kwalunkwe nuqqas ta' qbil ieħor bejn il-miżżewġin rigward id-drittijiet li jistgħu jgawdu skont il-liġi. Ftehimiet ta' medjazzjoni konklużi bejn partijiet f'materji/tilwim li jinvolvu d-drittijiet tal-ġenituri, il-kontribuzzjonijiet ta' manteniment għat-tfal mill-ġenituri, jew it-twaqqif tad-domiċilju tat-tfal jieħdu s-sura ta' sentenzi kunsenswali.

Il-ftehim bejn il-miżżewġin għall-ħall taż-żwieġ u l-ftehim għal kwistjonijiet anċillari tad-divorzju jintbagħtu mill-partijiet lill-qorti kompetenti biex toħroġ deċiżjoni ta' divorzju.

Il-medjatur jiżgura li l-eżitu tal-medjazzjoni ma jmurx kontra l-aħjar interessi tal-minuri, iħeġġeġ lill-ġenituri jiffukaw l-ewwel u qabel kollox fuq il-bżonnijiet tat-tfal u jiżgura li t-teħid tar-responsabbiltà tal-ġenituri jew tas-separazzjoni jew divorzju de facto ma jkollhomx effett detrimentali fuq it-trobbija u l-iżvilupp tat-tfal.

Qabel ma jikkonkludi l-ftehim ta' medjazzjoni jew, meta applikabbli, matul il-proċedura, il-medjatur jwettaq id-diliġenza dovuta biex jara jekk kienx hemm relazzjoni abbużiva jew vjolenti bejn il-partijiet u jekk l-effetti ta' relazzjoni tali hux probabbli li jinfluwenzaw il-medjazzjoni, u jiddeċiedi jekk fiċ-ċirkostanzi tkunx xierqa soluzzjoni b'medjazzjoni. Jekk, waqt il-medjazzjoni, il-medjatur isir jaf b'fatti li jipperikolaw it-trobbija jew l-iżvilupp normali tat-tfal jew li jkunu ta' detriment konsiderevoli għall-aħjar interessi tal-minuri, huwa jrid jirrapporta l-kwistjoni lill-awtorità kompetenti.

Il-Liġi Nru 217/2003 dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha fiha dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet li għandhom dmirijiet fir-rigward tal-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha (li huwa dmirhom li jiggwidaw lill-partijiet litiganti lejn il-medjazzjoni), l-istabbilimenti għall-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha (inklużi ċentri ta' appoġġ maħsuba għall-aggressuri, li jipprovdu konsulenza u servizzi ta' medjazzjoni familjari, bil-possibbiltà li kwistjonijiet ta' vjolenza domestika jiġu suġġetti għall-medjazzjoni fuq talba tal-partijiet), l-ordni ta' protezzjoni u l-finanzjament fil-qasam tal-prevenzjoni tal-vjolenza domestika u l-ġlieda kontriha.

Waqt il-proċedimenti ċivili, l-imħallef jirrakkomanda li l-partijiet isolvu t-tilwima b'mod amikevoli bil-medjazzjoni u, matul il-proċedimenti, jipprova jirrikonċilja l-partijiet, billi jipprovdilhom l-gwida meħtieġa.

F'tilwimiet li jistgħu jkunu suġġetti għall-proċedura ta' medjazzjoni, l-imħallef jista' jsejjaħ lill-partijiet biex jattendu l-laqgħa ta' informazzjoni dwar il-vantaġġi tal-użu ta' din il-proċedura. Meta jqis li jkun hemm bżonn, skont iċ-ċirkostanzi tal-kawża, l-imħallef jirrakkomanda lill-partijiet li jużaw il-medjazzjoni biex jiżguraw is-soluzzjoni amikevoli tat-tilwima fi kwalunkwe stadju tal-proċedimenti ġudizzjarji. Il-medjazzjoni mhix obbligatorja għall-partijiet.

Jekk l-imħallef jirrakkomanda l-medjazzjoni, il-partijiet (jekk ma jkunux ippruvaw isolvu t-tilwima tagħhom bil-medjazzjoni qabel ma fetħu l-kawża) iridu jidhru quddiem il-medjatur sabiex ikunu infurmati bil-vantaġġi tal-medjazzjoni. Wara li jirċievu l-informazzjoni, il-partijiet jiddeċiedu jekk jaċċettawx li jsolvu t-tilwima tagħhom bil-medjazzjoni.

Jekk il-partijiet jirrikonċiljaw, l-imħallef jappoġġ il-ftehim tagħhom bis-sentenza tiegħu.

F'każ ta' divorzju, ir-rikors għal divorzju jista' jkun akkumpanjat minn ftehim milħuq mill-miżżewġin permezz tal-medjazzjoni dwar il-ħall taż-żwieġ u, meta applikabbli, dwar il-ftehim dwar kwistjonijiet anċillari tad-divorzju.

Il-Liġi Nru 272/2004 dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal jinkludu dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tat-tfal (id-drittijiet u l-libertajiet ċivili, ambjent u ndukrar familjari alternattivi, is-saħħa u l-benessri tat-tfal, l-edukazzjoni, u l-attivitajiet rikreattivi u kulturali), dispożizzjonijiet dwar protezzjoni speċjali għat-tfal li jkunu temporanjament jew permanentement nieqsa mill-protezzjoni mill-ġenituri tagħhom (fostering, fostering ta' emerġenza, superviżjoni speċjalizzata u monitoraġġ tal-applikazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni speċjali), dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tat-tfal (refuġjati jew fil-każ ta' kunflitt armat, tfal li jkunu wettqu reat kriminali imma li ma jitqisux bħala responsabbli skont id-dritt kriminali, kontra l-abbuż, it-traskuraġni, jew l-isfruttament, inkluż l-isfruttament ekonomiku, kontra l-abbuż tad-droga u kull forma ta' vjolenza, tfal li l-ġenituri tagħhom qegħdin barra l-pajjiż fuq xogħol, u kontra l-ħtif jew kull forma ta' traffikar), dispożizzjonijiet dwar istituzzjonijiet u servizzi bi dmirijiet fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal fil-livell ċentrali u lokali, organizzazzjonijiet privati, u finanzjament għas-sistema ta' protezzjoni tat-tfal.

Is-servizz tal-kura soċjali pubbliku għandu l-obbligu li jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex tkun żgurata l-identifikazzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' riskju li jkunu jistgħu jirriżultaw fi tfal li jiġu sseparati mill-ġenituri tagħhom u biex jiġu pprevenuti mġiba abbużiva minn ġenituri u l-vjolenza domestika. Kull każ ta' tfal li jiġu sseparati mill-ġenituri tagħhom u kull restrizzjoni tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-ġenituri jridu jkunu ppreċeduti mill-forniment sistematiku ta' servizzi u benefiċċji stipulati fil-liġi, b'enfasi partikolari fuq l-infurmar xieraq tal-ġenituri u l-konsulenza għalihom, u terapija jew medjazzjoni pprovduta taħt skema ta' servizz.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 24/01/2017

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Slovenja


Il-medjazzjoni fis-Slovenja hija regolata mill- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Medjazzjoni f'Materji Ċivili u Kummerċjali (Zakon o mediaciji v civilnih in gospodarskih zadevah - ZMCGZ; Uradni list RS (Gazzetta Uffiċjali ta' RS); UL RS Nru 56/08) li tintuża, skont l-Artikolu 2(1) tagħha, għal medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja li jikkonċernaw talbiet li dwarhom il-partijiet jistgħu jiftiehmu fuqhom liberament Barra minn hekk, l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar ir-Riżoluzzjoni Alternattiva tat-Tilwim f'Materji Ġudizzjarji (Zakon o alternativnem reševanju sodnih sporov - ZARSS; UL RS Nru 97/09 u 40/12 - ZUJF) japplika għar-relazzjonijiet familjali, u skont dak l-Att il-qorti trid tippermetti l-medjazzjoni bejn partijiet fi kwistjoni legali.

L-Artikolu 22(1) taz-ZARSS jistipula illi l-medjazzjoni fi kwistjonijiet dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal hija mingħajr ħlas għaliex it-tariffi tal-medjatur u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu huma koperti totalment mill-qorti - mhux mill-partijiet. Dan japplika wkoll f'każijiet fejn waqt il-medjazzjoni, flimkien mal-kwistjoni dwar ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal, qed tinstab ukoll soluzzjoni dwar il-propjetà tal-konjuġi.

Skont l-Artikolu 2 tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli dwar medjaturi fil-programmi tal-qorti (Pravilnik o mediatorjih v programih sodišč; UL RS Nri 22/10 u 35/13), il-qorti responsabbli għal-lista ta' medjaturi skont iz-ZARSS tiddeċiedi, skont il-bżonnijiet tal-programm, in-numru massimu ta' medjaturi li jistgħu jitniżżlu fil-lista għal żona partikolari. Għall-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja, il-qorti trid, skont in-numru ta' medjaturi fuq il-lista, tikkunsidra l-fatt illi l-medjazzjoni fi kwistjonijiet bejn ġenituri u tfal tista' ssir minn żewġ medjaturi, wieħed li jkun għadda mill-eżami tal-warrant u l-ieħor li jkollu għarfien espert u esperjenza fil-qasam tal-psikoloġija jew qasam ieħor simili.

Fil-liġijiet tagħna ma hemmx aktar regolamenti dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja. Il-Kodiċi tal-Familja l-ġdid għandu jkollu dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar il-medjazzjoni fi kwistjonijiet tal-familja.

Il-lista ta' medjaturi għall-oqsma u l-qrati individwali hija aċċessibbli mis-sit elettroniku tal-qrati individwali, kif ukoll mis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li jżomm reġistru ċentrali tal-medjaturi li jipparteċipaw fil-programmi tal-qorti taħt iz-ZARSS

Ħoloq elettroniċi relatati:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni (ma hemmx ħolqa separata għall-medjazzjoni tal-familja)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru ċentrali tal-medjaturi


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 23/03/2018

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Slovakkja


1. Informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni

Fir-Repubblika Slovakka, il-medjazzjoni fil-liġi tal-familja sseħħ biss abbażi ta' parteċipazzjoni volontarja; hija titmexxa minn medjaturi li mhumiex speċjalizzati fil-liġi tal-familja. Qorti ma għandhiex obbligu tordna jew tirrakkomanda l-medjazzjoni għar-riżoluzzjoni ta' kwistjoni. Qorti tista' biss tagħti parir lill-partijiet biex jippruvaw il-medjazzjoni biex isolvu kwistjoni.

2. Ħolqa għal lista ta' medjaturi fis-Slovakkja

Ħolqa għas-sit elettroniku Slovakk fejn hemm lista ta' medjaturi hija disponibbli hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.komoramediatorov.sk/, fejn huma mniżżla l-membri tal-Kamra tal-Medjaturi tas-Slovakkja (Slovenská komora mediátorov), kif ukoll fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.najpravo.sk/, fejn il-medjaturi huma mniżżla skont ir-reġjun jew distrett fejn jinsabu. Fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tas-Slovakkja hemm disponibbli lista ta' medjaturi li temmew taħriġ professjonali biex jaħdmu bħala medjaturi (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justice.gov.sk/.

3. Ħolqa għas-sit elettroniku dwar il-medjazzjoni fil-liġi tal-familja u l-medjazzjoni b'mod ġenerali

Informazzjoni ġenerali dwar il-medjazzjoni hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kamra Slovakka tal-Medjaturi:Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.komoramediatorov.sk/, kif ukoll hawnhekk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.najpravo.sk/.

4. Ħolqa għal-leġiżlazzjoni Slovakka

Leġiżlazzjoni nazzjonali speċjali dwar il-medjazzjoni fil-liġi tal-familja għadha ma ġietx adottata. Il-proċedimenti ta' medjazzjoni f'dan il-qasam — kif ukoll fl-oqsma l-oħra kollha fejn il-medjazzjoni hija permessa għar-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet barra mill-qorti — isiru skont l-Att Nru 420/2004 dwar il-medjazzjoni u ċerti atti ta' emenda https://eur-lex.europa.eu/n-lex/index_en.htm.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2019

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Finlandja


Il-Finlandja għandha tliet tipi ta' proċeduri għall-medjazzjoni tal-familja: 1) medjazzjoni barra mill-qorti 2) medjazzjoni bil-qorti bħala proċedura indipendenti u 3) medjazzjoni bħala parti mill-implimentazzjoni ta' deċiżjoni dwar il-kustodja jew drittjiet ta' aċċess għat-tfal.

1. Il-medjazzjoni barra mill-qorti

Skont l-Att dwar iż-Żwieġ (234/1929), il-kwistjonijiet u t-tilwim legali li jinqala' fil-familja għandu jiġi riżolt primarjament f'negozjati bejn il-membri tal-familja u konkluż bi ftehim. Jekk il-membri tal-familja jkollhom bżonn għajnuna minn persuni esterni biex isolvu l-problemi tagħhom, jistgħu ifittxu l-għajnuna mill-medjaturi tal-familja offruti mill-bords muniċipali tas-sigurtà soċjali. F'bosta każijiet, il-medjaturi tal-familja maħtura jkunu impjegati tas-servizzi ta' konsulenza tal-familja u tal-iżvilupp u servizzi soċjali oħra. Il-medjazzjoni tal-familja hija proċedura separata minn servizzi soċjali u ta' konsulenza tal-familja, bl-għan illi tinstab soluzzjoni għat-tilwim bejn il-partijiet permezz ta' diskussjoni reċiproka u negozjazzjoni. Minbarra l-muniċipalitajiet, is-servizzi ta' medjazzjoni jiġu pprovduti wkoll fiċ-ċentri ta' konsulenza tal-familja tal-Knisja kif ukoll minn organizzazzjonijiet u individwi oħra awtorizzati jipprovdu l-medjazzjoni.

Il-kompitu speċifiku tal-medjatur huwa li jissalvagwardja d-drittijiet tat-tfal f'każijiet ta' divorzju. Il-medjatur jgħin lill-ġenituri biex jirranġaw b'mod amikevoli kull kwistjoni dwar it-tfal. Dan ifisser, fost affarijiet oħra, ftehimiet dwar jekk it-tfal għandhomx jibqgħu taħt il-kustodja konġunta taż-żewġ ġenituri, ma' min se jgħixu u kif se jiltaqgħu mal-ġenitur l-ieħor, u kif il-ġenituri se jaqsmu r-responsabbiltà biex irabbu lil uliedhom. Jekk il-ġenituri jilħqu ftehim, il-medjatur jgħinhom ifasslu kuntratt. Sabiex il-ftehim ikun eżegwibbli, il-medjatur isaqsi lill-ġenituri biex jiġi konfermat minn uffiċjal għall-benessri tat-tfal. Ftehim konfermat huwa ekwivalenti għal deċiżjoni tal-qorti.

Il-medjazzjoni tal-familja hija volontarja, kunfidenzjali u mingħajr ħlas. Il-familja kollha jew il-konjuġi flimkien jew separatament jistgħu jikkuntattjaw lis-servizzi ta' medjazzjoni.

2. Il-medjazzjoni bil-qorti

Il-qrati jistgħu jservu ta' medjaturi fi kwistjonijiet relatati mal-kustodja, drittijiet ta' aċċess u appoġġ finanzjarju għat-tfal (l-Artikolu 10 tal-Att dwar il-medjazzjoni f'materji ċivili u l-konferma tal-ftehimiet fil-qrati ġenerali, 394/2011). Il-medjazzjoni hija proċedura separata mill-proċedimenti ġudizzjarji. Hija volontarja, iżda teħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri. Hija tieħu inqas żmien u tqum inqas flus minn proċedimenti l-qorti.

Il-medjazzjoni tibda meta l-partijiet jitolbu l-qorti għall-medjazzjoni. Il-medjazzjoni tista' ssir ukoll wara li jkunu bdew il-proċedimenti quddiem il-qorti. Il-medjazzjoni tista' tieqaf f'kull stadju. Il-medjatur ikun imħallef assistit minn espert, normalment psikologu jew ħaddiem soċjali. Waqt il-medjazzjoni l-partijiet jistgħu jiġu assistiti minn avukat tal-għażla tagħhom jew assistent ieħor. Għall-medjazzjoni bil-qorti, wieħed jista' japplika għall-għajnuna legali mill-fondi tal-Istat biex ikopru l-kumpens tal-assistenza. Fil-medjazzjoni bil-qorti, iridu jiġu salvagwardjati l-aħjar interessi tat-tfal. Meta tiddeċiedi dwar jekk għandux jiġu konfermat il-ftehim, il-qorti trid tikkunsidra l-Att dwar il-kustodja u d-dritt ta' aċċess (361/1983) u l-Att dwar il-Manteniment tat-Tfal (704(1975). Ftehim konfermat huwa ekwivalenti għal deċiżjoni tal-qorti. Jekk ma jistax jintlaħaq ftehim, il-qorti tagħlaq il-każ. Jekk il-każ mill-proċedimenti l-qorti jkun intbagħat għall-medjazzjoni, jerġa' jmur lura quddiem il-qorti jekk il-medjazzjoni ma tkunx irnexxiet.

3. Il-medjazzjoni bħala parti minn proċess ta' implimentazzjoni

Din il-forma ta' medjazzjoni hija disponibbli biss meta wieħed mill-ġenituri jkun beda proċess ta' implimentazzjoni quddiem qorti distrettwali. F'dan il-każ, ikun hemm diġà deċiżjoni tal-qorti, li tkun għadha ma ġietx osservata mill-ġenitur l-ieħor.

Skont l-Att dwar l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-kustodja u d-dritt ta' aċċess għat-tfal (619/1996) il-qorti tiddeċiedi prinċipalment dwar il-medjatur f'każijiet fejn l-implimentazzjoni tad-deċiżjoni dwar kustodja jew dritt ta' aċċess tiġi mitluba lilha. Il-medjatur normalment ikun psikologu b'esperjenza fil-psikoloġija tat-tfal, ħaddiem soċjali b'esperjenza fil-protezzjoni tat-tfal jew uffiċjal għall-benessri tat-tfal. L-għan tal-medjazzjoni huwa li jiffaċilita l-kollaborazzjoni tal-ġenituri tat-tfal jew partijiet interessati oħra sabiex jiżguraw il-benessri tat-tfal. Il-medjatur jorganizza laqgħa bejn il-ġenituri u jitkellem separatament mat-tfal sabiex isir jaf dwar ix-xewqat u l-fehmiet tagħhom, jekk dan ikun possibbli tenut kont tal-età u l-livell ta' żvilupp tat-tfal. Il-medjatur jipprepara rapport dwar il-medjazzjoni għall-qorti. Jekk il-medjazzjoni ma twassalx għal ftehim bejn il-ġenituri, il-qorti tagħti deċiżjoni bbażata, fost affarijiet oħra, fuq ir-rapport tal-medjatur.

Dwar il-medjaturi

L-organizzazzjoni tal-medjazzjoni tal-familja hija r-responsabbiltà tal-bordijiet muniċipali tas-sigurtà soċjali. Għad-dettalji ta' kuntatt tal-muniċipalitajiet ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.kunnat.net/fi/Yhteystiedot/kunta-alan-yhteystiedot/kunnat/Sivut/default.aspx

Il-Kamra tal-Avukati tal-Finlandja tħarreġ lill-avukati biex iservu ta' medjaturi fit-tilwim taħt il-liġi tal-familja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.asianajajaliitto.fi/asianajopalvelut/etsi_asianajaja

Il-medjazzjoni bil-qorti hija r-responsabbiltà tal-qrati distrettwali. Għad-dettalji ta' kuntatt tal-qrati distrettwali, ara s-sit elettroniku tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://oikeus.fi/tuomioistuimet/karajaoikeudet/fi/index/yhteystiedot.html

Dwar il-medjazzjoni

Il-medjazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Amministrazzjoni Ġudizzjarja: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://oikeus.fi/fi/index/esitteet/perheasioidensovittelu.html

Il-fuljett tal-Ministeru tal-Ġustizzja dwar il-medjazzjoni bil-qorti f'każijiet ta' kustodja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/en/index/esitteet/expert-assistedmediationofcustodydisputes_2.html

Il-fuljett bl-Ingliż: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://oikeus.fi/en/index/esitteet/expert-assistedmediationofcustodydisputes_2.html

L-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa u l-Benessri, Manwal dwar il-Protezzjoni tat-Tfal, medjazzjoni tal-familja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.thl.fi/fi/web/lastensuojelun-kasikirja/tyoprosessi/erityiskysymykset/lapsen-asema-erotilanteessa/perheasioiden-sovittelu

Proċedura għar-riżoluzzjoni amikevoli tal-kwistjoni taħt il-liġi tal-familja mill-Kamra tal-Avukati tal-Finlandja:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.asianajajaliitto.fi/asianajopalvelut/sovintomenettely/sovintomenettely_perheasioissa

Il-Forum Finlandiż għall-Medjazzjoni:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ssf-ffm.com/index.php

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Fl-Atti li ġejjin huma inklużi dispożizzjonijiet separati dwar il-medjazzjoni tal-familja:

L-Att dwar iż-Żwieġ (234/1929):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1929/19290234?search%5Btype%5D=pika&search%5Bpika%5D=avioliittolaki#O1L5

L-Att dwar il-kustodja tat-tfal u d-dritt ta' aċċess (361/1983):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1983/19830361

L-Att dwar l-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet dwar il-kustodja tat-tfal u d-dritt ta' aċċess (619/1996):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/1996/19960619

L-Att dwar il-medjazzjoni f'materji ċivili u l-konferma ta' ftehimiet fil-qrati ġenerali (394/2011):

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.finlex.fi/fi/laki/ajantasa/2011/20110394


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 08/02/2018

Medjazzjoni transkonfinali tal-familji - Svezja


Il-medjazzjoni tal-familja

Huwa prinċipju ġenerali tal-liġi Żvediża illi s-soluzzjonijiet kunsenswali jitqiesu l-aħjar għat-tfal. Għalhekk ġew imfassla regoli b'mod illi l-ewwel irid isir tentattiv biex il-ġenituri jiġu persważi jiftiehmu fuq l-affarijiet li jikkonċernaw lit-tfal tagħhom.

Lil min tikkuntattja

Is-servizzi soċjali għandhom responsabbiltà speċjali u jridu, fost affarijiet oħra, joffru l-konċilazzjoni lill-ġenituri (samarbetssamtal). L-għan tal-proċess ta' konċiljazzjoni huwa sabiex jgħin lill-ġenituri jilħqu ftehim; ara aktar informazzjoni dwar il-konċiljazzjoni. Jekk il-ġenituri jiftiehmu, is-soluzzjoni kunsenswali tagħhom tiġi inkorporata fi ftehim li jiġi approvat mis-servizzi soċjali. Il-qrati wkoll għandhom dmir illi l-ewwel jaslu għal ftehim kunsenswali bejn il-ġenituri. Jekk dan ma jirnexxix, il-qorti tista' tordna l-konċiljazzjoni jew il-medjazzjoni (medling).

F'liema oqsma huwa ammissibbli jew aktar komuni l-użu tal-medjazzjoni?

Il-medjazzjoni tal-familja f'każijiet quddiem il-qorti hija intiża sabiex tintuża fejn, pereżempju, l-konċiljazzjoni ma tatx riżultati iżda għad hemm il-possibbiltà li l-ġenituri jiftiehmu dwar il-kwistjonijiet li jaffettwaw it-tfal tagħhom.

Hemm xi regoli speċifiċi li jridu jiġu segwiti?

Il-qorti tiddeċiedi lil min taħtar bħala medjatur. Deċiżjoni li tordna l-medjazzjoni minnha nnifisha ma għandhiex bżonn il-kunsens tal-ġenituri, iżda jista' jkun diffiċli għall-medjatur biex iwettaq dmirijietu jekk ġenitur minnhom jopponi bis-sħiħ il-ħatra ta' medjatur. Il-medjatur jiddeċiedi, wara li jikkonsulta l-qorti, kif għandha tiġi organizzata l-medjazzjoni. Ma hemmx kodiċi ta' kondotta jew arranġament simili għall-medjaturi.

Informazzjoni u taħriġ

Ma hemmx organizzazzjoni nazzjonali tat-taħriġ għall-medjaturi.

Kemm tqum il-medjazzjoni?

Il-medjaturi għandhom dritt għal rimunerazzjoni xierqa għal xogħolhom, il-ħin u l-ispejjeż involuti. Dan jitħallas mill-Istat.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 25/01/2017