Close

BETA VERSION OF THE PORTAL IS NOW AVAILABLE!

Visit the BETA version of the European e-Justice Portal and give us feedback of your experience!

 
 

Navigation path

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Tqegħid ta’ minuri f’pajjiż ieħor inkl. f’foster family

Minuri jistgħu jeħtieġu familja ġdida għax ikunu orfni jew għax il-ġenituri tagħhom jidhru li mhumiex kapaċi jieħdu ħsiebhom. Barra minn hekk, it-terminu “foster family” jista’ jkun definit b’mod differenti madwar il-pajjiżi fl-UE.


Kwalunkwe tip ta’ tqegħid ta’ minuri f’foster home ma’ individwu wieħed jew aktar, jew f’kura istituzzjonali – orfanatrofju jew dar tat-tfal – f’pajjiż ieħor tal-UE jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament Brussell IIa.

Qorti jew awtorità li tippjana t-tqegħid ta’ minuri ma’ foster family jew f’istituzzjoni f’pajjiż ieħor fl-UE għandha tikkonsulta mal-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż qabel ma’ tordna t-tqegħid. Ir-Regolament jirreferi għal-liġi nazzjonali biex jistabbilixxi liema tip ta’ konsultazzjoni tkun neċessarja:

  • Jekk dan it-tqegħid ikun jirrikjedi li l-awtorità pubblika tal-Istat, fejn se jitqiegħed il-minuri, tintervjeni bħallikieku kien każ intern, qabel ma’ jiġi ordnat it-tqegħid ikun meħtieġ li jinkiseb il-kunsens tal-awtoritajiet tal-Istat riċeventi għal tqegħid transfruntier bħal dan.
  • Jekk l-awtorità pubblika mhijiex meħtieġa tintervjeni f’każ domestiku simili fl-Istat fejn il-minuri se jitqiegħed, l-awtoritajiet tal-Istat għandhom biss jiġu infurmati bit-tqegħid.

Kull liġi u proċedura nazzjonali fl-UE jiddefinixxu t-terminu “foster family”, b’mod partikolari jekk dan ikoprix il-qraba jew le.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 15/04/2020