menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Divorzju

Meta koppja miżżewġa tiddeċiedi li tissepara għal kollox, wieħed mill-konjuġi, jew it-tnejn flimkien, ġeneralment jagħtu bidu għal proċedura ta' divorzju.


Fil-maġġor parti tal-pajjiżi d-divorzju jingħata minn qorti, u s-sentenza li hija tagħti tħoll iż-żwieġ.

Meta l-koppja jkollha t-tfal, id-divorzju jġib miegħu, minbarra s-separazzjoni tal-konjuġi, organizzazzjoni ġdida tar-relazzjonijiet ta' kull wieħed minnhom mat-tfal in komuni.

Huwa joħloq ukoll is-separazzjoni tal-beni komuni tal-konjuġi, u jekk meħtieġ, l-għoti ta' kontribut jew manteniment minn konjuġi għall-ieħor, jew għall-manutenzjoni tat-tfal.

Fl-Unjoni Ewropea hemm regoli li permezz tagħhom wieħed ikun jaf quddiem liema qorti għandha tkun ippreżentata talba għal divorzju, meta l-koppja tissepara. Dawn huma partikolarment utli għall-koppji magħmulin minn żewġ persuni ta' nazzjonalitajiet differenti, jew meta l-membri tal-koppja jkunu għexu fi Stati Membri differenti matul iż-żwieġ.

Bl-istess mod, dawn ir-regoli jippermettu li divorzju mogħti f'pajjiż tal-Unjoni Ewropea jkun rikonoxxut aktar faċilment fi Stat Membru ieħor, u jkollu l-effetti tiegħu hemm.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 08/08/2017