Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

In-NĠE fil-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali



Network gudizzjarju ewropew fil-qasam civili u kummercjali

In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali (NĠE-ċivili) huwa netwerk flessibbli u mhux burokratiku li jqarreb flimkien l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali. L-għan tiegħu huwa li jissimplifika u jsaħħaħ il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn l-Istati Membri. In-NĠE-ċivili, li ilu jaħdem mill-2002, itejjeb l-applikazzjoni prattika u l-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-ġustizzja ċivili tal-UE. B'dan il-mod, in-Netwerk jikkontribwixxi biex jinħolqu konnessjonijiet bejn is-sistemi ġudizzjarji differenti tal-Istati Membri, u b'hekk titrawwem il-fiduċja reċiproka.

Il-kompiti ewlenin tan-Netwerk huma l-kuntatti diretti u l-ittrattar tal-każijiet bejn punti ta' kuntatt nazzjonali tan-Netwerk, li jiffaċilita l-aċċess transfruntier għall-ġustizzja billi jagħti l-informazzjoni lill-pubbliku u lill-prattikanti permezz ta' skedi informattivi u pubblikazzjonijiet oħrajn, disponibbli fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja fil-lingwi kollha tal-Unjoni, u li jevalwa u jikkondividi l-esperjenza dwar it-tħaddim ta' strumenti legali tal-Unjoni speċifiċi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.

Jekk jogħġbok ikkonsulta s-sottopaġni rilevanti biex issib aktar informazzjoni dwar:


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 14/06/2017