Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ġurisprudenza tal-UE


Filwaqt li l-liġi tal-Unjoni Ewropea (UE) għandha tiġi applikata minn kwalunkwe qorti tal-Istati Membri (irrispettivament minn jekk tkunx qorti nazzjonali, reġjonali jew lokali), il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Ewropea tal-Ġustizzja tiżgura li l-interpetazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE jkunu osservati u interpretati bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. B’hekk, il-ġurisprudenza tal-UE tiġi żviluppata prinċipalment mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.


Il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tikkonsisti fi tlitt qrati: il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali (kostitwita fl-1988) u t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (kostitwit fl-2004).

Il-Qorti hija l-awtorità ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea u, b’kooperazzjoni mal-qrati u mat-tribunali tal-Istati Membri, tiżgura l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Hija istituzzjoni multilingwistika, peress li kull wieħed mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jista’ jkun l-ilsien ta’ kawża. Il-Qorti hi obbligata tiżgura li l-ġurisprudenza tagħha tiġi mifruxa fost l-Istati Membri kollha.

Minn mindu ġew stabbiliti, it-tlitt qrati tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għaddew madwar 15 000 sentenza.

Mis-17 ta’ Ġunju 1997, il-ġurisprudenza hija aċċessibbli fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidailsna uffiċjali kollha tal-UE permezz tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-qorti. Il-bażi tad-dejta tagħha tinkludi t-test sħiħ tas-sentenzi, tal-opinjonijiet tal-Qorti, tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali u tad-digrieti tal-qrati tal-UE. Tista’ tfittex fil-bażi tad-dejta billi tuża n-numru tal-kawża, id-data, isem il-partijiet, kliem ta’ referenza fit-test, eċċ. Barra minn hekk, il-bażi tad-dejta tinkludi sommarji tad-deċiżjonijiet, informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet li għadhom ma ġewx ippubblikati fir-rapporti tal-qrati u avviżi fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Bażijiet tad-dejta tal-ġurisprudenza rilevanti oħrajn huma:

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEUR-Lex , il-bażi tad-dejta legali tal-Unjoni Ewropea: il-ġurisprudenza tal-UE fl-ilsna uffiċjali kollha tal-UE, inkluża l-ġurisprudenza mill-perjodu ta’ qabel is-17 ta’ Ġunju 1997.
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJURIFAST tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA Europe), li tinkludi d-deċiżjonijiet preliminari tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u d-domandi preliminari rilevanti mill-qrati tal-Istati Membri (din il-bażi tad-dejta taħdem bl-Ingliż u bil-Franċiż).
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJURE, bażi tad-dejta maħluqa mill-Kummissjoni Ewropea, li tinkludi l-ġurisprudenza dwar il-ġurisdizzjoni fil-qasam ċivili u kummerċjali u dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi fi Stat li ma jkunx dak fejn ngħatat is-sentenza. Dan jinkludi l-ġurisprudenza dwar il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti (jiġifieri l-Konvenzjoni ta’ Brussell tal-1968, il-Konvenzjoni ta’ Lugano tal-1988) kif ukoll il-ġurisprudenza tal-UE u tal-Istati Membri.

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 26/04/2016