Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Liġi tal-UE b’mod ġenerali


Il-Kummissjoni Ewropea u diversi organizzazzjonijiet oħrajn jiżviluppaw materjal ta' taħriġ dwar il-liġi Unjoni Ewropea kollha kemm hi. Dawn il-materjali huma mfassla biex jgħinu kemm lill-professjonisti legali li jixtiequ jistudjaw għal rashom biex jespandu l-għarfien u l-fehim tagħhom kif ukoll lill-ħarrieġa tal-professjonisti legali li jixtiequ jorganizzaw sessjonijiet ta' taħriġ dwar il-liġi tal-UE jew aspetti tagħha. Informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni Ewropea attwali u futura tinsab fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-Kummissjoni.


Kurrikula ta' taħriġ f'diversi oqsma tal-liġi Ewropea, kif rakkomandat min-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)

In-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju żviluppa kurrikula ta' taħriġ f'oqsma differenti tal-liġi Ewropea: il-liġi amministrattiva, il-liġi kriminali, il-liġi ċivili u l-lingwa legali, kif ukoll għall-ħarrieġa dwar il-metodoloġija għall-iżvilupp u t-twassil tat-taħriġ legali. Il-kurrikula ta' taħriġ jirrappreżentaw dokumenti ta' referenza bażiċi u jgħinu jirregolaw it-tfassil u l-ippjanar ta' attivitajiet ta' taħriġ għall-membri tal-EJTN. Dawn mhumiex intiżi biex jiddettaw dwar is-suġġetti koperti iżda huma maħsuba biex ikunu gwidi prattiċi u utli li ħarrieġa jistgħu jużaw immedjatament. Il-kurrikula huma aġġornati regolarment mis-sottogruppi tal-EJTN, li kull wieħed huwa responsabbli għal qasam differenti.

Il-kurrikula ta' taħriġ huma disponibbli għall-ħarrieġa u l-fornituri ta' taħriġ ġudizzjarju kollha interessati fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidawebsajt tal-EJTN.

Gwida għall-proċeduri għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Il-Gwida għall-proċeduri għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea timmira li tagħmel suġġerimenti prattiċi bbażati fuq l-esperjenza akkwistata fil-Pajjiżi l-Baxxi. Hija tipprovdi informazzjoni ġenerali kif ukoll suġġerimenti dwar meta u kif li każ għandu jiġi riferut lill-Qorti.

Il-Gwida inħarġet taħt is-superviżjoni tal-koordinaturi tal-liġi Ewropej għall-qrati tal-Pajjiżi l-Baxxi. Hija maħsuba biex tintuża għal skopijiet ta' informazzjoni biss u mhix vinkolanti fl-ebda aspett. Din hija disponibbli bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIngliż fuq il-websajt tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-UE (ACA-Ewropa).

Il-portal tal-webcast tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni xxandar regolarment f'konferenzi dwar l-aħħar żviluppi fl-oqsma differenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Dan jista' jkun utli għall-professjonisti legali li jixtiequ jibqgħu aġġornati fil-qasam(fl-oqsma) tagħhom u l-ħarrieġa li jixtiequ juru l-ideat li qed jippreżentaw fis-sessjonijiet ta' taħriġ tagħhom.

Il-konferenzi jsiru l-aktar spiss, imma mhux dejjem, bl-Ingliż.

Webcasts live jiġu mħabbra minn qabel fuq il-portal tal-webcast u huma disponibbli fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahome page mill-ħin skedat ta' bidu. Wara x-xandira live, ir-reġistrazzjonijiet tal-vidjo onlajn ikunu disponibbli fl-arkivji, u jipprovdu riżorsa faċli biex tintuża, kost-effettiva u favur l-ambjent.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u l-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-UE (ACA-Ewropa)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk Ewropew għat-Taħriġ ġudizzjarju (EJTN)


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2015