Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ħarsa ġenerali tal-UE lejn il-medjazzjoni


L-Unjoni Ewropea tippromwovi attivament metodi ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim ("ADR"), bħall-medjazzjoni. Id-Direttiva dwar il-Medjazzjoni tapplika fil-pajjiżi kollha tal-UE. Id-Direttiva tikkonċerna l-medjazzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali.


Inkoraġġiment tal-użu tal-medjazzjoni jiffaċilita s-soluzzjoni tat-tilwim u jgħin biex jiġu evitati l-inkwiet, il-ħin u l-ispejjeż assoċjati mal-litigazzjoni fil-qorti, u b'hekk jippermetti liċ-ċittadini jiżguraw id-drittijiet legali tagħhom b'mod effiċjenti.

Id-Direttiva dwar il-Medjazzjoni tapplika għal tilwim transkonfinali fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali. Hija tkopri tilwim fejn tal-inqas waħda mill-partijiet tkun domiċiljata fi Stat Membru li mhux dak ta' kwalunkwe parti oħra dakinhar li jaqblu li jużaw il-medjazzjoni jew dakinhar li l-qorti tordna medjazzjoni.

L-għan prinċipali ta' dan l-istrument ġuridiku huwa li jħeġġeġ lin-nies fl-Istati Membri jirrikorru għall-medjazzjoni.

Għalhekk id-direttiva fiha ħames regoli sustantivi:

  • Tobbliga lil kull Stat Membru jinkoraġġixxi t-taħriġ ta' medjaturi u jiżgura l-kwalità għolja tal-medjazzjoni.
  • Tagħti lil kull imħallef id-dritt li jistieden lill-partijiet ta' tilwima biex l-ewwel jippruvaw il-medjazzjoni jekk iħoss li jkun xieraq fiċ-ċirkostanzi tal-każ,
  • Tipprevedi li ftehimiet li jirriżultaw mill-medjazzjoni jkunu jistgħu jsiru infurzabbli jekk iż-żewġ partijiet jitolbu dan. Dan jista' jinkiseb, pereżempju, b'approvazzjoni mill-qorti jew b'ċertifikazzjoni minn nutar pubbliku.
  • Tiżgura li l-medjazzjoni ssir f'atmosfera ta' kunfidenzjalità. Tipprevedi li l-medjatur ma jstax ikun obbligat jixhed fil-qorti dwar xi jkun ġara matul il-medjazzjoni f'tilwim futur bejn il-partijiet ta' dik il-medjazzjoni.
  • Tiggarantixxi li l-partijiet ma jkunux se jitilfu l-possibilità li jmorru l-qorti b'riżultat tal-ħin imqatta' fil-medjazzjoni: il-preskrizzjonijiet biex tittella' azzjoni quddiem qorti jiġu sospiżi matul il-medjazzjoni.

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 26/10/2017