Please note that the original language version of this page English has been amended recently. The language version you are now viewing is currently being prepared by our translators.
Swipe to change

Eurojust

Il-Kunsill Ewropew waqqaf Eurojust sabiex jirrinforza l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja. Eurojust huwa korp magħmul minn prosekuturi, maġistrati jew uffiċjali tal-pulizija b’kompetenza ekwivalenti.

There is no official translation of the language version you are viewing.
You can access a machine translated version of this content here. Please note that it is only provided for contextual purposes. The owner of this page accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to the quality of this machine translated text.

X'inhu Eurojust?

Eurojust huwa korp tal-Unjoni Ewropea imwaqqaf fl-2002 biex iħeġġeġ u jtejjeb il-koordinazzjoni fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet fost l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea meta jkollhom x'jaqsmu ma' kriminalità serja tranfruntiera u organizzata.

X'inhuma l-għanijiet ta' Eurojust?

Fil-kuntest ta' investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jikkonċernaw żewġ Stati Membri jew aktar, l-għan ta' Eurojust huma li jħeġġeġ u jtejjeb il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, filwaqt li jqis kull talba li ssir minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u kull informazzjoni mogħtija minn kull korp kompetenti bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet adottati fi ħdan il-qafas tat-Trattati (in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fi kwistijonijiet kriminali, Europol, u OLAF).

Għan ieħor tal-Eurojust huwa li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari billi jiffaċilita l-eżekuzzjoni tal-għajnuna legali reċiproka internazzjonali u l-implimentazzjoni tal- Mandati ta' Arrest Ewropej.

Il-Eurojust tappoġġa wkoll l-awtoritajiet kompetenti sabiex ittejjeb l-effettività tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet. Huwa jista' jassisti fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet bejn Stat Membru u Stat mhux Membru jew bejn Stat Membru u l-Kummissjoni rigward reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.

Il-Eurojust ittejjeb l-effiċjenza tal-investigazzjoni nazzjonali u tal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni meta jkollhom x'jaqsmu ma kriminalità serja transfruntiera u organizzata, jiġifieri, terroriżmu, traffikar fil-bnedmin, traffikar tad-droga, frodi u ħasil tal-flus, sabiex l-akkużati jitressqu malajr kemm jista' jkun quddiem il-ġustizzja.

Kif jaħdem il-Eurojust?

Il-Eurojust jaqdi dmirijietu permezz tal-Membri Nazzjonali tiegħu jew kolleġjalment. Huwa għandu s-setgħa jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali biex jibdew investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' atti speċifiċi; biex jara li waħda minnhom tkun tista' tkun f'pożizzjoni aħjar li tibda investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' atti speċifiki; biex jikkoordina bejn l-awtoritajiet kompetenti; biex iwaqqaf tim konġunt ta' investigazzjoni; jew biex jipprovdi kull informazzjoni meħtieġa biex jaqdi dmirijietu.

Il-Eurojust jiżgura l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u jgħinhom biex jagħtu l-aħjar koordinazzjoni u kooperazzjoni possibbli. Il-Eurojust jikkoopera wkoll man-Netwerk Ewropew tal-Ġustizzja, il-Europol u l-OLAF. Il-Eurojust joffri għajnuna loġistika u jista' jorganizza u jiffaċilita laqgħat ta' koordinament bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-awtoritajiet tal-pulizija tal-Istati differenti biex jgħinhom isolvu kwistjonijiet ġuridiċi u problemi prattiċi.

Minn min huwa ffurmat il-Eurojust?

Il-Eurojust huwa ffurmat minn 28 Membru Nazzjonali, wieħed minn kull Stat Membru tal-UE. Il-Membri Nazzjonali jiġu nominati skont is-sistemi ġudizzjarji rispettivi tagħhom u għandhom kariga permanenti fl-Aja. Il-Membri Nazzjonali huma prosekuturi u mħallfin anzjani u ta' esperjenza jew uffiċjali tal-pulizija b'kompetenza ekwivalenti. Uħud mill-Membri Nazzjonali jiġu megħjuna minn Deptutati, Assistenti jew Esperti Nazzjonali Sekondati.

It-tisħiħ tal-Eurojust

Fl-4 ta' Ġunju 2009, il-Kunsill adotta Deċiżjoni ġdida li ssaħħaħ lill-Eurojust. L-għanijiet tad-Deċiżjoni l-ġdida biex isaħħu lill-Eurojust jinkludu dawn li ġejjin:

  • il-ħolqien ta' bażi minima komuni tas-setgħat tal-Membri Nazzjonali
  • il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' koordinazzjoni f'emerġenza
  • it-titijib tat-trażmissjoni tal-informazzjoni lill-Eurojust
  • it-titjib tal-bażi nazzjonali tal-Eurojust
  • it-tisħiħ tar-relazzjoni bejn il-Eurojust u n-Nertwerk Ewropew tal-Ġustizzja
  • it-tisħiħ tal-koop­erazzjoni ġudizzjarja mal-pajjiżi mhux membri tal-UE billi l-Eurojust tiġi awtorizzata tibgħat maġistrati ta' kollegament f'dawn il-pajjiżi u ssaħħaħ il-koopera­zzjoni ma' korpi oħra bħall-Europol, l-OLAF u l-Frontex.

Fis-17 ta' Lulju 2014 ġiet adottata proposta għal regolament dwar il-Eurojust. L-għan kien li titjib l-effikaċja operazzjonali tal-Eurojust. In-negozjati fuq il-proposta għadhom għaddejjin.

Ħoloq relatati

Eurojust

L-aħħar aġġornament: 08/12/2021

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.