Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet - Ġermanja


Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet

Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet

Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet

Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra

Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet

Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati

Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid

Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi

Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni

Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti

Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju

Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell

Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti

Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti

Artikolu 50(1)(a) — Qrati kompetenti biex joħorġu l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet

Il-qratiPDF(211 Kb)de ddeżinjati huma l-Amtsgerichte (il-Qrati Lokali) u l-Landgerichte (il-Qrati Reġjonali).

Il-korp kompetenti biex joħroġ Ordni tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet fil-livell lokali f’każijiet li fihom il-kreditur ikun diġà kiseb strument awtentiku huwa l-qorti li fid-distrett tagħha jitfassal l-istrument.

L-iddeterminar tal-kompetenza fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati f’rabta mar-ratione materiae jsegwi d-dispożizzjonijiet ġenerali tad-dritt Ġermaniż dwar il-kostituzzjoni tal-qrati u l-kodiċijiet applikabbli tal-proċedura ġudizzjarja.

Artikolu 50(1)(b) — l-awtorità nominata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet

L-awtorità ddeżinjata bħala kompetenti biex tikseb informazzjoni dwar il-kontijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 hija l-Bundesamt für Justiz (l-Uffiċċju Federali għall-Ġustizzja).

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Bundesamt für Justiz huma kif ġej:

Bundesamt für Justiz
Adenauerallee 99-103
53113 Bonn
Il-Ġermanja
Tel.: +49-228 99 410-40
E-mail: Il-link jinfetah f'tieqa gdidaEU-Kontenpfaendung@bfj.bund.de

Artikolu 50(1)(c) — Metodi għall-ksib ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet

Sabiex jikseb informazzjoni dwar il-kontijiet skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014, il-Bundesamt für Justiz jista’ jitlob lill-Bundesamt für Steuern (l-Uffiċċju Federali għat-Taxxa Ċentrali) biex ikollu aċċess għad-data segwenti f’istituzzjonijiet ta’ kreditu:

id-data li fiha kont ikun infetaħ u ngħalaq u isem id-detentur ta’ kont kif ukoll id-data tat-twelid fil-każ ta’ individwi.

Artikolu 50(1)(d) — Qrati li quddiehom jista' jsir appell kontra rifjut li tinħareġ l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet

Il-qratiPDF(233 Kb)de ddeżinjati huma l-Amtsgerichte (il-Qrati Lokali), il-Landgerichte (il-Qrati Reġjonali), l-Oberlandesgerichte (il-Qrati Reġjonali Superjuri), l-Arbeitsgerichte (it-Tribunali Industrijali) u l-Landesarbeitsgerichte (it-Tribunali Industrijali Superjuri).

Appell kontra rifjut li tinħareġ Ordni ta’ Preservazzjoni jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti li tkun irrifjutat ir-rikors jew, jekk il-qorti li tkun irrifjutat ir-rikors tkun qorti tal-ewwel istanza, lil qorti ta’ istanza superjuri.

Artikolu 50(1)(e) — Awtoritajiet nominati bħala kompetenti biex jirċievu, jittrażmettu jew iservu l-Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet u dokumenti oħra

Il-qratiPDF(194 Kb)de ddeżinjati huma l-Amtsgerichte (il-Qrati Lokali).

Artikolu 50(1)(f) — Awtorità kompetenti biex toħroġ l-Ordni Ewropea tal-Preżervazzjoni tal-Kontijiet

Il-qratiPDF(194 Kb)de ddeżinjati huma l-Amtsgerichte (il-Qrati Lokali).

Il-qorti li hija kompetenti li teżegwixxi Ordni ta’ Preservazzjoni hija l-qorti lokali kompetenti skont id-dispożizzjonijiet ġenerali. Madankollu, jekk l-Ordni tkun inħarġet minn qorti Ġermaniża, dik il-qorti hija kompetenti li teżegwixxi l-Ordni.

Artikolu 50(1)(g) — Il-punt sa fejn il-kontijiet konġunti jew ta' mandatarju jistgħu jiġu preżervati

Flus f’kontijiet li, skont id-dokumenti tal-bank li fih jinsab il-kont, mhumiex ikkontrollati unikament mid-debitur, huma soġġetti għad-dritt nazzjonali Ġermaniż dwar is-sekwestru, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt tal-partijiet l-oħra b’setgħa ta’ kontroll.

Flus fil-kontijiet ta’ debitur li jistgħu jkunu kkontrollati minn parti terza f’isem id-debitur huma soġġetti għal sekwestru kontra d-debitur skont id-dritt nazzjonali Ġermaniż.

Flus f’kontijiet ta’ parti terza li jistgħu jkunu kkontrollati mid-debitur f’isem dik il-parti terza mhumiex soġġetti għal sekwestru kontra d-debitur skont id-dritt nazzjonali Ġermaniż.

Artikolu 50(1)(h) — Ir-regoli applikabbli għall-ammonti eżenti minn qbid

Ir-regoli nazzjonali tal-Ġermanja dwar l-ammonti eżenti mis-sekwestru jinsabu fl-Artikoli 850k u 850lPDF(252 Kb)mt tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung, ZPO).

L-ammonti meqjusa fl-Artikolu 850k(1), l-ewwel sentenza, skont l-Artikolu 850c(1), l-ewwel sentenza, flimkien mal-Artikolu 850c(2a) ZPO attwalment jirriżultaw mill-Avviż dwar il-livelli limitu eżentati mis-sekwestru tas-27 ta’ April 2015, mehmuż bħala AnnessPDF(114 Kb)de ma’ din in-nota ta’ informazzjoni; f’dan ir-rigward issir referenza għall-Avviż.

Artikolu 50(1)(i) — Tariffi, jekk imposti mill-banek, għall-implimentazzjoni ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet, u informazzjoni dwar il-parti responsabbli biex iħallas dawk it-tariffi

Skont id-dritt nazzjonali Ġermaniż, il-banek ma jistgħux jitolbu tariffi għall-implimentazzjoni tal-ordnijiet nazzjonali ekwivalenti jew biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kontijiet.

Artikolu 50(1)(j) – l-iskala ta’ tariffi jew sett ieħor ta’ regoli li jistabbilixxu t-tariffi applikabbli imposti minn kwalunkwe awtorità jew korp ieħor involut fl-ipproċessar jew l-eżekuzzjoni tal-Ordni tal-Preservazzjoni

It-tariffi imposti mill-qrati involuti fl-ipproċessar u fl-eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 huma stipulati fil-Liġi dwar it-tariffi tal-qorti (Gerichtskostengesetz) u fil-Liġi dwar it-tariffi tal-qorti f’materji tal-familja (Gesetz über Gerichtskosten in Familiensachen, FamGKG). Il-liġi msemmija hawn fuq tista’ tiġi kkonsultata bla ħlas, hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/bundesrecht/gkg_2004/gesamt.pdf u hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/bundesrecht/famgkg/gesamt.pdf.

Għal sommarju tat-tariffi imposti skont il-liġijiet imsemmija hawn fuq, nirriferukom għat-tweġiba tagħna għall-Artikolu 50(1)(n).

It-tariffi imposti mill-aġenti tal-eżekuzzjoni involuti fl-ipproċessar u fl-eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 huma stipulati fil-Liġi dwar l-aġenti tal-eżekuzzjoni (Gerichtsvollzieherkostengesetz, GvKostG). Il-liġi msemmija hawn fuq tista’ tiġi kkonsultata bla ħlas, hawnhekk: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.gesetze-im-internet.de/bundesrecht/gvkostg/gesamt.pdf.

Huma imposti tariffi għan-notifika lill-bank ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet maħruġa fil-Ġermanja jekk aġent tal-eżekuzzjoni jkollu jinnotifikaha fil-Ġermanja. Jekk l-aġent tal-eżekuzzjoni jinnotifika personalment Ordni ta’ Preservazzjoni, tiġi imposta tariffa ta’ EUR 10 skont il-Punt 100 tal-lista tat-tariffi fil-Liġi dwar l-aġenti tal-eżekuzzjoni (Kostenverzeichnisses zum Gerichtsvollzieherkostengesetz, KV GvKostG), kif ukoll l-ispejjeż għall-ivvjaġġar abbażi tad-distanza koperta mill-aġent tal-eżekuzzjoni: EUR 3.25 sa 10 km, EUR 6.50 għal bejn 10 km u 20 km, EUR 9.75 għal bejn 20 km u 30 km, EUR 13 għal bejn 30 km u 40 km u EUR 16.25 għal aktar minn 40 km (skont il-Punt 711 KV GvKostG). Jekk l-aġent tal-eżekuzzjoni jinnotifikaha b’mezzi oħra, tiġi imposta tariffa ta’ EUR 3.00 (skont il-Punt 101 KV GvKostG). L-ispejjeż tal-posta jiġu imposti kollha għan-notifika bi prova tan-notifika (skont il-Punt 701 KV GvKostG). Tiġi imposta somma f’daqqa biex tkopri kull nefqa f’kontanti li tammonta għal 20% tat-tariffi imposti għal kull Ordni, iżda mhux anqas minn EUR 3.00 u mhux aktar minn EUR 10.00 (skont il-Punt 716 KV GvKostG).

Dan japplika f’każijiet li fihom il-qorti li tkun ħarġet l-Ordni ta’ Preservazzjoni fil-Ġermanja tirrikorri għas-servizzi ta’ aġent tal-eżekuzzjoni sabiex tinnotifika l-Ordni lid-debitur fuq solleċitazzjoni tal-kreditur.

Ma tiġi imposta ebda tariffa għall-konsultazzjoni tal-awtorità tal-informazzjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014, mingħajr preġudizzju għat-tweġiba tagħna għall-Artikolu 50(1)(n) li tispeċifika ż-żieda fit-tariffi tal-qorti imposti fi proċeduri għall-kisba ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(b) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014.

Artikolu 50(1)(k) — Gradazzjoni, jekk ikun hemm, ta’ ordnijiet nazzjonali ekwivalenti

Il-klassifikazzjoni tas-sekwestri tal-kontijiet abbażi ta’ deċiżjonijiet skont id-dritt nazzjonali li huma ekwivalenti għal deċiżjonijiet skont ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 hija ddeterminata mid-data li fiha jiġu nnotifikati lill-bank, bl-ordnijiet ta’ sekwestru bl-aktar data antika jieħdu preċedenza fuq dawk aktar riċenti.

Artikolu 50(1)(l) — Qrati jew awtorità ta' eżekuzzjoni kompetenti biex tagħti rimedju

Il-qratiPDF(233 Kb)de segwenti huma kompetenti fil-każ ta’ rimedji skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014.

Il-qrati ddeżinjati huma l-Amtsgerichte (il-Qrati Lokali), il-Landgerichte (il-Qrati Reġjonali), l-Oberlandesgerichte (il-Qrati Reġjonali Superjuri), l-Arbeitsgerichte (it-Tribunali Industrijali) u l-Landesarbeitsgerichte (it-Tribunali Industrijali Superjuri).

Il-qratiPDF(194 Kb)de segwenti huma kompetenti fil-każ ta’ rimedji skont l-Artikolu 34(1) jew (2) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014.

Il-qrati ddeżinjati huma l-Amtsgerichte.

Il-qorti li tkun ħarġet l-Ordni ta’ Preservazzjoni tkun kompetenti fir-rigward tar-rimedji skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014.

Fil-każ ta’ rimedji tad-debitur skont l-Artikolu 34(1) jew (2) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014, il-qorti kompetenti għall-eżekuzzjoni tal-ordni hija l-qorti lokali kompetenti skont it-termini tad-dispożizzjonijiet ġenerali.

Artikolu 50(1)(m) — Qrati li quddiemhom għandhom jiġi ppreżentat appell u l-limitu ta’ żmien, jekk ikun il-każ, biex jiġi ppreżentat l-appell

Il-qratiPDF(233 Kb)de segwenti huma kompetenti fil-każ ta’ appelli fis-sens tal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014.

Il-qrati ddeżinjati huma l-Amtsgerichte (il-Qrati Lokali), il-Landgerichte (il-Qrati Reġjonali), l-Arbeitsgerichte (it-Tribunali Industrijali) u l-Landesarbeitsgerichte (it-Tribunali Industrijali Superjuri).

Id-dritt ta’ appell kontra deċiżjonijiet dwar rimedji legali kif previsti skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 jista’ jiġi eżerċitat quddiem il-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni dwar rimedju jew, jekk il-qorti li tkun ħarġet id-deċiżjoni dwar ir-rimedju tkun qorti tal-ewwel istanza, quddiem qorti ta’ istanza superjuri.

L-appell irid jiġi ppreżentat fi żmien xahar.

Il-perjodi għall-preżentazzjoni ta’ appell jibda jiddekorri mid-data meta l-persuna kkonċernata tkun innotifikata bid-deċiżjoni li l-appell ikun se jsir kontriha.

Artikolu 50(1)(n) — Tariffi tal-Qorti

Fi proċeduri skont l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014:

L-ammont tat-tariffa jiġi ddeterminat kull darba abbażi tal-ammont soġġett għat-tilwima u r-rata tat-tariffa rilevanti permezz tal-metodu ta’ kalkolu stipulat fl-Artikolu 34 tal-Liġi dwar it-tariffi tal-qorti (GKG) u/jew l-Artikolu 28 tal-Liġi dwar it-tariffi tal-qorti f’materji tal-familja (FamGKG).

Għall-proċedura għall-kisba ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea skont l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014, f’konformità mal-Punt 1410 tal-lista tat-tariffi għal-Liġi dwar it-tariffi tal-qorti (Kostenverzeichnis Gerichtskostengesetz, KV GKG), normalment tiġi applikata rata tat-tariffa ta’ 1.5. F’ċerti każijiet li fihom l-ammont ta’ xogħol ta’ pproċessar għall-qorti jkun anqas, tiġi applikata rata tat-tariffa mnaqqsa ta’ 1.0 (il-Punt 1411 KV GKG). Jekk tinħareġ ordni taħt l-Artikoli 91a jew 269(3), it-tielet sentenza ZPO, normalment tiġi applikata rata tat-tariffa ogħla ta’ 3.0 (il-Punt 1412 KV GKG).

It-tariffa għall-proċedura tkopri wkoll ir-rikorsi mid-debitur għal rimedji fis-sens tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 fid-dawl tar-revoka jew tal-immodifikar tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea. Għan-notifika bi prova tan-notifika, ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew tal-ipproċessar minn uffiċjal tal-qorti, tiġi imposta tariffa ta’ EUR 3.50 jekk l-istess istanza tinvolvi aktar minn 10 każijiet ta’ notifika jew in-notifika tkun issolleċitata mill-kreditur (il-Punt 9002 KV GvKostG - il-Liġi dwar l-aġenti tal-eżekuzzjoni, Gerichtsvollzieherkostengesetz).

Fil-proċedura dwar l-appell, tiġi applikata rata tat-tariffa ta’ 1.5 (il-Punt 1430 KV GKG). Meta l-proċedura kollha tintemm bi rtirar tal-appell, ir-rata tat-tariffa titnaqqas għal 1.0 (il-Punt 1431 KV GKG).

Il-valur tal-pretensjoni jiġi ddeterminat kull darba bid-diskrezzjoni tal-Qorti (l-Artikolu 53 GKG flimkien mal-Artikolu 3 ZPO).

It-tariffa tapplika hekk kif jiġi ppreżentat rikors għal Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea jew tiġi ppreżentata talba quddiem il-Qorti (l-Artikolu 6 GKG).

Meta fl-ewwel istanza, Qorti Lokali (Amtsgericht) tagħti sentenza bħala qorti tal-familja, ġeneralment tiġi applikata rata tat-tariffa ta’ 1.5, f’konformità mal-Punt 1420 tal-lista tat-tariffi tal-Liġi dwar it-tariffi tal-qorti f’materji tal-familja (KV FamGKG). Meta l-proċedura kollha tintemm bi rtirar mingħajr sentenza finali, ir-rata tat-tariffa titnaqqas għal 0.5 (il-Punt 1421 KV GKG).

It-tariffa għall-proċedura tkopri wkoll ir-rikorsi mid-debitur għal rimedji fis-sens tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 fid-dawl tar-revoka jew tal-immodifikar tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea. Għan-notifika bi prova tan-notifika, ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew tal-ipproċessar minn uffiċjal tal-qorti, tiġi imposta tariffa ta’ EUR 3.50 jekk l-istess istanza tinvolvi aktar minn 10 każijiet ta’ notifika jew in-notifika tkun issolleċitata mill-kreditur (il-Punt 2002 KV FamGKG).

Fil-proċedura dwar l-appell, tiġi applikata rata tat-tariffa ta’ 2.0 (il-Punt 1422 KV GKG). Meta l-proċedura kollha tintemm bi rtirar tal-appell qabel ma l-Aggravji jiġu ppreżentati fil-qorti, ir-rata tat-tariffa titnaqqas għal 0.5 (il-Punt 1423 KV GKG). F’kawżi oħra li fihom il-proċedura tintemm mingħajr sentenza, ir-rata tat-tariffa hija ta’ 1.0 (il-Punt 1424 KV FamGKG).

Il-valur tal-pretensjoni jkun iddeterminat f’kull każ ex aequo et bono (l-Artikolu 42(1) FamGKG).

It-tariffa tapplika hekk kif tingħata sentenza bla kundizzjonijiet dwar it-tariffi jew il-proċedura tintemm bi kwalunkwe mod ieħor (l-Artikolu 11 FamGKG).

Meta Qorti Industrijali (Arbeitsgericht) tagħti sentenza fl-ewwel istanza, tiġi applikata rata tat-tariffa ta’ 0.4 għall-proċedura (il-Punt 8310 KV GKG). Jekk tinħareġ ordni taħt l-Artikoli 91a jew 269(3), it-tielet sentenza ZPO, fil-prinċipju, ir-rata tat-tariffa tiżdied għal 2.0 (il-Punt 8311 KV GKG).

It-tariffa għall-proċedura tkopri wkoll ir-rikorsi mid-debitur għal rimedji fis-sens tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 fid-dawl tar-revoka jew tal-immodifikar tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea. Għan-notifika bi prova tan-notifika, ittra rreġistrata b’konferma tar-riċevuta jew tal-ipproċessar minn uffiċjal tal-qorti, tiġi imposta tariffa ta’ EUR 3.50 jekk l-istess istanza tinvolvi aktar minn 10 każijiet ta’ notifika jew in-notifika tkun issolleċitata mill-kreditur (il-Punt 9002 KV GKG).

Fil-proċedura dwar l-appell, tiġi applikata rata tat-tariffa ta’ 1.2 (il-Punt 8330 KV GKG). Meta l-proċedura kollha tintemm bi rtirar tal-appell, ir-rata tat-tariffa titnaqqas għal 0.8 (il-Punt 8331 KV GKG).

Il-valur tal-pretensjoni jiġi ddeterminat kull darba bid-diskrezzjoni tal-Qorti (l-Artikolu 53 GKG flimkien mal-Artikolu 3 ZPO).

It-tariffa tapplika hekk kif tingħata sentenza bla kundizzjonijiet dwar it-tariffi jew il-proċedura tintemm bi kwalunkwe mod ieħor (l-Artikolu 9 GKG).

Fil-proċedura skont l-Artikolu 5(b) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 u fil-proċeduri kollha li jikkonċernaw ir-rikorsi biex l-eżekuzzjoni ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni tiġi limitata jew tintemm:

Fil-proċedura għall-kisba ta’ Ordni ta’ Preservazzjoni skont l-Artikolu 5(a) tar-Regolament (UE) Nru 655/2014, tiġi imposta tariffa ta’ EUR 20 (il-Punt 2111 KV GKG). Jekk, tul il-proċedura, isir rikors biex tinkiseb informazzjoni dwar il-kontijiet, it-tariffa tiżdied għal EUR 33 (il-Punt 2122 KV GKG).

It-tariffa għall-proċedura tkopri wkoll ir-rikorsi mid-debitur għal rimedji fis-sens tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 655/2014 fid-dawl tar-revoka jew tal-immodifikar tal-Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea.

Għal rikorsi biex l-eżekuzzjoni tiġi limitata jew tintemm, hija imposta tariffa ta’ EUR 30 (il-Punt 2119 KV GKG).

Għal rikorsi li jiġu rrifjutati jew miċħuda, tiġi imposta tariffa ta’ EUR 30 (il-Punt 2121 KV GKG). Jekk l-appell ikun irrifjutat jew miċħud biss parzjalment, il-qorti tista’ ex aequo et bono tnaqqas it-tariffa bin-nofs jew tiddeċiedi li ma timponihiex.

It-tariffa tapplika hekk kif jiġi ppreżentat rikors għal Ordni ta’ Preservazzjoni Ewropea jew biex l-eżekuzzjoni tintemm jew tkun limitata, jew tiġi ppreżentata talba quddiem il-Qorti (l-Artikolu 6 GKG).

Artikolu 50(1)(o) — Il-lingwi aċċettati għat-traduzzjonijiet tad-dokumenti

Għal dokumenti indirizzati lil qorti jew lil awtorità kompetenti f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 655/2014, ma hija permessa ebda lingwa oħra għajr il-Ġermaniż.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/03/2019