Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI) - Repubblika Ċeka

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: iċ-Ċek diġà ġew tradotti.


Koordinatur tal-ECLI Nazzjonali

Il-Qorti Suprema (Nejvyšší soud)

Burešova 571/20, Brno - Veveří, kodiċi postali: 657 37

ir-Repubblika Ċeka

Tel.: +420 541 593 111

Faks.: +420 541 213 493

Kaxxa tad-dejta: kccaa9t

imejl: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapodatelna@nsoud.cz (jekk jogħġbok semmi l-ECLI fis-suġġett)

websajt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nsoud.cz/

Persuna ta' kuntatt: JUDr. Michal Malaník

Ġenerazzjoni tal-ECLI nazzjonali (ECLI syntax)

Fir-Repubblika Ċeka l-identifikaturi ECLI ddaħħlu f'April 2012 biex jidentifikaw is-sentenzi tal-Qorti Suprema (Nejvyšší soud). Minn Marzu 2014 dan l-identifikatur beda jintuża wkoll għas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali (Ústavní soud). Is-sentenzi ta' dawn il-Qrati jistgħu jiġi mfittxijin permezz tal-identifikatur ECLI fil-websajts tal-qrati (is-Sentenzi tal-Qorti Suprema f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nsoud.cz/ u s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali f'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://nalus.usoud.cz/Search/Search.aspx).

Kodiċi tal-pajjiż

[CZ]: il-kodiċi tal-pajjiż għar-Repubblika Ċeka.

Kodiċijiet tal-Qorti

[NS]: Nejvyšší soud (il-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka).

[US]: Ústavní soud (il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Ċeka).

Eżempji tal-identifikatur ECLI tad-deċiżjonijiet tal-qrati Ċeki

ECLI:CZ:NS:2012:spisová značka.1

[CZ] kodiċi tal-pajjiż (CZ għar-Repubblika Ċeka);

[NS] huwa l-kodiċi tal-qorti li tat is-sentenza (NS għall-Qorti Suprema);

[2012] tindika s-sena li fiha ngħatat is-sentenza;

[spisová značka] (in-mumru tal-kawża) ma fihx spazji vojta jew slashes bil-quddiem; dawn jinbidlu b'tikka;

numru [1] huwa n-numru ordinali ta' sentenza bl-istess numru tal-kawża. Dan in-numru ordinali jiżgura li l-istess identifikatur ECLI ma jintużax biex jidentifika aktar minn sentenza waħda minn qorti minnhom fl-istess sena.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.nsoud.cz/

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://nalus.usoud.cz/Search/Search.aspx


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/05/2019