Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI) - Ġermanja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Ġermaniż diġà ġew tradotti.


Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI

Il-koordinatur innominat tal-ECLI għall-Ġermanja huwa:

Bundesamt für Justiz [l-Uffiċċju Federali tal-Ġustizzja]
Kompetenzzentrum Rechtsinformationssystem des Bundes [iċ-Ċentru ta' Kompetenza Federali - is-Sistema ta' Informazzjoni Ġuridika](CC-RIS)
Adenauerallee 99-103
53113 Bonn
Deutschland

+49 228 410 5801
E-Mail: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacc-ris@bfj.bund.de
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.bundesjustizamt.de

Il-kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi ECLI tal-pajjiż għall-Ġermanja huwa: [DE]

Il-ħolqien ta’ ECLI nazzjonali

Fil-livell federali, il-Qrati Federali qed jippjanaw li jintroduċu l-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI). Il-qrati tal-Länder huma mistennija jintroduċuh iktar tard.

S'issa, il-Qorti Kostituzzjonali Federali, il-Qorti Amministrattiva Federali u t-Tribunal Industrijali Federali introduċew l-ECLI fil-bażijiet ta' dejta tagħhom għad-deċiżjonijiet. Id-deċiżjonijiet kollha ppubblikati fis-siti rispettivi tagħhom minn meta ġie introdott l-ECLI jiġu allokati ECLI. Għal aktar dettalji:

Fin-numru ta' identifikazzjoni ECLI b'ħames partijiet, l-ewwel żewġ karattri jkunu dejjem il-kodiċi tal-Istat Membru:

ECLI:DE:[il-kodiċi tal-qorti]:[is-sena tad-deċiżjoni]:[in-numru tas-serje]

Kull qorti tiġi allokata kodiċi tal-qorti u regoli individwali għall-ġenerazzjoni ta' numru tas-serje. Bħala regola, is-sena tad-deċiżjoni tiġi kkodifikata bħala numru b'erba' ċifri (ssss, eż. 2015).

Il-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht)

Il-kodiċi tal-qorti jkun dejjem BVerfG.
In-numru tas-serje (numru ordinali) ikun kompost f'erba' partijiet jew f'każ li jkun meħtieġ karattru addizzjonali biex jiddistingwi, ħames partijiet, bit-tielet u r-raba' parti, u r-raba' u l-ħames parti jkunu separati b'punt.

1.   Tip ta' proċedura:

b          Sejba li parti tkun antikostituzzjonali
c          Appell kontra deċiżjoni f'tilwima elettorali
e          Proċediment ta' soluzzjoni għat-tilwim bejn korpi kostituzzjonali
f           Stħarriġ ġudizzjarju astratt
g          Tilwim bejn il-Federazzjoni u l-Länder
h          Tilwim ieħor bejn il-Federazzjoni u l-Länder
k          Tilwim li jikkonċerna l-kostituzzjoni ta' Land
f           Stħarriġ ġudizzjarju sustantiv
m         Stħarriġ dwar dritt internazzjonali bħala dritt Federali
n          Interpretazzjoni tal-Liġi Fundamentali wara rinviju mill-qorti kostituzzjonali ta' Land
p          Deċiżjonijiet dwar materji oħra msemmija fl-Att Federali
q          Miżuri provviżorji
r           Rikorsi kostituzzjonali
up        Deċiżjonijiet tal-qorti f'udjenza plenarja
vb        Rikorsi kontra dewmien ġudizzjarju

2.    Abbrevjazzjonijiet għall-formazzjonijiet tal-qorti: k għal deċiżjonijiet tal-Kamra jew s għal deċiżjonijiet ta' Senat (taqsima) (mhux għal kawżi li jitolbu udjenza plenarja jew rikorsi kontra dewmien; f'każijiet bħal dawn il-formazzjoni tal-qorti tkun impliċitament indikata bl-abbrevjazzjoni "up" u "vb"),
3.    Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format ssssxxjj
4.    Fakultattivi: karattru addizzjonali li jiddistingwi (a-z) meħtieġ meta jittieħdu deċiżjonijiet fl-istess data/numru ta' referenza (eżempju: estensjoni ta' miżura provviżorja + deċiżjoni dwar il-merti bl-istess data/numru ta' referenza),
5.    Numru ta' referenza

Eżempju:
L-ECLI għad-deċiżjoni tal-21 ta' Jannar 2015 bin-numru ta' referenza 2 BvR 1856/13 jiġi:
ECLI:DE:BVerfG:2015:rk20150121.2bvr185613.

Il-Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht)

Il-kodiċi tal-qorti jkun dejjem BVerwG.
In-numru tas-serje jikkonsisti f'erba' partijiet, bit-tieni u t-tielet parti, u t-tielet u r-raba' parti jkunu separati b'punt.

1.    Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format jjxxss,
2.    Abbrevjazzjoni għat-tip ta' deċiżjoni (U għal sentenza (Urteil), B għal deċiżjoni (Beschluss), G għal ordni (Gerichtsbescheid),
3.    Numru ta' referenza u
4.    Dejjem: numru addizzjonali li jiddistingwi (biex jiddistingwi bejn żewġ dokumenti jew iktar bl-istess tip ta' deċiżjoni fl-istess ġurnata, bl-istess numru ta' referenza, eż. "0").

Eżempju:
L-ECLI għas-sentenza tas-17 ta' April 2002 bin-numru ta' referenza 9 CN 1.01 jiġi:
ECLI:DE:BVerwG:2002:170402U9CN1.01.0

It-Tribunal Industrijali Federali (Bundesarbeitsgericht)

Il-kodiċi tal-qorti jkun dejjem BAG.
In-numru tas-serje jikkonsisti f'erba' partijiet, separati b'punti:

1.    Id-data eżatta tad-deċiżjoni fil-format jjxxss,
2.    Abbrevjazzjoni għat-tip ta' deċiżjoni (B għal deċiżjoni (Beschluss), U għal sentenza (Urteil)),
3.    Numru ta' referenza u
4.    Dejjem: numru addizzjonali li jiddistingwi (biex jiddistingwi bejn żewġ dokumenti jew iktar bl-istess tip ta' deċiżjoni fl-istess ġurnata, bl-istess numru ta' referenza, eż. "0").

Eżempju:
L-ECLI għad-deċiżjoni tat-Tribunal Industrijali Federali tas-7 ta' Jannar 2015 bin-numru ta' referenza 10 AZB 109/14 jiġi:
ECLI:DE:BAG:2015:070115.B.10AZB109.14.0


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 31/08/2016