Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI) - Franza
Franza għadha fil-fażi sperimentattiva f’dak li jirrigwarda l-implimentazzjoni tal-European Case Law Identifier.
Il-Koordinatur Nazzjonali tal-ECLI
L-uffiċċju tal-informazzjoni legali u amministrattiva (Direction de l’information légale et administrative (DILA)) ġie nnominat bħala l-koordinatur nazzjonali tal-ECLI għal Franza, mis-Segretarjat Ġenerali tal-Gvern.
Kodiċi tal-pajjiż
Il-kodiċi tal-pajjiż għal Franza huwa: [FR]
Il-ħolqien ta' ECLI nazzjonali
Il-qrati supremi Franċiżi kkonċernati mis-sistema tal-ECLI huma:
- il-Kunsill Kostituzzjonali (Conseil constitutionnel);
- il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation);
- il-Kunsill tal-Istat (Conseil d'Etat).
L-ECLI huwa magħmul minn ħames partijiet, u l-ewwel tnejn minnhom huma dejjem l-istess għal Stat Membru:
ECLI:FR:{kodiċi_tal-qorti}:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}
Kull waħda minn dawn il-qrati adottat kodiċi tal-qorti kif ukoll regoli għall-ħolqien tan-numru ordinali.
Is-sena ta' meta tkun ingħatat id-deċiżjoni jkollha dejjem erba' karattri numeriċi (fil-format SSSS, pereżempju 2012).
1. Il-Kunsill Kostituzzjonali (Conseil constitutionnel)
Il-kodiċi tal-qorti għall-Kunsill Kostituzzjonali huwa dejjem CC.
Għaldaqstant, il-forma ġenerika ta' ECLI hija:
ECLI:FR:CC:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}
In-numru ordinali huwa magħmul minn żewġ partijiet, separati b'punt tal-waqfa:
- in-numru tas-serje tat-tip tad-deċiżjoni (dan in-numru jerġa' jibda min-numru 1 mal-bidu ta' kull sena);
- it-tip tad-deċiżjoni (DC, QPC, AN…
ara l-lista ta' dawn it-tipi
Pereżempju:
l-ECLI tad-Deċiżjoni tal-Ġimgħa, is-27 ta' Lulju 2012, Nru 2012-270 QPC ikun ECLI:FR:CC:2012:2012.270.QPC
2. Il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation)
Il-kodiċi tal-qorti għall-Qorti tal-Kassazzjoni huwa dejjem CCASS.
Għaldaqstant, il-forma ġenerika ta' ECLI hija:
ECLI:FR:CCASS:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}
In-numru ordinali jinkludi żewġ elementi li jinkitbu wara xulxin, mingħajr spazju:
- Il-kodiċi ECLI, li jikkorrispondi ma' kull diviżjoni tal-qorti (żewġ karattri alfanumeriċi skont it-tabella ta' hawn taħt):
AP | Assemblée plénière (Seduta Plenarja) |
AV | Avis (Opinjoni) |
C1 | Première chambre civile (L-Ewwel Awla Ċivili) |
C2 | Deuxième chambre civile (It-Tieni Awla Ċivili) |
C3 | Troisième chambre civile (It-Tielet Awla Ċivili) |
CO | Chambre Commerciale (Awla Kummerċjali) |
CR | Chambre criminelle (Awla Kriminali) |
MI | Chambre mixte (Awla Konġunta) |
OR | Ordonnance du premier président (Ordni tal-President) |
SO | Chambre sociale (Awla Soċjali) |
Dan il-kodiċi huwa bbażat fuq l-użu ta' numru ta' amministrazzjoni interna, magħmul minn tmien karattri:
karattru wieħed li jidentifika d-diviżjoni tal-qorti;
żewġ karattri numeriċi li jindikaw is-sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni;
ħames karattri numeriċi li jindikaw in-numru tas-serje għal dik is-sena, għad-diviżjoni tal-qorti inkwistjoni.
Pereżempju: in-numru tar-rikors għas-sentenza tal-Qorti tal-Kassazzjoni fl-Awla Kriminali, tas-27 ta' Frar 2013, huwa 12-81.063 u n-numru tal-amministrazzjoni huwa C1300710. L-ewwel parti tan-numru ordinali ta' din is-sentenza se tkun CR, għall-Awla Kriminali (Chambre criminelle).
- L-aħħar ħames karattri numeriċi tan-numru tal-amministrazzjoni.
Fl-eżempju li qed inġibu hawnhekk, it-tieni parti tan-numru ordinali se tkun 00710. Kollu f'daqqa, l-ECLI tas-sentenza mogħtija mill-Awla Kriminali tal-Qorti tal-Kassazzjoni fis-27 ta' Frar 2013 bin-numru tar-rikors 12-81063, ikun: ECLI:FR:CCASS:2013:CR00710.
3. Il-Kunsill tal-Istat (Conseil d'Etat)
Il-Kunsill tal-Istat juża kodiċi tal-qorti li jidentifika t-tip ta' diviżjoni tal-qorti kkonċernata: l-għerq CE huwa segwit, mingħajr spazji, minn diversi ittri, kif indikat hawn isfel:
Assemblée (Assemblea) | CEASS |
Ordonnance (Ordni) | CEORD |
Section du contentieux (Diviżjoni tat-Tilwimiet) | CESEC |
Sous-section jugeant seule (Subdiviżjoni b'imħallef uniku) | CESJS |
Sous-sections reunies (Subdiviżjonijiet tal-imħallfin kollha f'daqqa) | CESSR |
Il-kodiċi CE waħdu ma jintużax.
Għaldaqstant, il-forma ġenerika hija:
ECLI:FR:CE…:{sena ta' meta ngħatat id-deċiżjoni}:{numru ordinali}
In-numru ordinali huwa magħmul ukoll minn żewġ partijiet, separati b'punt tal-waqfa:
- in-numru tat-talba tad-deċiżjoni;
- id-data ta' meta tingħata d-deċiżjoni, fil-format SSSSXXJJ.
Pereżempju:
L-ECLI tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat Nru 355099, li ngħatat mit-tielet u mit-tmien subdiviżjoni tal-imħallfin kollha f'daqqa, fl-1 ta' Marzu 2013, ikun: ECLI:FR:CESSR:2013:355099.20130301
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 18/07/2017