Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI) - il-Kroazja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Fir-Repubblika tal-Kroazja, l-ECLI ma ġiex introdott fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi ta’ dejta tal-ġurisprudenza li tinżamm fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja (Vrhovni sud Republike Hrvatske), u li tista' tiġi aċċessata mis-sit web tal-Qorti Suprema. Għaldaqstant, minħabba l-importanza tas-sistema ECLI u l-bżonn li tiġi introdotta fl-Istati Membri kollha tal-UE, il-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Kroazja u l-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Kroazja ddeċidew li joħorġu sejħa għall-offerti għall-implimentazzjoni tas-sistema ECLI skont il-Programm tal-Ġustizzja 2014-2020 tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi.

Huwa ta' sodisfazzjon kbir għalina li, dan l-aħħar, il-proġett imsemmi fuq ingħata l-approvazzjoni uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea u li se nkunu qed nibdew nintroduċu s-sistema ECLI, flimkien ma' xi għaxar sħab fil-proġett, fil-bidu ta' Ottubru ta' din is-sena.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 06/09/2016