Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI) - Olanda

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.


Il-koordinatur nazzjonali tal-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI)

Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI huwa l-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak): Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaecliservice@rechtspraak.nl.

Kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa: [NL]

Ġenerazzjoni tal-ECLIs nazzjonali

L-ECLI ġie introdott fil-Pajjiżi l-Baxxi fit-28 ta' Ġunju 2013. L-ECLI jista' jiġi attribwit:

a) għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kunsill għall-Ġudikatura: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/;

b) għad-deċiżjonijiet dixxiplinarji kollha li jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-awtoritajiet dixxiplinarji konġunti: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tuchtrecht.nl/;

c) għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li ma jiġux ippubblikati fuq il-websajts imsemmija fil-punti (a) u (b) iżda li jiġu ppubblikati f’rivisti jew f'bażijiet ta' dejta, u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji li jiġu ppubblikati kummerċjalment bħala “aċċess miftuħ”. L-edituri ta’ rivisti jew l-amministraturi tal-bażijiet ta' dejta li jixtiequ jirreġistraw id-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jagħmlu dan permezz tal-indirizz elettroniku msemmi hawn fuq;

d) għad-deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha li jinżammu f'bażi ta' dejta interna tal-Kunsill għall-Ġudikatura.

Irrispettivament minn jekk id-deċiżjoni nnifisha tiġix ippubblikata fuq waħda miż-żewġ websajts imsemmija hawn fuq, il-websajt Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/ tippubblika l-ECLIs Olandiżi kollha, flimkien ma’ tal-anqas, l-isem tal-korp li jkun ħa d-deċiżjoni, id-data tad-deċiżjoni u n-numru tal-kawża. Fejn magħrufa, jingħataw ukoll ir-referenzi tal-pubblikazzjoni f'każ li d-deċiżjoni tiġi rrapportata f’ġurnali jew f'bażijiet ta' dejta.

L-ECLIs Olandiżi huma magħmula minn dan li ġej:

  • "ECLI";
  • Il-kodiċi tal-pajjiż “NL”;
  • Il-kodiċi tal-Qorti - ara taħt l-intestatura “il-kodiċijiet ECLI tal-Qorti”;
  • Is-sena tad-deċiżjoni;
  • Numru tas-serje. Hemm żewġ formati possibbli.
    • Qabel it-28 ta’ Ġunju 2013, kważi d-deċiżjonijiet kollha li ġew ippubblikati fil-Pajjiżi l-Baxxi ngћataw “LJN” (Landelijk JurisprudentieNummer) jew numru tal-kawża tal-pajjiż. Dan l-“LJN” dejjem kien jikkonsisti f’żewġ ittri u erba’ ċifri, pereż.: "AB1234". Għal raġunijiet ta’ konsistenza dan l-LJN kien inkluż bħala l-ħames parti tal-kodiċi ECLI.
    • Mit-28 ta’ Ġunju 2013, l-LJNs ma baqgħux jiġu attibwiti. Id-deċiżjonijiet kollha li jingħataw ECLI wara din id-data jkollhom numru tas-serje axxendenti li jikkonsisti minn ċifri biss. Dan jista’ japplika wkoll għal deċiżjonijiet maħruġa qabel it-28 ta’ Ġunju 2013.

L-aktar kodiċijiet tal-qrati importanti

Fil-Pajjiżi l-Baxxi hemm għadd kbir ta’ qrati. Il-kodiċijiet tal-qrati Olandiżi l-aktar importanti huma elenkati hawn taħt.

Fl-1 ta’ Jannar 2013 l-organizzazzjoni tal-qrati fil-Pajjiżi l-Baxxi nbidlet b’mod sinifikanti. Il-qrati li, mill-1 ta’ Jannar 2013, ma għadhomx jeżistu huma indikati bħala "aboliti". Fl-1 ta’ April 2013 kien hemm bidla oħra. Il-qrati li ma baqgħux jeżistu minn dik id-data huma indikati wkoll bħala "aboliti".

L-Ogħla Qrati

HR

Hoge Raad (Qorti Suprema)

PHR

Parket bij de Hoge Raad (Qorti Suprema, Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku) (Avukat Ġenerali)

RVS

Raad van State (Kunsill tal-Istat)

CRVB

Centrale Raad van Beroep (Qorti tal-aħħar istanza fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali)

CBB

College van Beroep voor het bedrijfsleven (Qorti Amministrattiva tal-aħħar istanza fi kwistjonijiet tal-kummerċ u l-industrija)

Il-Qrati tal-Appell

GHAMS

Gerechtshof Amsterdam (il-Qorti tal-Appell ta’ Amsterdam)

GHARL

Gerechtshof Arnhem-Leeuwarden

GHARN

Gerechtshof Arnhem (abolita)

GHDHA

Gerechtshof Den Haag

GHLEE

Gerechtshof Leeuwarden (abolita)

GHSGR

Gerechtshof 's-Gravenhage (abolita)

GHSHE

Gerechtshof 's-Hertogenbosch

Il-Qrati Distrettwali

RBALK

Rechtbank Alkmaar (il-Qorti Distrettwali ta' Alkmaar) (abolita)

RBALM

Rechtbank Almelo (abolita)

RBAMS

Rechtbank Amsterdam

RBARN

Rechtbank Arnhem (abolita)

RBASS

Rechtbank Assen (abolita)

RBBRE

Rechtbank Breda (abolita)

RBDHA

Rechtbank Den Haag

RBDOR

Rechtbank Dordrecht (abolita)

RBGEL

Rechtbank Gelderland

RBGRO

Rechtbank Groningen (abolita)

RBHAA

Rechtbank Haarlem (abolita)

RBLEE

Rechtbank Leeuwarden (abolita)

RBLIM

Rechtbank Limburg

RBMAA

Rechtbank Maastricht (abolita)

RBMID

Rechtbank Middelburg (abolita)

RBMNE

Rechtbank Midden-Nederland

RBNHO

Rechtbank Noord-Holland

RBNNE

Rechtbank Noord-Nederland

RBOBR

Rechtbank Oost-Brabant

RBONE

Rechtbank Oost-Nederland (abolita)

RBOVE

Rechtbank Overijssel

RBROE

Rechtbank Roermond (abolita)

RBROT

Rechtbank Rotterdam

RBSGR

Rechtbank 's-Gravenhage (abolita)

RBSHE

Rechtbank 's-Hertogenbosch (abolita)

RBUTR

Rechtbank Utrecht (abolita)

RBZLY

Rechtbank Zwolle-Lelystad (abolita)

RBZUT

Rechtbank Zutphen (abolita)

RBZWB

Rechtbank Zeeland-West-Brabant

Il-kodiċijiet kollha tal-qrati

Lista sħiħa tal-kodiċijiet tal-qrati Olandiżi, f'ordni alfabetika, tinsab fl-AnnessPDF(73 Kb)NL. Il-korpi li ma għadhomx jeżistu huma indikati bħala "aboliti".


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/04/2018