Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Identifikatur ewropew tal-ġurisprudenza (ECLI) - Slovenja


Il-Koordinatur Nazzjonali tal-ECLI

Il-koordinatur nazzjonali tal-ECLI għas-Slovenja huwa:

Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja

Id-Dipartiment tar-Reġistru,

Tavčarjeva 9,

SI-1000 Ljubljana

Slovenia

Email ta’ kuntatt: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaecli.vsrs@sodisce.si

Persuna ta’ kuntatt: Gregor Strojin

Kodiċi tal-pajjiż

Il-kodiċi tal-pajjiż tas-Slovenja huwa: [SI]

Il-ħolqien tal-ECLI nazzjonali

Fl-1 ta’ Ottubru 2011, is-Slovenja introduċiet l-ECLI bħala parti integrali tad-dokumenti eżistenti kollha ppubblikati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafil-bażijiet ta’ dejta tal-każistika tal-qrati tagħha. Id-dokumenti ġodda kollha li jiddaħħlu fil-bażijiet ta’ dejta tal-każistika jirċievu ECLI wkoll. L-ECLI se jkun inkluż fis-sentenzi ġudizzjarji kollha fil-futur qrib.

L-ECLIs kollha jinħolqu awtomatikament abbażi tad-dejta eżistenti.

Il-pubblikaturi privati kollha magħrufa tad-dokumenti tal-każistika ġew infurmati dwar l-ECLI, u l-parti l-kbira tagħhom diġà assenjaw ECLI għad-dokumenti ppubblikati.

Kodiċijiet tal-qrati:

VSRS: Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije)

USRS: Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja (Ustavno sodišče Republike Slovenije)

VSCE: Il-Qorti Superjuri f’Celje (Višje sodišče v Celju)

VSKP: Il-Qorti Superjuri f’Koper (Višje sodišče v Kopru)

VSLJ: Il-Qorti Superjuri f’Ljubljana (Višje sodišče v Ljubljani)

VSMB: Il-Qorti Superjuri f’Maribor (Višje sodišče v Mariboru)

UPRS: Il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja (Upravno sodišče Republike Slovenije)

VDSS: Il-Qorti Superjuri Industrijali u Soċjali (Višje delovno in socialno sodišče)

Nota: Il-kodiċjiet tal-qrati jikkonsistu f'erba' ittri. Il-lista tal-qrati parteċipanti bħalissa tapplika biss għall-qrati tal-appell, il-Qorti Suprema u l-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja, li s-sentenzji tagħhom huma diġà ppubblikati fil-bażijiet ta' dejta tal-każistika nazzjonali. Fil-futur qrib se jiżdiedu qrati u istituzzjonijiet oħrajn.

Is-sena tas-sentenza:

Tintuża s-sena li fiha ħarġet is-sentenza (entrata SSSS).

Numru ta' referenza:

In-numru ordinali regolari (minn issa 'l quddiem: RON), pereżempju II Ips 123/2005) ta' qorti partikolari (qasam tad-dejta: Odločba (=sentenza)) tintuża bħala l-bażi għall-formazzjoni tan-numru ordinali tal-ECLI (minn issa 'l quddiem: EON).

Kliem oħra (pereżempju Sodba, Sklep, eċċ.) li jistgħu jkunu parti mill-qasam tad-dejta Odločba mhumiex meqjusa bħala parti mir-RON u għandhom jitħallew barra/jitħassru meta jiġi kompost l-EON.

Is-sena, li hija parti mir-RON, tibqa’ tifforma parti mill-EON il-ġdid.

Peress li n-numri ordinali regolari jinkludu simboli bħal sing, linji mmejla jew spazju vojt, kull wieħed minn dawn għandu jiġi sostitwit b’punt tal-waqfa fil-format ECLI (pereżempju II Ips 123/2005 jsir II.Ips.123.2005; I K 123456/2010 jsir I.K.123456.2010; eċċ.).

Ir-regoli ġenerali għall-EON huma suġġetti għall-eċċezzjonijiet definiti fil-każijiet speċjali hawn taħt.

Każijiet speċjali:

A: Meta f’deċiżjoni jkun hemm żewġ RONs jew iktar, l-ewwel RON biss jintuża biex jiġi kompost l-ECLI. ".A" għandha tiżdied fit-tarf ta' EON f'tali każijiet. RONs oħrajn jistgħu jiġu aċċessati permezz ta' dokument ta’ metadejta.

Pereżempju:
Sodba II Ips 49/2008 u II Ips 28/2011

imbagħad l-ECLI huwa:
ECLI:SI:VSRS:2008:II.IPS.49.2008.A


B: Meta deċiżjoni tuża biss RON wieħed li jkun simili għal għadd ta’ deċiżjonijiet oħra b’RONs differenti, l-oħrajn ma jkunux inżdiedu fil-bażijiet ta’ dejta tal-każistika. L-ewwel RON jintuża għall-ħolqien tal-ECLI, u l-oħrajn jissemmew ħala “l-istess bħal” fil-metadejta. Il-bqija tar-RONs jintużaw biex joħolqu l-ECLIs li huma mniżżla fil-bażi ta’ dejta bħala relatati ma’ deċiżjonijiet simili.

Pereżempju:
Sodba VIII Ips 432/2009, l-istess bħal VIII Ips 50/2009 u VIII Ips 448/2009, VIII Ips 28/2009

allura l-ECLI huwa:
ECLI:SI:VSRS:2009:VIII.IPS.432.2009,

l-istess bħal:
ECLI:SI:VSRS:2009:VIII.IPS.50.2009
ECLI:SI:VSRS:2009:VIII.IPS.448.2009
ECLI:SI:VSRS:2009:VIII.IPS.28.2009

L-utenti li jfittxu kwalunkwe wieħed minn dawn l-ECLIs ikunu diretti għall-istess dokument.

 

C: Fil-passat kien hemm drabi meta r-RON tal-istess qorti seta’ jkun idduplikat minħabba li l-istituzzjoni kienet taħdem f'fergħat differenti f’lokalitajiet oħrajn u ma kellhiex sistema ċentralizzata tal-ġestjoni tal-kawżi (pereżempju UPRS). Il-fergħa preċiża tiġi identifikata fil-metadejta ta’ dokument. F’każijiet bħal dawn fl-aħħar tal-EON għandha tiżdied kombinazzjoni ta’ “.ittra” li tirrappreżenta fergħa f'lokalità oħra, u dan skont il-klassifika li ġejja:

Celje: .C

Ljubljana: .L

Nova Gorica: .G

Maribor: .M


D: Uħud mid-dokumenti penali (liġi kriminali) fil-bażi ta' dejta tal-SOVS tal-Qorti Suprema jużaw żewġ RONs fil-qasam tad-dejta "Odločba". L-ewwel wieħed juża n-numru ordinali (f'forma ta' -NN), filwaqt li l-ieħor huwa inkluż fil-parenteżi ( ). Ir-raġuni għal dan hija r-reġistrazzjoni doppja tal-każijiet matul fażi ta’ tranżizzjoni għall-introduzzjoni ta’ sistema ta’ ġestjoni informatizzata tal-kawżi kriminali.

F’dawn il-każijiet biss l-ewwel RON jintuża għall-ħolqien tal-ECLI, li miegħu jiżdied in-numru ordinali tal-kawża wara s-sena. Ir-RON l-ieħor imsemmi fil-parenteżi jitwarrab u ma jiffurmax parti mill-ECLI.

Pereżempju:
Sodba I Ips 3248/2009-39 (I Ips 10/2010)

imbagħad l-ECLI huwa:
ECLI:SI:VSRS:2009:I.IPS.3248.2009.39


E: F’xi każijiet diversi dokumenti tal-istess qorti jużaw l-istess RON, pereżempju miżuri preliminari u sentenzi finali. F’dawn il-każijiet, jiżdied numru għall-iskop tal-ħolqien tal-EON. L-ewwel sentenza (skont id-data tal-ħruġ) m’għandhiex addendum numeriku. Dik li jmiss tirċievi addendum “.1”, dik sussegwenti “.2”, eċċ. L-addenda huma assenjati b’mod awtomatiku abbażi tad-data meta d-dokument ikun inħareġ.

Pereżempju:
Sklep G 6/2011 (nota: duplikat f'numru ta' dokumenti)

allura l-ECLI huma:
ECLI:SI:VSRS:2011:G.6.2011
ECLI:SI:VSRS:2011:G.6.2011.1
ECLI:SI:VSRS:2011:G.6.2011.2

eċċ.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče RS)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja (Ustavno sodišče RS)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKażistika (Sodna praksa)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKażistika (huwa meħtieġ permess mill-Qorti Suprema biex tintuża l-interface tal-programm tal-applikazzjoni (API))

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKażistitka tal-Qorti Kostituzzjonali (Sodna praksa Ustavnega sodišča RS)


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 02/11/2016