Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Titolu eżekuttiv ewropew - Ċipru


1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

1. Proċeduri għall-korrezzjoni u l-irtirar (Art. 10(2))

Il-proċeduri għall-korrezzjoni huma l-istess bħal dawk imsemmija fir-Regoli tal-Proċedura Ċivili. Iċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew ta’ Infurzar jista’ jiġi rettifikat jekk ikun hemm żball materjali jew diskrepanza bejn is-sentenza u ċ-ċertifikat.

2. Proċeduri għar-reviżjoni (Art.19 (1))

Kull proċedura għar-reviżjoni tas-sentenza tista’ tiġi rreġistrata f’konformità mar-Regoli tal-Proċedura Ċivili, u skont l-Ordni 48, kull talba trid tkun ippreżentata bil-miktub u nnotifikata lill-partijiet interessati minn tal-anqas erbat ijiem qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ. Il-formola fl-Anness VI tar-Regolament tista’ tintuża biex tintbagħat it-talba.

3. Lingwi aċċettati (Art. 20(2)(c))

Il-Grieg u l-Ingliż

4. Awtoritajiet nominati biex jiċċertifikaw id-dokumenti awtentiċi (Art. 25)

Mhux applikabbli. Fl-ordinament ġuridiku ta’ Ċipru, ma hemm l-ebda strument awtentiku li jaqa’ taħt l-Artikolu 4 tar-Regolament.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 18/04/2019