Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Ordni ta' Ħlas Ewropea


L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni Ewropew ta' Infurzar huwa proċedura sempliċi li tista' tintuża għal talbiet transfruntieri mhux ikkontestati. Din il-proċedura tippermetti sentenza dwar talba mhux ikkontestata li tkun ingħatat fi Stat Membru biex tiġi faċilment rikonoxxuta u eżegwita fi Stat Membru ieħor.


Biex sentenza tiġi ċertifikata bħala Ordni Ewropew tal-Infurzar (OEI), l-imħallef juża formola standard, li tinstab hawnhekk.

Malli l-Ordni Ewropew tal-Infurzar jinħareġ mill-qorti, irid jintbagħat lill-awtorità tal-eżekuzzjoni tal-Istat Membru fejn ikun jgħix id-debitur jew fejn ikunu jinsabu l-beni tiegħu.

Minn barra l-Ordni Ewropew tal-Infurzar, għandha tintbgħat ukoll kopja tas-sentenza oriġinali, u tista' tinħtieġ traduzzjoni taċ-ċertifikat tal-Ordni Ewropew tal-Infurzar, skont x'lingwi jkunu aċċettati mill-awtorità tal-eżekuzzjoni fl-Istat Membru l-ieħor. Ma jinħtieġu l-ebda formalitajiet oħrajn, u s-sentenza tista' tiġi eżegwita fi Stat Membru ieħor.

Links relatati

Gwida ta’ prattika ghall-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-ordni Ewropew ta’ InfurzarPDF(1137 Kb)mt

L-Ordni Ewropew ta' Infurzar – notifiki tal-Istati Membri u għodda ta' tfittxija li tgħin fl-identifikazzjoni tal-qorti/qrati/awtorità/awtoritajiet kompetenti


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 17/11/2017