Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Atlas Ġudizzjarju Ewropew dwar kwistjonijiet ċivili


Din it-taqsima tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika hija maħsuba bħala punt ta’ waqfa waħda futura fil-qasam ta’ informazzjoni prattika dwar kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili.


Hawnhekk tista’ ssib informazzjoni rilevanti għal strumenti Ewropej fi kwistjonijiet ċivili, inkluża l-informazzjoni u n-notifiki uffiċjali pprovduti mill-Istati Membri. Tista’ tidentifika wkoll il-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti fejn tista’ tapplika magħhom fil-kuntest tal-istrumenti.

Il-lista ta’ strumenti disponibbli f’din it-taqsima se tiġi estiża bil-mod.

Għalissa, dawn li ġejjin huma koperti:

- Riformulazzjoni ta' Brussell I – ir-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

Sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali - Ir-Regolament Brussell I - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

- Rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni – ir- Regolament (UE) Nru 606/2013 tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ miżuri ta’ protezzjoni fi kwistjonijiet ċivili

- Il-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali – ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (imsejjaħ ir-Regolament “Ruma III”)

- Medjazzjoni – id-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali

- Talbiet Żgħar - Regolament (KE) NRU 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

- L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea

- Obbligi ta' manteniment - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat- 18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment

Titolu eżekuttiv ewropew - Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta' Infurzar għal talbiet mhux kontestati

- Kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta'Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000

Notifika ta' dokumenti - Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000

Għajnuna legali - Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/8/KE tas-27 ta' Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f'tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma' għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn

Smigħ ta' xhieda - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001 tat-28 ta' Mejju 2001 dwar kooperazzjoni bejn il-qrati ta' l-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali

- Suċċessjonijiet - Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni

- Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet - Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 li jistabbixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transkonfinali tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali

Din is-sezzjoni hi suċċessur għas-sit web l-antik ATLAS Ġudizzjarju Ewropew li attwalment qed jitneħħa progressivament.

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2017