Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

It-taħriġ ġudizzjarju Ewropew


Il-kooperazzjoni transfruntiera (kemm fil-każijiet ċivili kif ukoll kriminali) uriet li l-atti u l-mekkaniżmi legali Ewropej jistgħu jiġu implimentati b'mod aktar effettiv għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji jekk ikun hemm aktar:

  • fehim u fiduċja reċiproka bejn il-ġuristi fil-pajjiżi differenti tal-UE;
  • għarfien tal-istrumenti ta' leġiżlazzjoni u kooperazzjoni tal-UE; u
  • fehim konsistenti tal-liġi tal-UE (li tiżgura l-applikazzjoni korretta fil-każijiet nazzjonali).

It-taħriġ ġudizzjarju Ewropew jinvolvi t-taħriġ tal-ġuristi fil-leġiżlazzjoni sostantiva u proċedurali tal-UE u t-titjib tal-għarfien tagħhom u l-għarfien tas-sistemi ġudizzjarji nazzjonali fi Stati Membri oħra. Tingħata prijorità lill-imħallfin u l-prosekuturi responsabbli għall-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, iżda t-taħriġ ġudizzjarju Ewropew huwa wkoll essenzjali għal ġuristi oħrajn, bħal persunal tal-qorti, avukati, solicitors (avukati li ma jipprattikawx il-qorti), bailiffs, nutara u medjaturi. Il-ġuristi kollha jridu jsiru kompetenti fir-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni tal-qafas leġiżlattiv Ewropew. Il-fiduċja u l-fehim reċiproċi huma wkoll essenzjali għall-iżgurar ta' ambjent legali sikur li jiddefendi d-drittijiet tal-individwi u l-kumpaniji b'mod ċar u konsistenti.


Taħriġ ġudizzjarju

It-Trattat ta' Lisbona għall-ewwel darba ta lill-Unjoni Ewropea Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi legali għal azzjoni mifthiema fuq it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew fil-liġi kriminali u ċivili.

Madankollu, l-Istati Membri jżommu r-responsabbiltà primarja f'dan il-qasam.

Din it-taqsima għalhekk se tkun supplimentata progressivament minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri, il-Kummissjoni Ewropea u l-professjonijiet legali.

Din tieħu kont tas-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-:

Dan jippromwovi wkoll l-użu mill-ġdid ta':

  • materjali ta' taħriġ għall-ġuristi, ħarrieġa u fornituri ta' taħriġ fuq bosta suġġetti tal-liġi tal-UE u factsheets dwar prattiki tajba għat-taħriġ tal-ġuristi għall-ħarrieġa u għall-fornituri ta' taħriġ
  • u prattiki ta' taħriġ tajba.

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 12/11/2015