Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Awstrija


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Awstrija

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Għall-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea għandha ġurisdizzjoni biss il-Qorti Distrettwali Kummerċjali ta’ Vjenna (Art. 252(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (ZPO)).

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Talbiet għal reviżjoni skont l-Artikolu 20(1) u (2) jiġu proċessati bl-istess proċedura bħat-talbiet għal restitutio in integrum. Madankollu, deċiżjoni li tintlaqa’ applikazzjoni taħt il-paragrafu 2 hija appellabbli (Art. 252(5) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Awstrijakk(ZPO)).

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Is-sottomissjonijiet fil-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea jistgħu jsiru jew f’forma stampata jew elettronikament permezz ta’ WebERV (sistema ta’ komunikazzjoni elettronika dwar il-ġustizzja fuq l-internet). Bħala prinċipju, il-WebERV hija disponibbli għal kull persuna naturali u ġuridika. Teknikament huwa meħtieġ software speċjali u l-użu ta’ aġenzija ta’ trażmissjoni. Lista aġġornata tal-aġenziji ta’ trażmissjoni tinstab hawn: http://www.edikte.justiz.gv.at/edikte/km/kmhlp05.nsf/all/erv.

L-applikazzjonijiet ma jistgħux jiġu ppreżentati permezz tal-faks jew bl-email.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa aċċettata skont l-Artikolu 21(2)(b) hi l-Ġermaniż.

Barra mil-lingwa Ġermaniża bħala lingwa uffiċjali, ċittadini Awstrijaċi u ċittadini ta’ Parti Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu, quddiem il-qrati distrettwali ta’ Oberpullendorf u ta' Oberwart, jużaw il-lingwa Ungeriża, quddiem il-qrati distrettwali ta’ Ferlach, Eisenkappel u Bleiburg il-lingwa Slovena u quddiem il-qrati distrettwali ta’ Eisenstadt, Güssing, Mattersburg, Neusiedl am See, Oberpullendorf u Oberwet, il-lingwa Kroata.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/11/2017