Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Belġju


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Belġju

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

F'konformità mal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan, il-qrati li għandhom il-ġuriżdizzjoni li joħorġu ordni ta’ ħlas Ewropea, skont il-post u s-suġġett tal-kawża, huma l-Kummissarju tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Prim'Istanza, il-Qorti Kummerċjali jew it-Tribunal Industrijali.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Fid-dawl taċ-ċirkustanzi konkreti, skont id-dritt Belġjan, hemm diversi mezzi ta' rikors li jistgħu jintużaw biex isir rieżami ta' deċiżjoni:

- l-ewwel nett, l-Artikolu 1051 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi l-possibbiltà li jsir appell kontra sentenza fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f’ċerti każijiet, mill-avviż tagħha skont l-Artikolu 792, paragrafu 2 u 3 ta’ dan il-Kodiċi. Dan japplika għal sentenzi kontradittorji u għal sentenzi b'kontumaċja.

- it-tieni, l-Artikolu 1048 tal-Kodiċi Ġudizzjarju jipprovdi l-possibbiltà li titressaq oġġezzjoni kontra sentenza mogħtija f'kontumaċja fi żmien xahar min-notifika tagħha jew, f’ċerti każijiet, mill-avviż tagħha skont l-Artikolu 792, paragrafu 2 u 3 ta’ dan il-Kodiċi.

- Fir-rigward ta' sentenzi li jkunu saru res judicata, mogħtija minn qrati ċivili u mill-qrati kriminali li jqisu aspetti ċivili, tista' tiġi ppreżentata applikazzjoni għal rieżami straordinarju (requête civile), f’ċerti ċirkustanzi previsti mill-Artikolu 1133 tal-Kodiċi Ġudizzjarju fi żmien 6 xhur minn meta ssir magħrufa s-sentenza, u dan sabiex jiġu rrevokati dawn is-sentenzi.

Biex isir appell, biex titressaq oġġezzjoni jew biex tiġi ppreżentata applikazzjoni għal rieżami straordinarju jgħoddu l-limiti ta' żmien kif indikati hawn fuq u dan:

- soġġett għal-limiti ta' żmien previsti fid-dispożizzjonijiet imperattivi sopranazzjonali u internazzjonali;

- mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà offruta mill-Artikolu 50 tal-Kodiċi Ġudizzjarju li jiġi estiż, f’ċerti kundizzjonijiet previsti mil-liġi, limitu ta' żmien li warajh jiskadi intitolament ;

- mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jiġi applikat il-prinċipju ġenerali tad-dritt, ikkonfermat f'diversi okkażjonijiet mill-Qorti tal-Kassazzjoni Belġjana, li skontu l-limitu ta' żmien għat-twettiq ta' att jiġi estiż favur parti li, minħabba forza maġġuri, ma setgħetx twettaq l-att qabel l-iskadenza tal-limitu ta' żmien.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

F'konformità mar-Regolament, il-mezzi ta’ komunikazzjoni aċċettati u li l-qrati jistgħu jużaw huma limitati, fil-Belġju, għat-twassil dirett tal-formola tat-talba tat-tip A fl-Anness I, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn, fir-reġistru tal-qorti kompetenti U għat-tressiq permezz tal-posta rreġistrata ta’ din l-istess formola, flimkien mad-dokumenti ta’ sostenn, lill-qorti kompetenti.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Fil-qafas tal-Artikolu 21(2)(b), il-Belġju ma jaċċetta l-ebda lingwa għajr il-lingwa uffiċjali jew waħda mil-lingwi uffiċjali tal-post tal-eżekuzzjoni, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali Belġjana.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 28/07/2017