menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Ġermanja


Rimarki preliminari

Id-dettalji dwar l-implimentazzjoni fil-Ġermanja tar-Regolament li joħloq proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea jinsabu f'Att dwar it-titjib fl-eżekuzzjoni ta' talbiet tranfruntieri u n-notifika tad-dokumenti.


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Ġermanja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Il-Qorti Distrettwali (Amtsgericht) ta' Wedding f'Berlin għandha ġuriżdizzjoni fuq il-Ġermanja kollha. Id-dettalji ta' kuntatt għal din il-Qorti huma kif ġej:

Amtsgericht Wedding
13343 Berlin
Tel: +49 (0)30 90156 - 0
Faks: +49 (0)30 90156 - 203

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

Il-Qorti kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta' Wedding.

L-iskop u l-operat tal-proċedura ta' rieżami huma fil-biċċa l-kbira tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 20 tar-Regolament. Skont l-Att ir-rikorrent irid juri l-fatti li fl-opinjoni tiegħu jiġġustifikaw l-annullament tal-ordni ta' ħlas Ewropea. Mid-deċiżjoni tal-qorti ma jistax isir appell. Jekk il-qorti tiddikjara illi l-ordni ta' ħlas Ewropea huwa null u bla effett, il-proċedura tintemm skont ir-Regolament.

B'mod eċċezzjonali, għal kwistjonijiet ta' xogħol skont l-Artikolu 2 u l-Artikolu 46b(2) tal-Liġi dwar il-Qrati Industrijali (Arbeitsgerichtsgesetz), il-ġuriżdizzjoni tmur għand il-qorti industrijali li jkollha ġuriżdizzjoni f'proċedimenti għal sentenza sħiħa (Urteilsverfahren).

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

Rikors għal ordni ta' ħlas Ewropea jista' jsir elettronikament kif ukoll fuq karta jekk il-qorti kompetenti tippermetti dan it-tip ta' rikors. Quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Wedding, ir-rikorsi jistgħu jsiru elettronikament. Jenħtieġ softwer speċjali sabiex ir-rikors isir elettronikament quddiem il-Qorti Distrettwali ta' Wedding. Għal aktar informazzjoni ara: https://www.berlin.de/sen/justiz/gerichte/ag/wedd/eumav_wege_der_antragstellung.php.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Il-lingwa Ġermaniża biss hija aċċettata.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 15/07/2016