Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas - Finlandja


SIB QRATI/AWTORITAJIET KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Finlandja

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea


L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

L-Artikolu 29(1)(a) - Qrati b’ġurisdizzjoni

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Finlandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Il-Qorti Distrettwali ta’ Ħelsinki għandha l-ġuriżdizzjoni li toħroġ ordni Ewropew għal pagament.

L-Artikolu 29(1)(b) - Proċedura ta' reviżjoni

L-Artikolu 20 tar-Regolament, li jirrigwarda r-reviżjoni tal-ordni Ewropew għal pagament, japplika fil-Finlandja kif inhu. Għall-finijiet tal-Artikolu 20, il-qorti kompetenti hija l-Qorti Distrettwali ta’ Ħelsinki.

B'żjieda mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 20 tar-Regolament, id-dispożizzjonijiet dwar meżżi straordinarji ta’ appell f’Kapitolu 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja japplikaw ukoll għall-ordni Ewropew għal pagament. Dawn jinkludu ilmenti bbażati fuq żball proċedurali (Sezzjoni 1 ta’ Kapiltolu 31) u revoka ta’ sentenza finali (Sezzjoni 7 ta’ Kapitolu 31). Fis-Sezzjoni 17 tal-Kodiċi tal-Proċeduta Ġudizzjarja hemm dispożizzjoni dwar il-konċessjoni ta’ skadenza ġdida.

L-Artikolu 29(1)(c) - Mezzi ta' komunikazzjoni

L-Att Nru 13/2003 dwar is-Servizzi Elettroniċi u l-Komunikazzjoni (Settur Pubbliku) jinkludi dispożizzjonijiet dwar is-sottomissjoni ta’ dokumenti bi prova lil qorti Finlandiża. Taħt dan l-Att, il-meżżi ta’ komunikazzjoni aċċettati għall-ordni għal proċedura ta' pagament huma l-posta, il-faks u l-posta elettronika.

L-Artikolu 29(1)(d) - Lingwi aċċettati

Ordnijiet Ewropej għal pagament jistgħu jintbagħtu bil-Finlandiż, bl-Iżvediż jew bl-Ingliż.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 20/07/2018