Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

L-Ordni Ewropea tal-Ħlas

Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 1896/2006


Informazzjoni ġenerali

Ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament tal-Kunsill 1896/2006 tat-12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura Ewropea għall-ordni ta’ pagament jippermetti li l-kredituri jirkupraw il-kwistjonijiet ċivili u kummerċjali mhux ikkontestati skont proċedura uniformi li taħdem b'formoli standard.

Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-proċedura ma teħtieġx preżenza quddiem il-qorti. Dak li jagħmel it-talba jrid biss jibgħat l-applikazzjoni tiegħu, imbagħad kollox jimxi waħdu. M'hemmx bżonn ta' aktar formalitajiet jew intervent ieħor min-naħa ta' min jagħmel it-talba.

Ir-Regolament jipprovdi seba' formoli standard.

Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jipprovdik b'informazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u b'għodda faċli li tintuża biex timla l-formoli.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web ARKIVJAT tal-ATLAS Ġudizzjarju Ewropew (magħluq fit-30 ta' Settembru 2017)


SIB QRATI KOMPETENTI

L-għodda ta' tiftix hawn taħt se tgħinek tidentifika qorti/qrati jew awtorità(jiet) kompetenti għal strument legali Ewropew speċifiku. Jekk jogħġbok innota li għalkemm sar kull sforz biex tiġi aċċertata l-preċiżjoni tar-riżultati, jista' jkun hemm xi każijiet eċċezzjonali li jikkonċernaw id-determinazzjoni ta' kompetenza li mhumiex neċessarjament koperti.

Proċeduri transfruntieri Ewropej - ordni ta' ħlas Ewropea

 


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 21/11/2017