In-netwerks u l-istrutturi ta' taħriġ Ewropej

Bl-iżviluppi fil-leġiżlazzjoni Ewropea u aktar mobbiltà għal ċittadini Ewropej, ħarġet ħtieġa ċara fl-aħħar deċennju għal taħriġ kontinwu għal ġuristi fil-livell Ewropew. Diversi strutturi Ewropej, stabbiliti bis-sostenn tal-Istati Membri, kif ukoll xi organizzazzjonijiet professjonali jipprovdu dan it- taħriġ, ta' spiss b'sostenn ta' ffinanzjar Ewropew.


Netwerks u strutturi ta' taħriġ fuq livell Ewropew

Organizzazzjonijiet professjonali li jorganizzaw l-attivitajiet ta' taħriġ f'livell Ewropew

Netwerks ġudizzjarji fil-livell tal-UE li jikkooperaw mal-EJTN dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew

Netwerks u strutturi ta' taħriġ fuq livell Ewropew

Skont il-ħtiġijiet professjonali u partikolari tagħhom, ġuristi jistgħu japplikaw għal struttura waħda jew strutturi oħrajn li huma ppreżentati fil-qosor hawn. Ukoll, ħafna korsijiet huma offruti minn universitajiet u fornituri ta' taħriġ privat.

Għall-imħallfin u l-prosekuturi

In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEJTN, li ġie stabbilit fis-sena 2000, jiżviluppa standards u kurrikuli ta' taħriġ, jikkoordina skambji u programmi ta' taħriġ ġudizzjarju u jħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-istrutturi nazzjonali ta' taħriġ tal-UE għall-imħallfin u l-prosekuturi. Is-segretarju ġenerali tal-EJTN hu bbażat f'Brussell (il-Belġju). Tista' ssib sommarju tal-attivitajiet tal-EJTN Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Għall-ġuristikollha

L-Akkademja tad-Dritt Ewropew (ERA)

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaERA toffri konferenzi, seminars, korsijiet professjonali ta' taħriġ u dibattiti dwar politiki f'oqsma differenti tad-dritt tal-UE, imfasslin għall-ġuristi kollha. L-ERA tinsab fi Trier (il-Ġermanja). Tista' ssib sommarju tal-attivitajiet tagħha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika - Iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Prosekuturi (EIPA)

It-taħriġ fil-liġi tal-Unjoni Ewropea hi waħda mill-oqsma ta' attività tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEIPA. It-taħriġ hu mfassal għal imħallfin, ġuristi, ċittadini u uffiċjali tal-UE u avukati tas-settur privat. L-EIPA għandu ċentri f'Maastricht (in-Netherlands), il-Lussemburgu, Barċellona (Spanja) u Varsavja (il-Polonja). Tista' ssib sommarju tal-attivitajiet tagħha Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Organizzazzjonijiet professjonali li jorganizzaw l-attivitajiet ta' taħriġ f'livell Ewropew

Dawn l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-ġuristi f'livell Ewropew jorganizzaw xi attivitajiet ta' taħriġ fuq bażi ad hoc.

Avukati, barristers, solicitors

Il-Kunsill tal-Kmamar u tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati tal-Ewropa - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCCBE

Nutara

Il-Kunsill tal-Kmamar tan-Nutura tal-Unjoni Ewropea - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCNUE

Uffiċjali Ġudizzjarji

L-Unjoni Internazzjonali tal-Uffiċjali Ġudizzjarji - Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaUIHJ

Netwerks ġudizzjarji fil-livell tal-UE li jikkooperaw mal-EJTN dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew

L-EJTN jiġbor il-korpi nazzjonali tat-taħriġ ġudizzjarju tal-Istati Membri tal-UE u bħala tali hu fl-aħjar pożizzjoni biex jikkoordina u jiżviluppa aktar it-taħriġ ġudizzjarju. Hu jikkoopera ma’ netwerks ġudizzjarji oħra fuq livell tal-UE, liema objettivi u interessi relatati mat-taħriġ rispettivi huma ppreżentati fil-folji informattivi li ġejjin:

  • In-Netwerk Ewropew tal-Kunsilli tal-Ġudikatura (ENCJPDF(166 Kb)en)
  • In-NetwerkPDF(146 Kb)en tal-Presidenti tal-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Unjoni Ewropea
  • L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġurisdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA-EuropePDF(168 Kb)en)
  • In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew (EJNPDF(159 Kb)en)
  • In-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji Ċivili u Kummerċjali (EJN-CivilPDF(149 Kb)en)
  • L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Amministrattivi Ewropej (AEAJPDF(152 Kb)en)
  • L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Ewropej tal-Liġi tal-Kompetizzjoni (AECLJPDF(151 Kb)en)
  • L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Medjazzjoni (GEMMEPDF(148 Kb)en)
  • L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin tal-Qorti Industrijali (EALCJPDF(154 Kb)en)
  • L-Assoċjazzjoni Internazzjonali ta' Imħallfin fil-Liġi dwar ir-Refuġjati (IARLJPDF(156 Kb)en)
  • Il-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJEPDF(153 Kb)en)
  • In-Netwerk Ewropew tal-Prosekuturi għall-Ambjent (ENPEPDF(153 Kb)en)

Ir-rapport tal-proġett 2013-2014 li jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-EJTN (in-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju) u n-netwerks msemmija hawn fuq hu disponibbli hawnPDF(148 Kb)en.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 12/02/2020

L-Akkademja tad-Dritt Ewropew - ERA

L-objettiv tal-ERA huwa li tippromwovi l-fehim u l-aħjar prattika tal-liġi tal-UE billi tipprovdi taħriġ għal ġuristi minn madwar l-Ewropa, kif ukoll forum għal diskussjoni u skambju.


Gruppi destinatarji

L-ERA taħdem mal-prattikanti kollha tal-liġi:

  • Imħallfin
  • Prosekuturi
  • Avukati b'uffiċċju privat
  • Nutara
  • Konsulenti legali interni u avukati fin-negozju
  • Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi
  • Avukati fl-amministrazzjoni pubblika

Tipi ta’ attivitajiet ta’ taħriġ żviluppati

Kif tispjega l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-taħriġ ġudizzjarju ta’ Settembru 2011 , l-ERA “għandha esperjenza estensiva fejn tidħol l-organizzazzjoni ta’ seminars b’suċċess dwar il-liġi tal-Unjoni għal udjenzi multikulturali”. Hija toffri konferenzi u korsijiet fuq livelli differenti fiċ-ċentru tagħha fi Trier (ħdejn il-kapitali ġudizzjarja tal-UE fil-Lussemburgu), fi Brussell u madwar l-Ewropa:

  • Konferenzi u forums annwali sabiex jiġu rriveduti u ddibattuti l-aħħar żviluppi
  • Seminars għall-prattikanti ffukati li jesploraw fid-dettall żvilupp speċifiku
  • Korsijiet ta’ taħriġ bażiku bħala introduzzjoni għal qasam speċifiku tal-liġi tal-UE
  • Aġġornamenti fi Brussell sabiex jiġu analizzati l-iżviluppi topiċi fil-liġi tal-UE
  • Korsijiet tal-lingwa legali

L-ERA tipprovdi wkoll:

  • Korsijiet u riżorsi tat-tagħlim elettroniku
  • Preżentazzjonijiet elettroniċi bil-parteċipazzjoni tal-aqwa esperti fuq il-liġi tal-UE
  • Ġurnal legali trimestrali msejjaħ ERA Forum

Il-programmi ta’ taħriġ tal-ERA jkopru l-firxa sħiħa tal-liġi tal-UE:

  • Il-liġi pubblika Ewropea, eż. il-liġijiet istituzzjonali, id-drittijiet fundamentali, l-ażil u l-immigrazzjoni, il-liġi ambjentali, it-tassazzjoni
  • Il-liġi privata Ewropea, eż. il-protezzjoni tal-konsumatur, il-liġi soċjali u industrijali, il-liġi privata internazzjonali, il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili
  • Il-liġi dwar in-negozju Ewropew, eż. il-liġi tal-kompetizzjoni, l-akkwist pubbliku, id-drittijiet tal-propjetà intellettwali, il-liġi tal-kumpaniji, is-servizzi finanzjarji
  • Il-liġi kriminali Ewropea, eż. il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali, il-kooperazzjoni tal-pulizija

Attivitajiet tal-2015

Fl-2015 l-ERA organizzat 157 avveniment ta’ taħriġ li attendew għalihom 6903 ġurista minn 54 pajjiżi. Hija offriet ukoll 7 korsijiet tat-tagħlim elettroniku u madwar 60 preżentazzjoni elettronika.

L-isfond professjonali tal-parteċipanti kien:

  • Imħallfin: 27%
  • Prosekuturi: 5%
  • Avukati b'uffiċċju privat: 24%
  • Konsulenti interni: 5%
  • Uffiċjali tal-infurzar tal-liġi: 1%
  • Uffiċjali tal-UE: 7%
  • Uffiċjali tal-Ministeru: 6%
  • Impjegati taċ-ċivil oħra: 9%
  • Akkademiċi: 5%
  • Rappreżentanti ta’ Fondazzjonijiet/NGOs: 4%
  • Oħrajn: 6%

Sħubiji internazzjonali/ftehimiet

L-ERA, membru fundatur tan-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNetwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN), kienet eletta mill-ġdid fil-Kumitat ta’ Tmexxija tal-EJTN fl-2013 għall-perjodu 2014-2017. Għall-istess perjodu, l-ERA kienet eletta biex tippresjedi fuq il-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Programmi tan-Netwerk u kienet membru fil-Grupp ta’ Ħidma tagħha dwar it-Teknoloġiji. Għandha wkoll relazzjonijiet tajba ma’ istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju individwali, li ma’ bosta minnhom għandha ftehim qafas għall-organizzazzjoni konġunta ta’ attivitajiet ta' taħriġ għall-imħallfin u l-prosekuturi.

L-ERA taħdem ukoll regolarment fuq il-bażi ta’ kull proġett għalih mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Kmamar u tal-Assoċjazzjonijiet tal-Avukati tal-Ewropa (CCBE), mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE), mal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ewropea tal-Avukati tal-Kumpaniji (ECLA) kif ukoll ma’ organizzazzjonijiet oħra tal-avukati fil-livell Ewropew u nazzjonali.

Bħala fondazzjoni ta’ benefiċċju pubbliku, l-ERA hija membru taċ-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĊentru Ewropej tal-Fondazzjonijiet.

Storja

L-ERA twaqqfet fl-1992 fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew. Il-patruni fundaturi kienu l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, il-Land ta’ Rhineland-Palatinate, il-Belt ta’ Trier u l-Assoċjazzjoni Ħbieb tal-ERA. Fis-snin ta’ wara, 25 mit-27 Stat Membru tal-UE, fost oħrajn, ingħaqdu mal-Fondazzjoni.

Dettalji ta’ kuntatt

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)
Metzer Allee D-54295 Trier - il-Ġermanja
Tel.: +49 651 93737-0
Uffiċċju fi Brussell
Avenue d'Auderghem 36 - B-1040 Brussels - Belgium

Posta Elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo@era.int

Numru ta’ persunal: 70

Status legali: L-ERA hija fondazzjoni pubblika mingħajr skop ta’ profitt.

Link relatat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-websajt tal-ERA


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 12/02/2020

L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika - EIPA

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati huwa Antenna speċjalizzata tal-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (European Institute of Public Administration, EIPA). Iċ-Ċentru jinsab fil-Lussemburgu u huwa ddedikat biex jagħti taħriġ lill-imħallfin, lill-prosekuturi, lill-avukati bi prattika privata u lill-avukati minn amministrazzjonijiet pubbliċi fl-Istati Membri tal-UE, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi bi ftehim ta’ assoċjazzjoni mal-UE kif ukoll fil-pajjiżi tal-EFTA.


Tipi ta’ attivitajiet ta’ taħriġ żviluppati

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-taħriġ ġudizzjarju ta’ Settembru 2011 tidentifika l-EIPA bħala wieħed mill-ftit fornituri fil-livell Ewropew tat-taħriġ lill-ġudikatura u l-professjonijiet legali l-oħra. Il-parti l-kbira ta’ dawn l-attivitajiet ta’ taħriġ hija żviluppata u mibgħuta miċ-Ċentru Ewropew tal-EIPA għall-Imħallfin u l-Prosekuturi (EIPA ECJL).

Minbarra t-taħriġ b’reklutaġġ miftuħ u l-attivitajiet tal-konferenzi, l-EIPA ECJL jipprovdi varjetà ta’ taħriġ orjentat lejn il-prattika u mfassal apposta, konsulenza u servizzi ta’ kkowċjar, kif ukoll riċerka komparattiva relatata mal-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE u taħriġ ġudizzjarju fl-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi assoċjati mal-UE (pajjiżi kandidati, pajjiżi tal-EFTA, eċċ.). Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntratti u għotjiet ta’ azzjoni mogħtija mill-istituzzjonijiet tal-UE jew permezz ta’ kuntratti bilaterali mal-amministrazzjonijiet nazzjonali.

Fil-kategorija tal-attivitajiet b’reklutaġġ miftuħ, iċ-Ċentru joffri dawn it-tipi ta' attivitajiet li ġejjin:

  • workshops orjentati lejn il-prattika b’tul ta' żmien li jvarja
  • programmi edukattivi ta’ tul il-ħajja għall-adulti, bħal programmi ta’ Masters u korsijiet ta’ livell ta’ Masters (kemm bil-metodu tradizzjonali kif ukoll imħallat ma’ programmi ta’ tagħlim onlajn); l-offerta tagħna tipprovdi programmi twal minn ġimgħa sa sentejn
  • tutorials ta’ tagħlim elettroniku magħżula individwalment dwar l-aċċess għad-dokumenti, kwistjonijiet tas-suq intern (bħall-moviment ħieles tan-nies, l-akkwist pubbliku, eċċ.), il-liġi ambjentali u kwistjonijiet ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja
  • konferenzi dwar l-iżviluppi reċenti f’oqsma legali varji, bħal-liġi tal-UE dwar l-ambjent u dwar is-servizzi finanzjarji, kwistjonijiet dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja, il-liġi tal-UE dwar is-servizz pubbliku u tendenzi reċenti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja

Fil-kategorija tal-attivitajiet kuntrattwali, l-EIPA u ċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u l-Avukati fil-Lussemburgu tiegħu jispeċjalizzaw f’dawn it-tipi ta’ attivitajiet imfasslin apposta b’konsultazzjoni mal-klijenti biex jissodisfaw il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom:

  • workshops li jikkombinaw tagħlim ibbażat fuq il-problemi u sessjonijiet ta’ kkowċjar
  • żjarat ta' studju, waħedhom jew flimkien ma' sessjonijiet ta' taħriġ dwar temi magħżulin
  • attivitajiet ta’ tagħlim imħallat imfassla apposta
  • moduli ta' taħriġ inizjali għall-imħallfin, prosekuturi u persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin ta' tul li jvarja
  • workshops ta’ taħriġ għat-trejners, inkluż l-iżvilupp ta’ materjal u manwali għat-taħriġ

B’mod topiku, l-attivitajiet ta’ taħriġ tal-EIPA ECJL ikopru

  • il-liġi istituzzjonali tal-UE (u taż-ŻEE)
  • Id-dritt amministrattiv Ewropew u d-drittijiet fundamentali
  • L-affarijiet regolatorji Ewropej, bħal-liġi ambjentali, il-protezzjoni tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel, il-liġi soċjali u tax-xogħol
  • L-oqsma kollha tas-suq intern tal-UE, inklużi s-servizzi finanzjarji, l-akkwist pubbliku u l-liġi tal-kompetizzjoni
  • Il-kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea u internazzjonali fi kwistjoniijiet tal-familja, kummerċjali u ċivili oħrajn kif ukoll il-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi u l-infurzar ġudizzjarju f’materji kriminali
  • Il-proċeduri ta’ kif  tillitiga quddiem il-qrati tal-UE u tal-EFTA

Iċ-Ċentru jispeċjalizza wkoll f’attivitajiet ta’ taħriġ u kkowċjar immirati biex isaħħu l-indipendenza tal-ġudikatura u biex isaħħu l-amministrazzjoni u l-kwalità tal-ġustizzja permezz tal-identifikazzjoni u l-qsim tal-għarfien u l-esperjenza prattika f’oqsma bħal

  • l-introduzzjoni tal-ġestjoni tal-kwalità fis-settur tal-ġustizzja
  • il-ġestjoni ta’ istituzzjonijiet ġudizzjarji (qrati, uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi, istituzzjonijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju)
  • l-analiżi tal-ħtiġijiet tat-taħriġ ġudizzjarju u l-evalwazzjoni tal-kwalità kif ukoll l-effetti tat-taħriġ ġudizzjarju, eċċ.)
  • l-etika u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni
  • ir-relazzjonijiet pubbliċi u politiki u ħiliet tal-komunikazzjoni
  • l-introduzzjoni u l-użu ta’ għodod tal-ġustizzja elettronika

Attivitajiet attwali

L-EIPA jimplimenta kull sena bejn 600 u 700 attività ta’ taħriġ, li għalihom jattendu bejn 12 – 14 000 persuna. Skont dan, l-EIPA ECJL iwettaq bejn 110 u 130 attività ta’ taħriġ fis-sena indirizzati lill-gruppi mira msemmija qabel.

Numru ta' attivitajiet ta' taħriġ (inkluż it-taħriġ u l-iżjajjar ta' studju inizjali.) fl-2015 b'kollox: 131

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 28
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 3
  • Attivitajiet għall-avukati u oħrajn li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 100

Numru ta’ parteċipanti fl-2015 b'kollox: 2 423

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 375
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 26
  • Attivitajiet għall-avukati li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 2 022

In-numru medju ta’ ġranet għal kull parteċipant fl-2015 b'kollox: 2

  • Attivitajiet għall-imħallfin, għall-prosekuturi pubbliċi u għall-avukati bi prattika privata: 2
  • Attivitajiet għall-professjonijiet legali l-oħra, inklużi persunal tal-qorti li mhumiex imħallfin: 4
  • Attivitajiet għall-avukati li jaħdmu fl-amministrazzjoni pubblika: 2

L-istatistika ta' hawn fuq tinkludi t-taħriġ inizjali, it-taħriġ kontinwu, l-attivitajiet ta’ kkowċjar u ż-żjarat ta' studju kif ukoll parteċipanti minn ġewwa u barra l-UE, iżda din ma tinkludix figuri relatati mal-programm Master taċ-Ċentru. Barra minn hekk, iċ-ċifri jinkludu kemm l-attivitajiet b’reklutaġġ miftuħ kif ukoll l-attivitajiet iffinanzjati parzjalment (pereżempju permezz ta’ għotjiet ta’ azzjoni tad-DĠ Ġustizzja) u bis-sħiħ permezz ta’ kuntratti mogħtija lill-EIPA mill-istituzzjonijiet tal-UE u dawk nazzjonali. Madankollu, dawn ma jinkludux il-maġistrati u l-avukati mħarrġa permezz tal-proġett Euromed Justice III immexxi mill-EIPA.

Sħubiji internazzjonali / ftehimiet

L-EIPA huwa parti min-Netwerk tal-Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEUPAN).

L-EIPA ECJL daħal fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali ma’ istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju f’għadd ta’ Stati Membri tal-UE u pajjiżi kandidati.

Matul is-snin, l-EIPA ħadem — u jkompli jaħdem — fuq bażi ta’ proġetti individwali mal-istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ ġudizzjarju fl-Ewropa kollha kif ukoll ma’ assoċjazzjonijiet fuq livell Ewropew għal diversi professjonijiet legali, pereżempju l-Kunsill tal-Kmamar tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (Council of the Notariats of the European Union, CNUE), il-Kamra Ewropea tal-marixxalli ġudizzjarji (CEHJ) u l-Kunsill Nazzjonali tal-Avukati u s-Soċjetajiet tal-Liġi tal-Ewropa (Council of the Bars and Law Societies of Europe, CCBE).

Storja

L-EIPA twaqqaf fl-1981 bħala fondazzjoni awtonoma mingħajr skop ta’ qligħ biex jipprovdi taħriġ immirat dwar kwistjonijiet ta’ Integrazzjoni Ewropea li jindirizza l-bżonnijiet tal-awtoritajiet nazzjonali (inkluża l-Ġudikatura) tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u tal-Istituzzjonijiet Ewropej. Illum, 22 Stat Membru tal-UE + in-Norveġja huma membri tal-EIPA.

Fl-1992, l-EIPA stabbilixxa l-ewwel l-antenna tiegħu, iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u għall-Avukati, fil-Lussemburgu, bl-objettiv speċifiku li jipprovdi taħriġ għall-Ġudikatura u għall-pubbliku kif ukoll għall-avukati bi prattika privata dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet Komunitarji – issa, il-liġi tal-UE.

Fl-2012, iċ-Ċentru Ewropew għall-Imħallfin u għall-Avukati tal-EIPA adotta approċċ topiku mmirat lejn il-gruppi fil-mira prinċipali tiegħu. Speċifikament għal membri tal-ġudikatura (inkluż il-persunal li mhux maġistrat) kif ukoll il-professjonijiet legali oħra, l-attivitajiet taċ-Ċentru jiffokaw fuq il-forniment ta’ programmi ta’ taħriġ prattiku u mfassla apposta kif ukoll konsulenza u kowċing, bil-għan li jxerrdu mhux biss l-għarfien, iżda wkoll l-għerf prattiku u l-prattiki tajbin kif ukoll jikkontribwixxu għall-bini tal-fiduċja transfruntiera.

Dettalji ta' kuntatt

EIPA Luxembourg – European Centre for Judges and Lawyers

2, circuit de la Foire Internationale, 1347 Luxembourg, LUXEMBOURG

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidainfo-lux@eipa.eu

Numru ta’ persunal: 15

Status legali: Fondazzjoni mhux għal profitt

Link relatat

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit web tal-EIPA


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 12/02/2020

In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju - EJTN

Iddedikat għall-eċċellenza fit-taħriġ ġudizzjarju Ewropew, l-EJTN huwa l-pjattaforma u l-promotur prinċipali għat-taħriġ u l-iskambju ta' għarfien fil-ġudikatura Ewropea. Huwa jirrappreżenta l-interessi ta' aktar minn 120 000 imħallef, prosekutur u ħarrieġ ġudizzjarju Ewropew f'bosta oqsma ta' taħriġ bħal-liġi ċivili, il-liġi kriminali u dik kummerċjali tal-UE, il-lingwistika u kwistjonijiet tas-soċjetà.

Il-viżjoni tal-EJTN hija li jgħin it-trawwim ta' kultura legali u ġudizzjarja Ewropea komuni. Il-mandat tiegħu huwa li jgħin jibni żona Ewropea tal-ġustizzja u jippromwovi l-għarfien tas-sistemi legali tal-Unjoni Ewropea, biex b'hekk itejjeb il-komprensjoni, il-fiduċja u l-kooperazzjoni bejn l-imħallfin u l-prosekuturi fl-Istati Membri. Barra minn hekk, l-EJTN jidentifika ħtiġijiet ta' taħriġ u jiżviluppa standards u kurrikuli ta' taħriġ, jikkoordina skambji u programmi ta' taħriġ ġudizzjarju, ixerred il-kompetenzi u l-għarfien fit-taħriġ u jippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tat-taħriġ ġudizzjarju tal-UE.


Is-sena 2015 rat tkabbir kontinwu tan-Netwerk, fejn l-EJTN ħarreġ 5032 imħallef u prosekutur, mill-Istati Membri kollha tal-UE, permezz ta’ 1815-il skambju u 84 seminar. Din hija żieda ta’ 14.38 % fl-għadd ta’ jiem ta’ taħriġ offruti meta mqabbla maċ-ċifri tas-sena ta’ qabel. Dan is-suċċess kien ikkomplementat b’aktar twessigħ tal-portafol ta' attivitajiet tal-EJTN.

L-evoluzzjoni riċenti tal-EJTN fetħet possibbiltajiet ġodda għal iktar żvilupp, mhux biss biex isaħħaħ l-isforzi ewlenin tiegħu, iżda biex jiffurmaw sħubiji ġodda, partikolarment permezz tal-iffirmar f’Ġunju 2014 tal-Memorandum ta’ Qbil ma’ diversi netwerks u assoċjazzjonijiet ġudizzjarji Ewropej.

Fl-aħħar nett, il-kisbiet tal-EJTN ġew imfaħħra fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill "Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-taħriġ tal-prattikanti legali: għodda essenzjali għall-konsolidazzjoni tal-acquis tal-UE" (2014/C 443/04), fejn intqal illi, fuq livell tal-UE, l-EJTN qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex jikkordina, permezz tal-Membri tiegħu, attivitajiet nazzjonali ta' taħriġ u jikkordina opportunità ta' taħriġ transfruntiera għall-imħallfin u l-prosekuturi.

2016: lejn il-futur

Ir-riżultati ewlenin tal-EJTN jistgħu jintwerew kif ġej:

  • Tisħiħ tan-Netwerk, b’referenza għall-għanijiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-2011 u fl-Aġenda tal-Ġustizzja tal-UE għall-2020 billi żdied l-għadd ta’ attivitajiet ta’ taħriġ, twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ taħriġ — li jżidu oqsma ġodda tal-liġi kif ukoll taħriġ mhux legali għall-imħallfin u l-prosekuturi u fl-aħħar iżda mhux l-anqas, żieda fil-kwalità tagħhom billi jiġu soġġetti għall-proċess ta’ evalwazzjoni estensiva u koordinazzjoni ma’ bosta sħab meta jiġu żviluppati attivitajiet ta’ taħriġ;
  • Koordinazzjoni u assistenza mtejba għal istituzzjonijiet ta’ taħriġ nazzjonali, Membri u Osservaturi, sabiex jiffaċilitaw u jtejbu l-opportunitajiet ta' taħriġ tagħhom permezz tal-iżvilupp sinifikanti tal-Katalgu + u l-Katalgu tal-EJTN kif ukoll bl-organizzazzjoni ta’ avvenimenti ta’ taħriġ u ta’ pjattaformi ta’ netwerking;
  • Prestazzjoni akbar fil-mezzi finanzjarji u metodoloġiċi eżistenti kif ukoll l-għoti ta' esperjenza u know-how permezz tan-netwerking tal-EJTN permezz ta' attivitajiet iddedikati għall-identifikazzjoni u t-tixrid tal-aħjar prattiki għat-taħriġ u l-metodoloġija tat-taħriġ.

Dawn ir-riżultati jikkontribwixxu għall-miri strateġiċi stabbiliti għall-perjodu 2014–2020:

  • Li tkompli titrawwem fiduċja reċiproka bejn l-imħallfin u l-prosekuturi minn diversi sistemi ġuridiċi Ewropej;
  • Li jiżdied il-livell ta’ għarfien tal-liġi tal-UE fost il-ġudikatura Ewropea;
  • Li jiġu żgurati standards għoljin tal-kwalità tat-taħriġ ġudizzjarju Ewropew u jiġu promossi standards għoljin ta’ kwalità għat-taħriġ ġudizzjarju nazzjonali.
  • Li jitrawwem l-iżvilupp bikri tal-profil Ewropew tal-imħallef u l-prosekutur;
  • Li jkun hemm żieda fil-funzjoni ta’ netwerking tal-EJTN;
  • Li jkun hemm ħidma lejn kooperazzjoni esterna aktar effettiva;
  • Bl-għan li tinżamm l-indipendenza ġudizzjarja, li tissaħħaħ kemm jista’ jkun, in-natura ewlenija tar-rwol ta’ EJTN fl-oqsma kollha tat-taħriġ ġudizzjarju fil-livell tal-UE.

AZZJONIJIET TAL-EJTN

Skambji ġudizzjarji

Permezz ta’ immersjoni f’ambjent ġudizzjarju barrani, l-iskambji ġudizzjarji jistgħu jwasslu għall-iskambju tal-aħjar prattiki, kompetenzi u għarfien, u għal sens aktar b’saħħtu ta’ appartenenza għal kultura ġudizzjarja komuni.

Il-Programm ta’ Skambju rreġistra tkabbir esponenzjali sa mill-ħolqien tiegħu fl-2005. Fl-2015, l-EJTN iċċelebra bi kburija l-10 snin tal-Programm ta’ Skambju għall-Awtoritajiet Ġudizzjarji. L-għadd ta’ benefiċjarji u pajjiżi parteċipanti kif ukoll it-tipi ta’ attivitajiet offruti għadu jikber kontinwament: fil-bidu tiegħu, fl-2005, l-imħallfin u l-prosekuturi tal-UE li pparteċipaw għall-iskambji kienu 169; fl-2015 dawn kienu 1815.

Tul is-snin, ġiet żviluppata wkoll firxa usa’ ta’ opportunitajiet ta’ skambju , sabiex jiġu ddiversifikati l-azzjonijiet tat-taħriġ proposti u jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet differenti tal-ġudikaturi:

  • Skambji għal żmien qasir fil-qrati tal-Istati Membri tal-UE (minn ġimgħa sa ġimagħtejn);
  • Perjodi ta' taħriġ itwal (minn 3 xhur sa 12-il xahar), fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u fil-EUROJUST.
  • Skambji Speċjalizzati: innovazzjoni reċenti li tinvolvi skambji bejn imħallfin u prosekuturi speċjalizzati f’diversi oqsma tal-liġi, bħal-liġi ambjentali, id-drittijiet tar-refuġjati, il-liġi tax-xogħol jew il-liġi tal-kompetizzjoni.
  • Skambji professjonali u żjarat ta’ studju dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni: tip ta’ skambju ieħor ġdid introdott mill-2015, bi tweġiba għal ħtiġijiet u prijoritajiet dejjem jiżdiedu tal-maġistratura tal-UE;
  • Skambji bilaterali bejn il-qrati jew l-uffiċċji tal-prosekuzzjoni tal-Istati Membri tal-UE, mnedija wkoll fl-2015, fejn grupp ta’ prattikanti mill-istess qorti jew uffiċċju tal-prosekutur iżuru flimkien qorti/uffiċċju tal-prosekutur ta’ Stat Membru ieħor tal-UE bil-ħsieb li jiġu żviluppati esperjenzi, l-aħjar prattiki u kooperazzjoni
  • Skambji għall-ħarrieġa ġudizzjarji li jiffukaw fuq il-metodoloġija ta’ taħriġ, inklużi l-aħjar prattiki identifikati fir-rapport abbozzat mill-EJTN fi proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew, li kien propost mill-Parlament Ewropew fl-2012 u eżegwit mill-Kummissjoni Ewropea fl-2013–2014.

L-EJTN għandu l-intenzjoni jkompli jiżviluppa l-offerta tiegħu ta’ skambji għall- ġudikatura tal-UE bl-introduzzjoni, mill-2016, ta’ skambji ddedikati speċifikament għal presidenti tal-qrati jew kapijiet tal-uffiċċji tal-prosekuzzjoni tal-Istati Membri tal-UE.

Il-Programm AIAKOS

Dan il-programm joffri skambji ta' ġimagħtejn (ġimgħa barra mill-pajjiż u ġimgħa fid-dar mal-kollegi barranin) għal gruppi mħallta ta' apprendisti ġudizzjarji nazzjonali u barranin jew imħallfin u prosekuturi maħtura reċentement għal skejjel ta' taħriġ inizjali, qrati u uffiċċji tal-prosekuzzjoni oħra Ewropej.

L-għan ewlieni ta' dan il-proġett huwa li jqajjem il-kuxjenza tal-benefiċjarji għad-dimensjoni Ewropea tax-xogħol (futur) tagħhom u li jrawwem fehim reċiproku ta' kulturi u sistemi ġudizzjarji Ewropej differenti. Fl-2015, 401 imħallef u prosekutur futuri tal-UE ħadu sehem fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaprogramm AIAKOS.

Iż-Żjarat ta’ Studju

Iż-żjarat ta' studju ta' bejn jumejn u ħamest ijiem fil-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Eurojust u l-istituzzjonijiet Ewropej fi Brussell jippermettu lill-imħallfin, il-prosekuturi u l-ħarrieġa minn madwar l-Ewropa jiffamiljarizzaw ruħhom mal-funzjonament ta' dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll jiskambjaw kompetenzi, esperjenzi u l-aħjar prattiki.

Fl-2015, kważi 400 imħallef u prosekutur ħadu sehem fi żjarat ta’ studju tal-EJTN.

Workshops ta’ taħriġ u seminars

Seminars dwar il-Ġustizzja Kriminali

Il-kunfidenza u l-fiduċja reċiproka huma l-bażi tal-applikazzjoni effettiva ta’ ġustizzja kriminali fiż-żona tal-Unjoni Ewropea. It-taħriġ ġudizzjarju fil-qasam tal-ġustizzja kriminali jiżgura kooperazzjoni transfruntiera bla xkiel, rikonoxximent ta’ sentenzi f’materji kriminali kif ukoll professjonisti li jkollhom fiduċja fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali ta’ xulxin.

F’dan il-qasam, l-EJTN jippromwovi mudelli innovattivi ta’ taħriġ (tagħlim bil-prattika) permezz ta’ Seminars dwar il-Ġustizzja Kriminali, bl-għan li jsaħħaħ fehim aħjar dwar il-qafas legali attwali tal-UE ta’ ġustizzja kriminali biex jippermetti li l-ġuristi jikkooperaw ma’ xulxin bejn il-fruntieri.

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn il-korpi Ewropej differenti u l-EJTN huwa l-pedament ta’ proġetti żviluppati mill-EJTN fil-qasam tal-ġustizzja kriminali. L-irwol tan-NĠE u l-Eurojust waqt is-seminars tal-EJTN huwa dak ta’ atturi ewlenin li jrawmu l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Is-seminars kooperattivi SIKs mas-CEPOL, u b'kollaborazzjoni man-netwerk tas-SIKs, sabiex l-uffiċjali ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi jtejbu l-kooperazzjoni transfruntiera f’investigazzjonijiet kumplessi. Barra minn hekk, l-EJTN u n-Netwerk Ewropew għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra (in-Netwerk dwar il-Ġenoċidju) implimentaw flimkien b’suċċess programm ta’ taħriġ dwar ir-reati kriminali internazzjonali l-aktar serji u l-impatt tiegħu fl-UE.

Is-Seminars dwar is-Salvagwardji Proċedurali fil-Proċedimenti Kriminali fl-UE (sett ġdid ta’ seminars li għandhom jiġu implimentati fl-2016) għandhom l-għan li joffru fehim aħjar u jipprovdu ħarsa ġenerali lejn id-drittijiet tad-difiża kriminali taħt il-liġi tal-UE permezz ta’ sett ta’ Direttivi mfassla biex jissaħħu s-salvagwardji proċedurali (interpretazzjoni u traduzzjoni, informazzjoni u aċċess għas-servizzi ta’ avukat).

Fl-2015, aktar minn 400 parteċipant ħadu sehem f’seminars dwar il-ġustizzja kriminali.

Proġett tal-Lingwistika

L-EJTN qed jagħti attenzjoni speċjali lit-tfassil ta’ proġetti lingwistiċi tal-UE għat-taħriġ ġudizzjarju fl-Ingliż u l-Franċiż legali. Kull sena mill-2011 'il quddiem, ġew organizzati diversi seminars tal-lingwaġġ legali dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u ċivili f’diversi Stati Membri tal-UE. Il-korsijiet jimmiraw lejn l-iżvilupp ta' kemm il-ħiliet legali kif ukoll lingwistiċi tal-parteċipanti billi jgħaqqdu l-informazzjoni legali u l-eżerċizzji tal-lingwa b’mod prattiku u dinamiku. Għandhom l-għan ukoll li joħolqu l-kundizzjonijiet biex jiġu stabbiliti kuntatti diretti bejn il-prattikanti tal-liġi ta’ Stati Membri differenti tal-UE sabiex jippromwovu kultura ġudizzjarja Ewropea komuni.

Il-Programm Lingwistiku tal-2015 tal-EJTN joffri firxa kbira ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ għall-ġudikatura Ewropea: minbarra t-taħriġ lingwistiku dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u ċivili, jinkludi taħriġ lingwistiku fid-drittijiet tal-bniedem u moduli ta’ taħriġ eLearning.

Minbarra s-seminars, il-Programm Lingwistiku ħareġ Manwal aġġornat li jindirizza kemm il-vokabularju Ingliż kif ukoll dak Franċiż marbut mal-liġi kriminali.

Il-Manwal Lingwistiku huwa disponibbli f'format elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Il-mira ta’ 1000 imħallef u prosekutur mħarrġa fl-attivitajiet lingwistiċi sa mill-implementazzjoni tal-ewwel seminar lingwistiku (li sar fi Frar 2011) intlaħqet fl-2015, sena li fiha kien hemm il-parteċipazzjoni ta’ aktar minn 300 ġurist Ewropew minn aktar minn 20 Stat Membru tal-UE fil-Programm Lingwistiku tal-EJTN fl-oqsma ċivili, kriminali, u tad-drittijiet tal-bniedem.

Proġett tal-Liġi Amministrattiva

Is-Sottogrupp ta’ Ħidma dwar il-Liġi Amministrattiva huwa l-espressjoni ta’ impenn tal-EJTN biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-prattikanti ġudizzjarji kollha madwar l-Ewropa, li joffri sett ta’ taħriġ f’oqsma differenti bħalma huma l-akkwist pubbliku tal-UE, il-liġi tal-ażil, ir-riżoluzzjoni alternattiva tat-tilwim (ADR), id-drittijiet tal-bniedem u l-aċċess għall-ġustizzja, il-liġi dwar it-taxxa, u ħafna aktar. Matul dan it-taħriġ, il-parteċipanti jitgħallmu aktar dwar il-kontropartijiet tagħhom madwar l-Ewropa filwaqt li jiġu diskussi l-kwistjonijiet legali ewlenin ma’ esperti ewlenin fl-oqsma korrispondenti. Barra minn hekk, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tagħti lill-parteċipanti l-opportunità biex jipparteċipaw f’seduta tal-Awla Manja u jiddiskutu l-eżitu ta’ proċedimenti differenti ma' uffiċjali attwali u eksuffiċjali tal-Qorti. Fl-2015, is-Sotto-Grupp ta’ Ħidma fil-Liġi Amministrattiva ngħaqad ma’ sħab — mill-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin għall-Medjazzjoni (GEMME), l-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Amministrattivi Ewropej (AEAJ) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Imħallfin fil-Liġi dwar ir-Refuġjati (IARLJ) fejn organizzaw taħriġ ta’ kwalità għolja fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, l-ADR, u l-liġi tal-ażil. Il-proġett irċieva wkoll l-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea attwali u preċedenti , l- uffiċjali tal-KEDB u l-QĠUE, kif ukoll mill-Programm HELP tal-Kunsill tal-Ewropa, biex iwasslu taħriġ ibbażat fuq peer-exchanges u eżerċizzji prattiċi. Bil-ħsieb li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-attivitajiet tiegħu, is-Sotto-Grupp ta’ Ħidma fil-Liġi Amministrattiva jibqa’ impenjat biex kull sena jxandar mill-inqas żewġ sessjonijiet tat-taħriġ tiegħu. L-2015 ġab miegħu kemm podcast dwar l-akkwist pubbliku u taħriġ fuq il-liġi tal-UE dwar l-ażil.

Fl-2015, aktar minn 200 imħallef, prosekutur u ħarrieġ ġudizzjarju attendew is-sessjonijiet ta' taħriġ tas-Sotto-Grupp ta’ Ħidma fil-Liġi Amministrattiva.

Il-Proġett tal-Ġustizzja Ċivili

Il-proġett CiLaw jimmira biex itejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ta’ dritt ċivili u jiffoka fuq l-iżvilupp tal-kultura ġudizzjarja u s-sistemi legali tal-pajjiżi parteċipanti kif ukoll l-aspetti ewlenin tal-liġi tal-UE. Is-suġġetti ewlenin ta’ seminars dwar il-liġi ċivili huma l-liġi tal-familja, il-liġi tal-kumpaniji, il-liġi proċedurali Ewropea u l-liġi kummerċjali.

Il-proġett dwar il-Liġi Ċivili joffri attivitajiet ta’ taħriġ ta’ jumejn immirati lejn imħallfin u prosekuturi madwar it-27 Stat Membru tal-UE.

Fl-ambitu tas-seminars dwar il-Liġi Ċivili, azzjonijiet futuri se jinvolvu s-segwitu ta' firxa usa’ ta’ oqsma, sabiex tingħata offerta aktar kompleta għall-ħtiġijiet ta’ taħriġ ta’ professjonisti tal-ġustizzja tal-UE. Is-Sotto-Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi Ċivili tal-EJTN se jkompli jimplimenta seminars dwar il-liġi ċivili fl-2016 ukoll, sabiex jagħti aċċess liberu lill-professjonisti interessati kollha tal-UE għall-programmi ta’ taħriġ. Skont il-qafas ta’ kooperazzjoni ma’ sħab tal-proġett tal-EJTN u dejjem fit-tfittxija għal sfidi ġodda ta’ taħriġ, is-Sotto-Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi Ċivili jippjana li jikkoopera mal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Medjazzjoni (GEMME) fl-implimentazzjoni tal-avveniment ripetut b'suċċess ta’ taħriġ dwar kwistjonijiet ta' Proċedura Ċivili Ewropea f’Materji tal-Liġi tal-Familja.

Matul l-2015, 239 maġistrat tal-UE ħadu sehem f’seminars dwar il-liġi ċivili.

Metodi ta’ taħriġ ġudizzjarju

Il-Metodi ta’ Taħriġ Ġudizzjarju (JTM) ġew uffiċjalment inawgurati fl-2015 u l-opportunitajiet li wasslu għall-ħolqien tal-grupp ta’ ħidma tiegħu wieġbu għall-ħtiġijiet li ġejjin:

  • It-tqassim ta' prattiki tajba fit-taħriġ ġudizzjarju fost il-professjonisti tal-ġustizzja tal-UE, filwaqt li jiġu stabbiliti approċċi ġodda lejn għarfien u tagħlim,
  • Il-ħtieġa li jikkombinaw it-taħriġ ġudizzjarju mal-kwalità tal-ġustizzja.

Il-JTM jista’ jitqies bħala fil rouge mal-azzjonijiet implimentati kollha tal-EJTN billi l-għan tiegħu jikkonsisti f'li jipproponi l-aktar metodoloġiji ta’ taħriġ effiċjenti u konkreti kif ukoll it-tisħiħ tad-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki, li huma rekwiżiti essenzjali għal kull azzjoni ta’ taħriġ ġudizzjarju.

Fl-2015, ix-xogħlijiet tal-Grupp ta’ Ħidma JTM ġew irranġati skont tliet temi topiċi u tliet oqsma ewlenin ta’ azzjoni: Evalwazzjoni/valutazzjoni, is-Sengħa u t-Tmexxija.

B'attenzjoni partikolari fuq l-għodda, huwa aġġorna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaManwal tal-EJTN dwar il-Metodoloġija dwar it-Taħriġ Ġudizzjarju fl-Ewropa (qabel kien magħruf bħala l-Manwal "Ħarreġ lil Min Iħarreġ"– pubblikat fl-2013), biex ikun aktar aċċessibbli u jista' jitqassam aktar faċilment. Barra minn hekk, ġew imfassla kwestjonarji ta’ evalwazzjoni tat-taħriġ u manwal dwar il-valutazzjoni biex jiffavorixxu l-iskambji ta’ prattiki tajba bejn istituzzjonijiet nazzjonali ta’ taħriġ.

Fl-ewwel sena tiegħu ta’ azzjoni kien hemm 131 parteċipanti fl-azzjonijiet JTM.

Il-Kompetizzjoni Themis għall-membri tal-ġudikatura Ewropea

Il-kompetizzjoni THEMIS tal-EJTN hija miftuħa għall-apprendisti ġudizzjarji mill-Ewropa u għandha l-għan li trawwem skambju ta’ fehmiet u li jiġu żviluppati approċċi ġodda dwar temi relatati mal-kooperazzjoni ċivili u kriminali internazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem u deontoloġija ġudizzjarja. L-objettiv ewlieni tal-kompetizzjoni THEMIS huwa li tlaqqa’ flimkien maġistrati futuri minn pajjiżi Ewropej differenti sabiex ikunu jistgħu jaqsmu valuri komuni, jaqsmu esperjenzi ġodda u jiddiskutu perspettivi ġodda f’oqsma ta’ interess komuni.

Din il-kompetizzjoni hija organizzata mill-EJTN kull sena u hija miftuħa għal studenti tal-liġi mill-istituzzjonijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju kollha li huma membri jew osservaturi tal-EJTN. Timijiet ta’ tliet apprendisti ġudizzjarji, akkumpanjati minn għalliem/tutur, jistgħu jirreġistraw għal din il-kompetizzjoni li tikkonsisti minn erba’ rawnds ta' semifinali u l-Gran Finali. Ir-rebbieħ u min jiġi t-tieni minn kull semifinali jgħaddu għall-Gran Finali. Il-premju tat-tim rebbieħ huwa żjara ta’ studju ta’ ġimgħa, organizzat jew iffinanzjat mill-EJTN, fi kwalunkwe istituzzjoni ġudizzjarja Ewropea. It-temi tas-semifinali u l-Gran Finali huma differenti; fl-2015, dawn kienu jikkonċernaw il-Kooperazzjoni Internazzjonali f’Materji Kriminali, il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali f’Materji Ċivili (il-Liġi tal-Familja Ewropea), il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali fi kwistjonijiet ċivili (Proċedura Ċivili Ewropea), l-Etika Ġudizzjarja u l-Kondotta Professjonali, id-Dritt għal Proċess Ġust (l-Art. 47 tal-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali u l-Art. 6 tal-ECHR).

Fl-2015, 44 tim ħadu sehem fil-kompetizzjoni THEMIS għall-għadd globali ta’ 164 parteċipant.

Katalgu

Il-katalgu ġenerali tal-EJTN ilu jeżisti mill-2003. Huwa katalgu ta’ attivitajiet ta’ taħriġ organizzati u magħżula mill-membri tal-EJTN u offruti lill-ġudikatura tal-Istati Membri tal-UE. Fl-2015, 16-il istituzzjoni ġudizzjarja offrew 216-il seminar għall-Katalgu Ġenerali tal-EJTN. It-temi ewlenin koperti mill-Katalgu Ġenerali kienu jinkludu l-prattiki professjonali, kwistjonijiet soċjali, lingwistika, ħiliet ġudizzjarji, id-drittijiet tal-bniedem, il-forensika, il-liġi internazzjonali Ewropea, il-liġi kriminali, il-liġi ċivili u l-liġi amministrattiva. L-għadd totali ta’ parteċipanti barranin fil-programm tal-Katalgu Ġenerali fl-2015 kien ta’ 1407.

Katalgu+ tal-attivitajiet ta’ taħriġ fl-Istati Membri kollha

L-għan ta’ dan il-proġett huwa li l-maġistrati Ewropej jingħataw l-opportunità li jattendu korsijiet ta’ taħriġ organizzati mill-Istituzzjonijiet ta’ taħriġ ġudizzjarju li huma membri tal-EJTN. Fl-2015, 17-il istituzzjoni ġudizzjarja ħadu sehem fil-proġett, kull wieħed minnhom organizza seminar dwar it-tema tad-dritt. B’kollox, 280 post ġew offruti lil parteċipanti barranin. Bħala miżura ta’ suċċess tal-programm, kien hemm rata ta’ teħid ta’ 72% tan-numru totali ta’ postijiet ta’ taħriġ offruti, li laħaq 206 parteċipant barrani. Barra minn hekk, ħadu sehem 1251 parteċipant nazzjonali fis-seminar tal-Katalgu + offruti mill-istituzzjonijiet ta’ taħriġ nazzjonali rispettivi tagħhom. Għas-sena 2015, 1457 maġistrat irċevew taħriġ.

Seminars dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu

Imniedi fl-2015, dan huwa programm ta’ taħriġ komprensiv għall-Ġlieda kontra t-Terroriżmu u r-Radikalizzazzjoni lejn Estremiżmu Vjolenti.

L-EJTN ilu jespandi għal aktar minn għaxar snin biex jintlaħqu l-isfidi li qed tiffaċċa l-ġudikatura Ewropea. Il-bżonn urġenti għal azzjoni konġunta u koordinata u programmi tat-taħriġ iffukati fuq il-kawżi ewlenin tal-estremiżmu vjolenti u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, kif ukoll kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-infurzar tal-liġi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, ir-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta’ reati terroristiċi, ġew enfasizzati ripetutament minn għadd ta’ dikjarazzjonijiet reċenti ta’ livell għoli, u, sfortunatament, enfasizzati minn avvenimenti reċenti madwar l-Ewropa. Kien f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni Ewropea fdat lill-EJTN, flimkien mal-Membri u s-sħab tagħha, bl-iżvilupp ta’ programm ta’ taħriġ komprensiv għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni għall-estremiżmu vjolenti, biex tiġi implimentata bejn Settembru 2015 u Mejju 2016 u mfassla skont il-ħtiġijiet tal-partijiet interessati rilevanti u l-prattikanti madwar l-UE. Dan il-proġett jagħti lill-imħallfin, il-prosekuturi u l-professjonisti tas-settur tal-ġustizzja forum uniku għall-iskambju tal-esperjenzi u l-aħjar prattiki mal-kontropartijiet tagħhom madwar l-Ewropa, biex jiddiskutu l-aħħar żviluppi u sfidi legali fil-prosekuzzjoni u l-aġġudikazzjoni ta’ każijiet li jinvolvu ġellieda terroristiċi barranin u estremisti vjolenti oħra delinkwenti, u biex jindirizzaw kwistjonijiet ta’ radikalizzazzjoni u l-mekkaniżmi għall-prevenzjoni tiegħu u l-identifikazzjoni.

Fl-ewwel sena tagħha ta’ azzjoni, aktar minn mitt maġistrat tal-UE attendew seminars ta' kontra t-terroriżmu.

Għodod elettroniċi

L-EJTN tinvesti fl-iżvilupp ta’ diversi għodda elettroniċi biex twessa' l-ambitu tal-opportunitajiet ta’ taħriġ ġudizzjarju kif ukoll tipprovdi r-riżorsi meħtieġa għal dawk li jimmaniġġjaw programmi ta’ taħriġ ġudizzjarju u l-kontenut.

Hemm bżonn dejjem preżenti li jinxtered it-taħriġ ġudizzjarju u l-għarfien

lejn udjenza aktar wiesgħa. Hemm ukoll il-ħtieġa li titjieb l-effiċjenza amministrattiva tal-ġestjoni ta’ programmi ġudizzjarji u l-parteċipanti tagħhom. Ugwalment importanti, dawk il-partijiet

li jippjanaw jew joffru opportunitajiet ta’ taħriġ ġudizzjarju jeħtieġu aċċess għal informazzjoni u kuntatti sabiex jaħdmu b’mod effettiv. L-għodda elettroniċi jissodisfaw dawn il-ħtiġijiet kollha. L-EJTN għamlet disponibbli ħafna tipi ta’ għodda elettroniċi. Dawn jinkludu diversi pjattaformi onlajn, is-sistema onlajn ta’ applikazzjoni tal-programm, it-tagħlim elettroniku u korsijiet ta' tagħlim imħallat, podcasts u webinars u ġabra ta’ riżorsi virtwali. Eżempji:

  • Pjattaforma ta’ netwerking, li tifforma parti essenzjali ta’ spazju ta’ kollaborazzjoni virtwali għal dawk li jaħdmu fuq proġetti tal-EJTN. Hija tinkludi wkoll diversi għodod essenzjali bħalma huma l-bażi tad-dejta tal-esperti u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar sejħiet tal-KE tal-pjattaforma
  • L-EJTN iżżomm 4 korsijiet tat-tagħlim elettroniku, li huma liberament aċċessibbli għal kulħadd
  • Podcast u webinars.

Is-Sħab tal-EJTN:

  • Il-Kummissjoni Ewropea
  • Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
  • Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem
  • Il-Kunsill tal-Ewropa
  • Cepol
  • L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil
  • Eurojust
  • In-Netwerk dwar il-Ġenoċidju — Netwerk Ewropew għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ ġenoċidju, reati kontra l-umanità u reati tal-gwerra
  • Skwadri ta' Investigazzjoni Konġunti
  • In-Netwerk tal-Kunsilli għall-Ġudikatura (ENCJ)
  • L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli tal-Istat u tal-Ġuriżdizzjonijiet Amministrattivi Supremi tal-Unjoni Ewropea (ACA- Europe)
  • In-Netwerk Ewropew għat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)
  • L-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Imħallfin fil-Liġi dwar ir-Refuġjati (IARLJ)
  • L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin tal-Liġi Ewropea tal-Kompetizzjoni (AECJL)
  • L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Medjazzjoni (GEMME)
  • L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Imħallfin tal-Qrati Industrijali (EALCJ)
  • Il-Forum tal-Unjoni Ewropea tal-Imħallfin għall-Ambjent (EUFJE)
  • In-Netwerk tal-prosekuturi Ewropej fil-qasam tal-Ambjent (ENPE).
  • In-netwerk ta’ Prosekuturi Pubbliċi jew istituzzjonijiet ekwivalenti fil-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (NADAL)
  • L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin Amministrattivi Ewropej (AEAJ)
  • Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Kooperazzjoni Ewropea dwar il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (EUCOJUST)
  • L-Istitut Max Plank.

Riżultati fundamentali tal-imgħoddi

Imwaqqaf fis-sena 2000, l-EJTN huwa organizzazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta’ qligħ.

  • 1999: Isiru xi laqgħat informali bejn xi kapijiet tal-istituzzjonijiet tat-taħriġ ġudizzjarju fl-UE.
  • 2000: Il-ħolqien ta’ Netwerk Ġudizzjarju Ewropew tat-Taħriġ (Il-Karta ta’ Bordeaux).
  • 2003: Sar organizzazjoni internazzjonali Belġjana mingħajr skop ta' qligħ u jakkwista status legali.
  • 2004: Jidħol għal riforma organizzattiva biex jiżgura kapaċità proprja ta’ finanzjament u jilqa’ istituzzjonijiet tat-taħriġ ġudizzjarju minn Stati Membri ġodda tal-UE.
  • 2005: Jistabbilixxi segretarjat permanenti fi Brussell.
  • 2006: Mogħti l-inkarigu mill-Kummissjoni Ewropea li jimplimenta l-ewwel Programmi ta’ Skambju annwali tal-Ġudikatura.
  • 2008: Jiċċelebra r-riżultati fundamentali f’termini ta’ għadd ta’ skambji ġudizzjarji li tlestew u bl-offerti disponibbli fil-Katalgu tat-taħriġ.
  • 2009: Rikonoxxut bħala l-parti konċernata fit-tisħiħ tal-istrateġija tal-ġustizzja elettronika tal-UE.
  • 2010: Tnedija tal-ewwel programmi ta' taħriġ tal-EJTN stess
  • 2012: Jirrappreżenta tkabbir robust kontinwu, il-marka ta' 2 400 parteċipant inqabżet fuq diversi attivitajiet ta' taħriġ tal-EJTN (esklużi dawk tal-Katalgu tal-EJTN).
  • 2013: Il-Kummissjoni Ewropea tapplawdi l-kisbiet EJTN billi tikkonferma r-rwol importanti ħafna tiegħu fit-taħriġ ġudizzjarju, jiġifieri r-Regolament (UE) 1382/2013 li jagħti lill-EJTN għotja operanti għall-perjodu 2014/2020 skont il-Programm ġdid tal-Ġustizzja tal-UE
  • 2014: L-EJTN jiffirma Memorandum ta’ Qbil (MtQ) ma' 12-il netwerk u assoċjazzjoni Ewropej għal kooperazzjoni futura fil-qasam tat-taħriġ ġudizzjarju
  • L-importanza fundamentali tal-EJTN fl-isfera ta’ taħriġ ġudizzjarju Ewropew huwa rikonoxxut mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Dettalji ta' kuntatt

Indirizz: Rue du Commerce 123, B-1000 Brussels, Belgium

Status legali: Assoċjazzjoni internazzjonali mingħajr skop ta' qligh (aisbl) skont il-liġi Belġjana

Posta Elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaejtn@ejtn.eu;

Ħolqa relatata

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit web tal-EJTN


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 12/02/2020