Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

EuroPris

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.



L-Organizzazzjoni Ewropea tal-Ħabsijiet u s-Servizzi Korrettivi (EuroPris)

EuroPris hija organizzazzjoni netwerk Ewropea li tiffaċilita l-kooperazzjoni, it-tagħlim reċiproku u skambju ta' prattiki tajbin tas-servizzi Ewropej tal-ħabsijiet. L-organizzazzjoni ġiet stabbilita fl-2011 minn 18-il Servizz Ewropew tal-Ħabsijiet bħala organizzazzjoni tal-prattikanti għall-prattikanti. Sal-2018, l-organizzazzjoni bdiet tirrappreżenta 31 Servizz Ewropew tal-Ħabsijiet, li 26 minnhom huma minn pajjiżi tal-UE. Is-Servizzi tal-Ħabsijiet mill-istati kollha tal-Kunsill tal-Ewropa jistgħu jsiru membru ta' EuroPris.

L-organizzazzjoni għandha l-għan tal-Promozzjoni ta' Prattiki tal-Ħabs Professjonali sabiex titjieb is-sigurtà permezz standards u prattiki ta' detenzjoni aħjar fl-Ewropa, permezz ta' tnaqqis fir-reċidività u professjonaliżmu avvanzat fil-qasam korrettiv.

EuroPris taħdem għal dawn l-għanijiet bl-organizzazzjoni ta' avvenimenti li jippermettu kondiviżjoni sinifikanti, bħal laqgħat ta' esperti, sessjonijiet ta' ħidma u konferenzi.

EuroPris tikkoopera ma' għadd kbir ta' organizzazzjonijiet Ewropej attivi fil-qasam tal-ġustizzja kriminali, bħall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAssoċjazzjoni Ewropea tal-Edukazzjoni fil-Ħabsijiet, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Akkademji Ewropej għat-Taħriġ fil-Ħabsijiet, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Konfederazzjoni Ewropea tal-Probation, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaForum Ewropew tal-Ġustizzja Riparattriċi, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaChildren of Prisoners Europe, u oħrajn.

EuroPris għandha status ta' osservatur fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill għall-Kooperazzjoni Penoloġika tal-Kunsill tal-Ewropa.

Għal aktar informazzjoni dwar avvenimenti, materjali u preżentazzjonijiet preċedenti jew attwali żur Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit ta' EuroPris fejn tista' tabbona wkoll għall-bullettin bimensili.

L-Għodod EuroPris

EPIS

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema Ewropea ta' Informazzjoni dwar il-Ħabsijiet (EPIS) inħolqot minn EuroPris fl-2014 biex issaħħaħ it-trasparenza, in-netwerking u l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-amministrazzjonijiet Ewropej tal-ħabsijiet.

L-EPIS hija maħsuba biex tkun punt uniku ta' servizz għal data relatata mal-ħabsijiet u mal-korrezzjonijiet madwar l-Ewropa u biex tipprovdi tweġibiet għal mistoqsijiet frekwenti, eż kemm hemm ħabsijiet, x'tip ta' ħabsijiet u popolazzjonijiet ta' ħabsin jeżistu fi Stat Membru partikolari. Reċentement, il-Kunsill tal-UE ddeċieda li juża l-EPIS bħala l-għodda esklussiva biex jiġbor flimkien l-informazzjoni dwar l-istabbilimenti tal-ħabsijiet Ewropej.

L-EPIS bħalissa fiha data tas-Servizzi tal-Ħabsijiet Ewropej u 'l fuq minn 550 stabbiliment tal-ħabsijiet madwar l-Ewropa.

KMS

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Sistema ta' Ġestjoni tal-Għarfien (KMS) hija servizz ta' mistoqsijiet u tweġibiet bejn l-amministrazzjonijiet tal-ħabsijiet, li bħalissa fiha 'l fuq minn 1000 tweġiba dwar 100+ suġġett relatati mal-ġestjoni tal-ħabsijiet.

Bis-saħħa tal-KMS, EuroPris tista' tiġbor tweġibiet dwar mistoqsijiet operattivi jew dwar politika minn ġuriżdizzjonijiet Ewropej u tagħmilhom aċċessibbli fis-sit għal referenza futura.

Informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabs fil-pajjiżi tal-UE

Biex il-ħabsin, il-persunal u l-Awtoritajiet Kompetenti jkunu jistgħu jaċċessaw informazzjoni dwar ħabsijiet fl-istat ta’ eżekuzzjoni u jappoġġaw il-kunsens infurmat għat-trasferimenti, EuroPris ħolqot riżorsa ta' Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafuljetti ta’ informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabs.

Permezz tal-grupp ta' esperti ta' EuroPris dwar id-Deċiżjoni Qafas 909, l-Istati Membri ntalbu jipprovdu informazzjoni ċara dwar il-kundizzjonijiet fil-ħabs u ħarsa ġenerali lejn suġġetti bħall-proċeduri ta' induzzjoni, iż-żjarat mill-familjari u arranġamenti ta' ħelsien bikri.

Formola ta’ Informazzjoni dwar it-Trasferiment ta' Priġunieri

Il-grupp espert tal-EuroPris żviluppa wkoll Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFormola ta' Informazzjoni dwar it-Trasferiment ta' Priġunieri, lista ta' kontroll li takkumpanja lill-priġunieri fi trasferiment interġuriżdizzjonali. Id-dokument jinħareġ mill-istat li jibgħat b'dettalji personali, mediċi u relatati mas-sentenza, riskji u dettalji dwar it-trasferiment. Il-Formola (u l-hemżiet fakultattivi) jivvjaġġaw mal-priġunier sal-istat tal-eżekuzzjoni.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament: 30/10/2018