Sib traduttur legali jew interpretu - Ċipru
It-traduzzjonijiet isiru bl-għajnuna ta’ tradutturi esterni mniżżla f’elenku miżmum mill-Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni (Γραφείο Τύπου και Πληροφοριών) u jiġu ċċertifikati minn tradutturi bil-ġurament.
L-Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni (UII) huwa dipartiment tal-
Ministeru tal-Intern (Υπουργείο Εσωτερικών). L-iskop tal-UII huwa li jipprovdi informazzjoni kontinwa u oġġettiva lill-midja internazzjonali u liċ-ċittadini ta’ Ċipru dwar kwistjonijiet relatati ma’ Ċipru u mal-Kwistjoni ta’ Ċipru, permezz tal-forom ġodda kollha tat-teknoloġija tal-informazzjoni, sabiex jipprojjetta b’suċċess il-gvern u xogħlu u jipprovdi informazzjoni globali liċ-ċittadini dwar kwistjonijiet relatati mal-integrazzjoni ta’ Ċipru fl-Unjoni Ewropea. L-UII għandu wkoll ir-responsabbiltà li jipproduċi materjal informattiv bħal fuljetti, films u CDs.
Uħud mid-dipartimenti tal-UII jittrattaw direttament ma’ u jaqdu lill-pubbliku. Wieħed minn dawn huwa d- Dipartiment tat-Traduzzjonijiet (Κλάδος Μεταφράσεων).
DIPARTIMENT TAT-TRADUZZJONIJIET
Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet tal-UII ilu jipprovdi servizzi ta’ traduzzjoni sa mill-1990, meta ġie stabbilit b’deċiżjoni tal-Kunsill Ministerjali sabiex tkun sodisfatta d-domanda għal traduzzjonijiet kemm fis-setturi privati kif ukoll f’dawk pubbliċi.
Il-persunal fid-dipartiment dejjem jaġixxi skont il-liġijiet u r-regolament, mingħajr preġudizzju jew diskriminazzjoni, u jagħmel kull sforz possibbli biex jipprovdi servizz immedjat.
TRADUZZJONIJIET IĊĊERTIFIKATI
Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet jittrattata t-traduzzjonijiet ta’ dokumenti/testi li ġeneralment jeħtieġu ċertifikazzjoni uffiċjali. Jiġu offerti traduzzjonijiet iċċertifikati fil-lingwi li ġejjin:
- Il-Grieg
- L-Ingliż
- Il-Franċiż
- Ir-Russu
- Il-Ġermaniż
- It-Taljan
- L-Għarbi
- Il-Pollakk
- Ir-Rumen
- Is-Serb
- Il-Bulgaru
- L-Ungeriż
- L-Olandiż
- L-Ispanjol
- Iċ-Ċiniż
- L-Iżvediż
- Iċ-Ċek
- L-Islovakk
- It-Tork
- Il-Portugiż
- Il-Ġappuniż
- L-Armen
- L-Ukrajn
- L-Albaniż
- Il-Ġeorġjan, u
- Il-Farsi
It-traduzzjonijiet isiru bl-għajnuna ta’ tradutturi esterni mniżżla f’elenku miżmum mill-Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni u jiġu ċċertifikati minn tradutturi bil-ġurament.
Id-dokumenti li jeħtieġ li jiġu tradotti jiġu maqsuma f’żewġ kategoriji, u jintalbu ħlasijiet differenti għal kull waħda. Id-dokumenti tal-Kategorija A huma dokumenti sempliċi (mhux speċjalizzati) filwaqt li dawk tal-Kategorija B huma dokumenti speċjalizzati.
Tista’ tikseb iktar informazzjoni dwar il-prezzijiet għal traduzzjonijiet iċċertifikati, iż-żmien ta’ aċċettazzjoni u ta’ konsenja, is-sigħat ta’ xogħol, eċċ. minn Informazzjoni dwar Traduzzjonijiet Iċċertifikati.
INFORMAZZJONI/KUMMENTI
Il-membri tal-pubbliku huma intitolati jitolbu informazzjoni u kjarifiki dwar is-servizzi pprovduti mid-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet.
Huma intitolati wkoll iressqu kummenti jew ilmenti bil-miktub. Id-Dipartiment tat-Traduzzjonijiet jirrispondi għall-ittri kollha ffirmati fi żmien xahar.
KUNTATT
In-numri ta’ kuntatt għat-tradutturi:
- +357 22801132,
- +357 22801133,
- +357 22801134,
- +357 22801193.
In-numru ta’ kuntatt għall-Kap tad-Dipartiment: +357 22801131.
Uffiċċju tal-Istampa u tal-Informazzjoni (UII)
Triq Apelli
P.O. Box 1456, Nicosia, Ċipru
Τel.: +357 22801117, Faks: +357 22666123
e-mail: communications@pio.moi.gov.cy
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-aħħar aġġornament: 30/04/2015