Sib traduttur legali jew interpretu - Estonja

Din it-taqsima se tgħinek issib traduttur jew interpretu legali fl-Estonja.


Kif issib traduttur legali fl-Estonja

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-reġistru ta' tradutturi ġuramentati Estonjani jipprovdi informazzjoni dwar tradutturi ġuramentati u d-dettalji biex tikkuntattjahom.

Ir-Reġistru huwa proprjetà tal-Ministeru tal-Ġustizzja Estonjan, u jiġi aġġornat minnu.

Irid isir xi ħlas biex jingħata aċċess għar-reġistru tat-tradutturi?

Le, l-aċċess għar-reġistru tat-tradutturi Estonjani huwa bla ħlas.

Kif issib traduttur legali

M'hemmx mod speċjali kif tfittex għat-tradutturi. Il-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja tipprovdi lista tal-lingwi tat-traduzzjoni minn fejn tista' tagħżel. Ladarba tkun għażilt il-lingwa li teħtieġ, titlagħlek lista ta' ismijiet u d-dettalji biex tikkuntattja lit-tradutturi li huma kkwalifikati biex jaħdmu minn u għal dik il-lingwa.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 13/08/2019