Sib traduttur legali jew interpretu - Latvja

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: il-Latvjan diġà ġew tradotti.


Il-qorti tipprovdi għad-dritt tal-partijiet fi proċedimenti ċivili jew amministrattivi li ma jifmhux il-lingwa li fiha jkunu qed isiru l-proċediment - bl-eċċezzjoni tar-rappreżentanti tal-entitajiet legali - biex jiffamiljarjizzaw ruħhom mal-materji tal-każ u jipparteċipaw fil-proċediment bl-għajnuna ta' interpretu.

Il-parteċipanti fil-proċedimenti huma wkoll liberi li jagħżlu indipendentament tradutturi u interpreti li huma jqisu xierqa.

Fi proċedimenti kriminali, persuni li jkollhom id-dritt ta’ difiża, il-vittmi u r-rappreżentanti tagħhom, ix-xhieda, l-ispeċjalisti, l-esperti, l-awdituri u persuni oħra msejjħa biex jipparteċipaw mill-uffiċjal li jkun qiegħed iwettaq il-proċedimenti, fejn dawn il-persuni ma jkunux jifhmu l-lingwa uffiċċjali tal-Istat, huma intitolati matul l-azzjoni proċedurali li jużaw lingwa li jkunu jafu u biex jinvolvu interpretu għal assistenza bla ħlas, is-servizzi tal-interpretu jkunu pprovduti mill-uffiċjal li jkun qed iwettaq il-proċeduri.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 22/04/2013