Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Sib traduttur legali jew interpretu - Rumanija

Din il-paġna tgħinek issib traduttur u interpretu legali fir-Rumanija.


Kif issib traduttur jew interpretu ġuridiku fir-Rumanija

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabażi tad-dejta ta' tradutturi u interpreti awtorizzati Rumeni hija miżmuma u mantnuta mill-Ministeru tal-Ġustizzja Rumen. Hija tinkludi informazzjoni dwar tradutturi u interpreti awtorizzati mill-Ministeru tal-Ġustizzja Rumen.

Dawn il-persuni awtorizzati jipprovdu servizzi ta' traduzzjoni u interpretazzjoni fuq rikjesta:

  • għall-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura
  • għall-Ministeru tal-Ġustizzja
  • għall-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u l-Ġustizzja
  • għas-Servizz tal-Prosekuzzjoni Pubblika
  • għad-Direttorat Nazzjonali ta' Kontra l-Korruzzjoni
  • għall-awtoritajiet tal-investigazzjoni kriminali
  • għall-qrati
  • għan-nutara pubbliċi
  • għall-avukati u
  • għall-uffiċjali ġudizzjarji.

Il-Liġi Nru 178/1997 tirregola l-awtorizzazzjoni u l-pagament tal-interpreti u t-tradutturi li jipprovdu servizzi lill-awtoritajiet tal-investigazzjoni kriminali, il-qrati, in-nutara pubbliċi, l-avukati, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-istituzzjonijiet oħrajn imsemmija hawn fuq.

Il-bażi tad-dejta tat-tradutturi tinkludi informazzjoni mill-2002 'il quddiem.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tat-tradutturi Rumeni hija bla ħlas?

L-informazzjoni li ġejja hija disponibbli għall-pubbliku bla ħlas:

  • isem tat-traduttur jew interpretu awtorizzat,
  • lingwa/i li għalihom it-traduttur jew l-interpretu huwa awtorizzat,
  • numru ta' awtorizzazzjoni,
  • numru tat-telefon.

Il-bażi tad-dejta tinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja li mhix disponibbli pubblikament:

  • numru tal-identità personali,
  • indirizz postali.

Kif issib traduttur awtorizzat fir-Rumanija

Wieħed jista' jfittex il-bażi tad-dejta billi jintużaw il-kriterji li ġejjin:

  1. l-isem tat-traduttur jew interpretu awtorizzat,
  2. l-isem tal-qorti tal-appell rilevanti (kull qorti tal-appell iġorr l-isem tal-muniċipalità fej jinsab. Peress li hemm 15-il qorti tal-appell fir-Rumanija, kull waħda b'kompetenza ġuridika territorjali rigward kawżi ġudizzjarji li jikkorrispondu ma' żoni amministrattivi nazzjonali speċifiċi, dan il-kriterju ta' tiftix fil-prattika jista' jintuża biex jiġu identifikati t-tradutturi kollha ġewwa ż-żoni ġeografiċi u amministrattivi li jikkorrispondu mal-kompetenza ġuridika territorjali ta' qorti speċifika);
  3. il-pari ta' lingwi (jekk lingwa barranija hija murija, il-kontroparti ta' dik murija tkun il-lingwa Rumena);
  4. in-numru ta' awtorizzazzjoni;
  5. id-data ta' skadenza tal-awtorizzazzjoni (din it-tfittxija tista' tiġi mwettqa billi jiġi ttajpjat "Ordin" ("ordni" bil-Malti) - strument ġuridiku maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja biex tiġi sospiża jew revokata l-awtorizzazzjoni tat-traduttur).

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 14/09/2015