Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Sib traduttur legali jew interpretu - Svezja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Isvediż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tgħinek issib interpretu jew traduttur awtorizzati fl-Isvezja.


X’inhu r-reġistru Svediż tal-interpreti u t-tradutturi?

Bażi ta’ dejta Svediża tal-interpreti u tat-tradutturi awtorizzati hija proprjetà tal-Aġenzija Svediża għas-Servizzi Legali, Finanzjarji u Amministrattivi (Kammarkollegiet) u hija amministrata minnha.

Fiha lista ta' interpreti u tradutturi ċertifikati li huma awtorizzati biss biex jinterpretaw jew jittraduċu mis-Svediż jew għas-Svediż. Individwu jista' jkun awtorizzat għal għadd ta' lingwi differenti. Interpretu awtorizzat jista' wkoll ikun awtorizzat jaħdem f'qasam ta' għarfien espert partikolari bħala interpretu tal-qorti u/jew interpretu mediku.

L-aċċess għar-reġistru Svediż tal-interpreti u tat-tradutturi huwa bla ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi ta’ dejta Svediża tal-interpreti u tat-tradutturi awtorizzati huwa bla ħlas.

Kif infittex interpretu jew traduttur awtorizzat fl-Isvezja?

Jekk qed tfittex interpretu tista’ tfittex skont il-lingwa, skont il-qasam speċjali ta' għarfien, skont il-pajjiż (län) jew skont il-kunjom. Fil-każ tat-tradutturi tista’ tfittex skont il-lingwa, il-kunjom jew in-numru tat-traduttur.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 04/03/2013