Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Sib medjatur - Bulgarija

Din it-taqsima tgħidlek kif issib medjatur fil-Bulgarija.


Kif għandha sseħħ tfittxija għal medjatur fil-Bulgarija?

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru tal-Ġustizzja jżomm ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaReġistru Unifikat tal-Medjaturi.

Ir-Reġistru fih id-data li ġejja:

  • Informazzjoni personali dwar l-individwi reġistrati bħala medjaturi - edukazzjoni, lingwi mitkellma u kwalifiki addizzjonali fil-qasam tal-medjazzjoni.
  • Informazzjoni ta' kuntatt tal-medjatur - indirizz tal-uffiċċju, numru tat-telefon u indirizz elettroniku

Barra minn dan, il-Ministeru tal-Ġustizzja jżomm reġistru tal-organizzazzjonijiet li ġew approvati biex jipprovdu Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataħriġ għall-medjaturi.

L-informazzjoni li tiddaħħal fir-reġistru li tiddaħħal hija bbażata fuq regolamenti ta':

  • Il-Liġi tal-Medjazzjoni
  • Ir-Regolament Nru 2 tal-15 ta' Marzu 2007 (maħruġ mill-Ministru tal-Ġustizzja) jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċess ta' approvazzjoni tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu t-taħriġ għall-medjaturi; ir-rekwiżiti għat-taħriġ; il-proċedura biex jiddaħħlu, jinqatgħu u jitħassru l-medjaturi mir-Reġistru Unifikat u r-regoli proċedurali u etiċi għall-imġiba tal-medjaturi.

L-aċċess għar-reġistru Bulgaru tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Wieħed jista' jaċċedi għar-reġistru unifikat Bulgaru tal-medjaturi mingħajr ħlas mis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja. l-individwi u l-organizzazzjonijiet li jixtiequ jiġu elenkati fir-reġistru tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu taħriġ fil-ħiliet tal-medjazzjoni għandhom iħallsu tariffa.

Kif għandha sseħħ tfittxija ta' medjatur fil-Bulgarija?

Fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Ġustizzja, wieħed jista' jsib lista kompleta tal-persuni mħarrġa u awtorizzati biex imexxu l-medjazzjoni fir-Repubblika tal-Bulgarija. Wieħed jista' jfittex medjaturi skont ir-residenza jew il-qasam tal-medjazzjoni (pereżempju medjazzjoni kummerċjali, ta' negozju jew familjari).

Informazzjoni ta' kuntatt hija disponibbli, inkluż in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika. Wieħed jista' jikkuntattja lill-uffiċjali tar-reġistru tal-medjaturi biex jirċievi l-informazzjoni addizzjonali li jeħtieġ.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/12/2018