Izvorna jezična inačica ove stranice nizozemski nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Medjaturi

Nizozemska

Din il-paġna se tgħinek issib medjatur fin-Netherlands.

Sadržaj omogućio
Nizozemska
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

Kif issib medjatur fin-Netherlands

Hemm diversi reġistri (privati) ta’ medjaturi fin-Netherlands. Ma hemm l-ebda dispożizzjoni legali li tiggarantixxi l-kwalità. Wieħed mir-reġistri ewlenin huwa r-reġistru miżmum mill-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi (Mediatorsfederatie Nederland, MfN). Hemm ukoll ir-Reġistru Internazzjonali tal-ADR.

Il-Federazzjoni tipprovdi wkoll informazzjoni imparzjali u assigurazzjoni tal-kwalità rigward il-medjazzjoni u l-medjaturi fin-Netherlands. Il-medjaturi rreġistrati mal-MfN huma mħarrġa u kkwalifikati biex jaħdmu bħala medjaturi f’konformità mar-Regoli dwar il-Medjazzjoni tal-MfN (MfN-Mediationreglement). Huma ntrabtu li japplikaw is-sistema ta’ assigurazzjoni tal-kwalità tal-MfN. Il-Fondazzjoni għall-Kwalità tal-Medjaturi (Stichting Kwaliteit Mediators) tittratta l-ilmenti dwar il-medjaturi tal-MfN.

Il-Bord tal-Għajnuna Legali (Raad voor Rechtsbijstand) għandu reġistru speċjali ta’ medjaturi li jistgħu jieħdu każijiet ta’ għajnuna legali.

L-aċċess għall-bażi tad-data tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa bla ħlas.

Kif tfittex medjatur fin-Netherlands

Tista’ tfittex fir-reġistri billi tuża kriterji ta’ tiftix differenti. Pereżempju, tista’ tfittex medjatur li għandu għarfien espert speċifiku f’qasam partikolari ta’ attività jew medjatur li jaħdem f’reġjun partikolari.

Links relatati

Il-Federazzjoni Netherlandiża tal-Medjaturi

Ir-Reġistru tal-ADR

Il-Fondazzjoni għall-Kwalità tal-Medjaturi

Ir-Reġistru tal-Bord tal-Għajnuna Legali

L-aħħar aġġornament: 26/08/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.