Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Sib medjatur - Olanda

Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Olandiż diġà ġew tradotti.

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fl-Olanda.


Kif issib medjatur fl-Olanda

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut ta' Medjazzjoni tal-Olanda (NMI) iżomm aġġornata bażi tad-dejta aċċessibli mill-pubbliku li fiha d-dettalji tal-medjaturi kkwalifikati kollha. Din tipprovdi anki informazzjoni u assigurazzjoni tal-kwalità indipendenti rigward il-medjazzjoni u l-medjaturi nazzjonali.

Il-medjaturi rreġistrati mal-NMI huma mħarrġa u kkwalifikati biex jagħmluha ta’ medjaturi, skont ir-regoli ta’ medjazzjoni tal-NMI, u huma impenjati li jimxu mas-Sistema ta’ Assigurazzjoni tal-Kwalità tal-NMI.

Jista’ jkollok aċċess għar-Reġistru tal-Medjaturi tal-NMI meta trid.

L-aċċess għar-reġistru tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Kif tfittex medjatur fl-Olanda

Tista’ tagħmel tiftix fir-reġistru billi tuża parametri ta’ tiftix differenti. Pereżempju, tista’ tfittex medjatur li jkollu ċertu għarfien espert, jew wieħed li jaħdem f’ċertu żona.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIstitut ta’ Medjazzjoni tal-Olanda


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 29/11/2012