Agħlaq

IL-VERŻJONI BETA TAL-PORTAL ISSA HI DISPONIBBLI!

Żur il-verżjoni BETA tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika u agħtina l-feedback dwar l-esperjenza tiegħek!

 
 

Mogħdija tan-navigazzjoni

menu starting dummy link

Page navigation

menu ending dummy link

Sib medjatur - Polonja

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Din it-taqsima tgħinek issib medjatur fil-Polonja.


Kif issib medjatur fil-Polonja

Il-listi ta’ medjaturi jinżammu mill-qrati distrettwali. Medjaturi, inklużi l-persuni mil-listi mfassla minn organizzazzjonijiet mhux governattivi skont il-kompiti statutorji tagħhom u stabbilimenti edukattivi, huma miżjuda ma’ u mneħħija mil-listi mill-president tal-qorti distrettwali in kwistjoni. Madankollu, minħabba l-allokazzjoni tal-kompetenzi bejn l-awtoritajiet reġjonali u dawk ċentrali, mhuwiex possibbli li taċċedi lista ċentrali tal-medjaturi.

Informazzjoni bażika dwar ir-regoli, il-proċeduri u l-aspetti prattiċi tal-arranġamenti tal-medjazzjoni fil-Polonja tista’ tinsab fuq il-paġna tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMedjazzjoni tal-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja, li hija mmexxija b’kooperazzjoni mal-Kunsill għal Metodi Alternattivi tat-Tilwim u r-Riżoluzzjoni tal-Kunflitti (Kunsill tal-ADR).

L-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-medjaturi huwa mingħajr ħlas.

Kif issib medjatur fil-Polonja

Għandek tuża l-listi ta’ medjaturi mfassla mill-presidenti tal-qrati distrettwali jew l-assoċjazzjonijiet tas-servizzi ta’ medjazzjoni jew medjaturi individwali. Tagħrif u dettalji ta’ kuntatt normalment jistgħu jinsabu fuq il-websajt tal-qrati, assoċjazzjonijiet jew medjaturi in kwistjoni.


Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

L-aħħar aġġornament: 17/09/2014